Illum previous editions

ILLUM 30 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/744534

Contents of this Issue

Navigation

Page 36 of 39

Il-Ħadd 30 ta' Ottubru 2016 | illum Sports 37 Jiem Wayne Rooney ma' Manchester United u l-Ingilterra huma magħduda? minn Cristian Antony Muscat KOLLOX qed jindika li l-jiem ta' Wayne Rooney bħala captain tat-tim nazzjonali Ingliż huma magħduda hekk kif il-captain ta' Liverpool, Jordan Henderson, mistenni jieħu din il- kariga għas-snin li ġejjin. Fil-fatt, kien il-captain ta' Liverpool li libes il-faxxa ta' captain għall-Ingliżi fil-konfront kontra s-Slovenja, li ntemm fi draw ta' mingħajr gowls, hekk kif Wayne Rooney, lanqas biss beda mal- ewwel 11. Huwa fatt magħruf li Wayne Rooney, naqqas fir-rendiment tiegħu kemm ma' Manchester United kif ukoll mat-tim nazzjonali Ingliż, liema fatt isaħħaħ it- teorija li Jordan Henderson għandu jitqies bħala l-għażla naturali f 'dak li għandu x'jaqsam mal-irwol ta' captain tal-Ingilterra. Intant, Manchester United jinsabu ottimisti li fi tmiem dan l-istaġun jiffirmaw lill-attakkant internazzjonali Franċiż, Antoine Griezmann mingħand Atletico Madrid. Dan wara li huwa ma aċċettax offerta mingħand Paris St Germain billi sostna li jrid imur jilgħab fil- Kampjonat Ingliż. Ir-Red Devils qed iqisu lil dan il-plejer ta' 25 sena bħala s-sostitut denju ta' Wayne Rooney li jinsab viċin it-tmiem tal-karriera tiegħu f 'Old Trafford. Interessanti huwa l-fatt li partitarji tar-Red Devils minn madwar l-erbat irjieħ tad-dinja, qed jitolbu lid- diriġenti ta' Manchester United biex ibigħu lil Rooney lil xi tim ieħor, fejn fl-aħħar ġranet ġie rrapurtat li huwa jista' jibda avventura ġdida fiċ-Ċina fil-futur qrib. Barra minn hekk, huwa qed jiġbed l-għajn ta' klabbs mill-Major LeagueSoccer fl-Istati Uniti, fejn huwa mistenni li fil-ġimgħat li ġejjin ikollu offerti attraenti. Fost dawn hemm il-klabb Portland Timbers, fejn is-sid tagħhom, Merritt Paulson, jemmen li l-Istati Uniti għandha tipprovdi stil ta' ħajja aħjar għal Rooney minn pajjiżi oħra fosthom iċ-Ċina, dejjem jekk huwa jagħżel li jħalli l-Ingilterra u lil Manchester United. Fil-jiem li għaddew, 99% tal-persuni li jappoġġjaw lil Manchester United ħadu sehem f 'votazzjoni 'online' fuq sit elettroniku dedikat għall-partitarji ta' Manchester United minn madwar id-dinja li jġib l-isem ta' 'Red Issue'. Huma vvutaw biex Wayne Rooney ma jibqax ikun imsejjaħ minn Josè Mourhinho bħala l-għażla naturali mal- ewwel 11 tar-Red Devils. Rimarkabbli huwa l-fatt li fil-ġimgħat li għaddew, Rooney, ħabbar li se jkun qed jirtira mix- xena internazzjonali bil-flokk tat-tim nazzjonali Ingliż, wara t-Tazza tad-Dinja tal- 2018, li se ssir fir-Russja. Sa sentejn oħra, Rooney jkollu 32 sena u skont hu, ikun wasal iż-żmien addattat biex huwa jirtira mill-futbol milgħub, wara li beda jilgħab għal pajjiżu fl-età ta' 17-il sena. Fil-jiem li għaddew, tħabbar ukoll li Rooney mhux se jkun qed jingħata estensjoni fil-kuntratt tiegħu qabel 18-il xahar ieħor li jintemm fis-sajf tal-2019. Rooney, li għandu 30 sena, għandu salarju ta' £300,000 fil-ġimgħa, qed jiġi kkritikat li m'għadux dak il-plejer strumentali li jista' jdawwar ir-riżultat favur it-tim tiegħu. Iżda l-kowċ, José Mourinho, jemmen li għad fadallu x'jagħti lill-klabb u sa 18-il xahar ieħor wieħed irid jara s-sitwazzjoni kif tkun. Iżda l-fatt li jkun qed joqrob it- 32 sena, wieħed irid jara kemm Rooney se jkun kapaċi jżomm il-livell tiegħu għoli biex jissodisfa l-kriterji tal- klabb minn Old Trafford. Intant, jekk qatt kien hemm xi dubju li l-jiem ta' Wayne Rooney kemm mat-tim nazzjonali kif ukoll ma' Manchester United huma magħduda, dan ġie kkonfermat minn José Mourinho nnifsu li appella lil dan il-plejer li jekk huwa jrid jassigura ruħu mill- fatt li li jibda mal-ewwel 11 ma' xi tim partikolari, jista' jfittex klabb ieħor iżda mhux Manchester United. Meta wieħed iqis il-fatt li l-prestazzjonijiet riċenti ta' dan il-plejer mar-Red Devils u anke mat-tim nazzjonali Ingliż xejn ma kienu konvinċenti, u dawn il-kummenti minn Mourinho ma jistgħux jitqiesu bħala sorprendenti. Tmiem tal-karriera mminenti għal Wayne Rooney? L-iżvilupp tal-isteeplechase f 'Malta permezz tal-kowċ Mario Pisani minn Cristian Antony Muscat ID-DIXXIPLINA tal- atletika msejħa steeplechase għadha waħda kemxejn ġdida f 'pajjiżna iżda permezz tal-kowċ prolifiku Mario Pisani, din l-imsemmija dixxiplina qed taqbad ċertu ritmu u tkompli tiżviluppa kulma jmur iż-żmien. Biex ikollha iktar informazzjoni rigward dan kollu, din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' Mario Pisani nnifsu fejn tana iktar dettalji. Huwa afferma li: "Id-dixxiplina tal- isteeplechase minn dejjem kienet taffaxxinani u għalkemm qatt ma kkompetejt fiha meta kont nikkompeti fit-trakka, dejjem xtaqt li ngħin lill- atleti Maltin bħala kowċ. L-isteeplechase hija dixxiplina li ilha ssir fl- Olimpijadi sa mill-1920 għall-irġiel u mill-2008 għan-nisa. Din tinvolvi ġiri u teknika biex l-atleta jaqbeż l-ostakli fuq distanza ta' 3,000 metru jew 2,000 metru skont il-kategorija. L-għoli tal-ostakli jvarja minn 91.4cm għall-irġiel u 76.2cm għan-nisa. Wieħed ma jridx jinsa li l-isteeplechase hija speċjalizzazzjoni wkoll minħabba l-fatt li l-atleta jrid jitgħallem it-teknika partikolari għall-ostakli madwar it-trakka u l-ostaklu tal-ilma. Għalhekk trid iż-żmien biex tipprepara atleta għal din id-dixxiplina kemm mentalment kif ukoll fiżikament. F'dawn l-aħħar snin bl- għajnuna tal-Assoċjazzjoni tal-Atletika Maltija (MAAA) u kowċis lokali li qed jagħtuni s-sapport tant meħtieġ, bdejna nqajmu aktar interess fl- isteeplechase, żidna aktar kompetizzjonijiet matul l-istaġun ta' barra fuq it trakka u b'riżultat t'hekk irnexxielna nwaqqfu rekords nazzjonali ġodda fis-sezzjoni tal-youths kif ukoll tal-kbar għal iktar minn darba fit- trakka tal-Marsa. Ta' min isemmi lil Mona Lisa Camilleri, Mark Herrera u Luke Micallef li bl-għajnuna tal-Kumitat Olimpiku Malti (MOC) u tal-Fedarazzjoni Taljana tal- Atletika (FIDAL) ikkompetew f 'kompetizzjonijiet internazzjonali b'riżultati tajbin fejn twaqqaf ukoll rekord nazzjonali ġdid tan- nisa f 'Baku 2015. Peress li l-isteeplechase għadha mhix daqshekk popolari f 'Malta, l-akbar diffikultà li nsib bħala kowċ hija biex inħajjar iktar atleti żgħażagħ biex jippruvaw dixxiplina differenti minn tas-soltu. Matul is-snin li għaddew ħloqt anki ostakli speċifiċi biex jintużaw waqt it-taħriġ u jagħmulha aktar faċli biex atleti jieħdu kunfidenza mat-teknika tal- ostakli. Hawnhekk, ma rridx nonqos milli nirringrazżja lill-MAAA li fejn kien hemm bżonn anki mlew il-pit tal- ilma għat-taħriġ. Bħala kowċ nemmen li fil- pajjiż għandna l-potenzjal ta' midalja fil-Loghob tal-Pajjiżi ż-Żgħar, però dan ikun biss possibbli jekk ikun hawn iktar atleti lesti li jitħarrġu f 'din id-dixxiplina. Nixtieq nieħu l-okkażjoni biex jekk ikun hemm atleti li jixtiequ jersqu lejn din id-dixxiplina jistgħu jikkuntattjawni b'messaġġ fuq il-paġna tiegħi ta' Facebook," temm jgħid Mario Pisani.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 October 2016