Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/744534
illum | Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 2016 Aħbarijiet 8 Projects Malta Ltd hereby notifies that the closing date for submissions has been extended to Monday 12 th December, 2016 at 10:00 am (Central European Time). Details of this RFP can be downloaded from: http://projectsmalta.com/tenders Notification Request for Proposals to design, build, operate and maintain a multi-storey underground car park and other facilities in Mosta Ref. No: PML /07/2016 C M Y CM MY CY CMY K Output file.pdf 1 Monday/October24/2016 10:3038AM Il-kompetizzjoni ħarxa mis-supermarkets wasslet biex ħafna ħwienet żgħar jirrikorru għall-'niċċa ġdida': il-bejgħ bid-dejn minn Ruben Anthony Xuereb BĦALISSA f 'Malta qed naraw 'supermarkets' enormi u ktajjen ta' ħwienet tal-konvenjenza jfaqqsu kważi f 'kull raħal. Dan għad-detriment tan-negozjanti ż-żgħar li qed isibuha diffiċli biex ilaħħqu mal- kompetizzjoni. Kif jgħid il- Malti stess, il-ħuta ż-żgħira qatt ma belgħet il-kbira u fil-fatt, il-ħafna ħut kbar qed jagħmlu ħsara kbira liż-żgħar. Sabiex ilaħħqu mal- kompetizzjoni, il-ħwienet iż-żgħar saħansitra qegħdin jaslu biex joffru l-klijenti tagħhom il-possibbiltà li jixtru bid-dejn meta jkunu daqsxejn magħfusin bil- flus, imbagħad iħallsu x'ħin ikunu komdi. L-ILLUM tkellmet ma' numru ta' ħwienet tal- merċa madwar Malta biex tara l-effetti li qed iħallu fuq in-negozju tagħhom is-supermarkets kbar kollha li qed jiftħu, u kemm minnhom irrikorrew għall-bejgħ bid-dejn sabiex joffru xi ħaġa differenti li s-supermarkets il-kbar qatt ma jistgħu joffru lill-klijenti dik l-atmosfera familjari u ta' fiduċja. Biex tbigħ bid-dejn hemm bżonn ħafna fiduċja… Kważi s-sidien tal-ħwienet kollha li tkellmu ma' din il-gazzetta stqarrew li f 'ċerti sitwazzjonijiet u ma' klijenti frekwenti li huma jafdaw, hija ħaġa pjuttost komuni li jsir bejgħ bid- dejn f 'sitwazzjonijiet fejn il-klijent jew ma jkollux flus kontanti fuqu jew ikun forsi wasal l-aħħar tax-xahar u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-familja tkun daqsxejn stretta. Sid ta' ħanut f 'Ħal Qormi qal li, "l-ħanut żgħir tiegħi ilu hawn snin u l-klijenti abitwali huma qishom familja, id-differenza bejn hawn u supermarket huwa li jien lil kulħadd b'ismu nilqa' filgħodu. Min jidħol hawn, mhux numru." Ħafna negozjanti oħrajn kollha qablu li jekk ma jkunux jafu min hi l-persuna u saħansitra fejn din toqgħod, m'hemmx ċans li jħalluha tagħmel xirja bid-dejn, għax bħalma ġara lil ħafna minnhom meta fdaw iżżejjed, damu xhur ma jitħallsu, jew ġieli baqgħu b'xejn. 'Magħna jiddejnu għax inkunu l-aħħar riżorsa' Sid ta' ħanut fil-Mosta, saħqet mal-ILLUM li filwaqt li kull qalb trid oħra, tħossha daqsxejn urtata meta tkun taf li ħafna minn dawk li jitolbuha biex jiddejnu fuq xirja, jagħmlu dan fl-aħħar tax-xahar meta jkunu xotti mill- flus kontanti u ma jkunux jistgħu jmorru jagħmlu xirja mis-supermarket. "Inħossa xi ftit," qalet hi, "li naf li matul ix-xahar ikunu xtraw il-bżonnijiet iż-żgħar ta' kuljum mingħandi biss, għax ix-xirja jkunu għamluha mis-supermarket, iżda mbgħad jitolbuni jixtru Għal ħafna nies, xirja mis-supermarket saret qisha ħarġa 'Iktibhieli fil-pitazz… imbgħad 88 inċident fi kmamar tan-nar fl-aħħar 36 sena BEJN l-1980 u Awwissu ta' din is-sena, kien hawn total ta' 88 inċident fi kmamar tan-nar madwar Malta. Fl-istess perjodu ta' 36 sena, dawn l-inċidenti ħallew b'kollox 57 persuna mejta u 54 midruba. Din l-informazzjoni ħarġet fil-Parlmanet bħala risposta li ta l-Ministru Carmelo Abela għall-mistoqsija parlamentari magħmula mid-deputat Laburista Luciano Busuttil. Fl-informazzjoni provduta mill-Ministru ħareġ li tul is-snin, l-aktar sena li kien hawn inċidenti fi kmamar tan-nar kienet l-2002, b'7 inċidenti li ħallew 4 persuni mweġġa' u waħda mejta. B'ammont inqas ta' inċidenti, l-2010 kienet is- sena li ħalliet l-aktar vittmi hekk kif 10 persuni tilfu ħajjithom u 5 oħra weġġgħu b'kawża ta' inċidenti fi kmamar tan-nar. L-1986, l-1991 u l-2015 kienu l-uniċi tliet snin li fihom ma seħħ l-ebda inċident.