Illum previous editions

ILLUM 19 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/497866

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€1.00 Nr 444 • 19 ta' April 2015 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST Ritratt: Chris Mangion SLIEMA 64, Tower Road. Tel: 2132 3307 VALLETTA 25, Treasury Street. Tel: 2124 7770 www.facebook.com/7camiciemalta Muscat jirbaħ il-kunsilli, bl-għajnuna tal-vot kbir f 'Għawdex ĠIMGĦA wara l-elezzjoni, il-voti tal-kunsilli lokali urew bl-iktar mod ċar rebħa għall-Partit Laburista ta' 53.5% u 44.6% PN. Kien grazzi għall-appoġġ f 'Għawdex li Muscat rebaħ b'mod konvinċenti. Illum, Għawdex inbidel f 'maġġoranza Laburista. Min-naħa l-oħra d-distakk bejn iż-żewġ partiti naqas għal 8.5%. F'kampanja elettorali fejn il- Partit Nazzjonalista kien kważi assenti - li kieku ma kienx għat- turnout minħabba r-referendum u t-tema tal-kaċċa, ma kinux joħroġu ħafna Nazzjonalisti. Kien hemm il-fattur ukoll tas- sħaba tal-iskandlu marbut mar- raġel tal-eks ministru Giovanna Debono. Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien ċar u enfasizza li din kienet rebħa storika għax ma kienx minnu li partit fil-gvern jibqa b'vot maġġoritarju. Kien hemm ferħ fuq ħafna uċuħ u protagonisti tal- Partit Laburista hekk kif deher ċar li l-Partit Laburista kellu tsunami ta' appoġġ f 'Għawdex. Madanakollu f 'irħula notevolment Laburisti kien hemm tnaqqis sinnifikanti. Ilbieraħ Busuttil iddikjara li kien kuntent bir-riżultat u attribwixxa r-riżultat ta' Għawdex għat-tfigħ ta' tajn. Ara paġna 2 u 3 għar- riżultati fid-dettall… Bdiewa ilhom ma jitħallsu 6 xhur KWISTJONIJIET u polemiċi hekk kif il-pitkala qed jintalbu jagħmlu garanzija bankarja ta' 10% fuq il-bejgħ tagħhom ta' kull sena. Din il-garanzija mhux ser taffettwa lil kulħadd l-istess, hekk kif mhux kulħadd jagħmel l-istess dħul, hekk kif l-aktar pitkal li jbiegħ hu ta' €1.6 miljun fis-sena u b'hekk irid jagħmel garanzija ta' €160,000. L-ILLUM tkellmet ma' kelliem mal-Ministeru tal-Agrikoltura, li qed jirċevi ittri minn bdiewa li ilhom aktar minn sitt xhur ma jitħallsu ta' xogħolhom – b'waħda minn dawn l-ittri ppubblikata f 'din il-gazzetta. "ĊEMPLULI biex jgħiduli li għandi l-lumi wara l-bieb. Jien ħsibt li kienet ċajta minn dawk is-slaleb ta' klijenti żgħażagħ li għandi għax dejjem naqbduha fuq il-kaċċa u bdejt nidħak. Iżda kif wasalt fejn il-ħanut indunajt u rajt bajda mal-art ġie x'jgħidli li jista' jkun ma kienet ċajta xejn." Dan hu kliem Maryann Curmi, hairdresser minn Għawdex li wara li tħabbar ir-referendum dwar il- kaċċa fir-rebbiegħa sabet jistenniha sorpriża xejn gradevoli mal-bieb tas-salon tagħha. Iżda Maryann iddeċidiet li toħroġ xi ħaġa pożittiva minna minflok. Għawdxija titkellem fuq l-intimidazzjoni tal-kaċċaturi Aqra aktar fuq paġna 6 Aqra aktar fuq paġni 4 u 5 "Tittrippla t-talba f'Dar Merħba Bik" INTERVISTA PAĠNI 1415 ĠIMGĦA wara l-elezzjoni, il-voti tal-kunsilli lokali urew bl-iktar mod ċar rebħa għall-Partit Laburista ta' 53.5% u 44.6% PN. F'kampanja elettorali fejn il- Partit Nazzjonalista kien kważi assenti - li kieku ma kienx għat- turnout minħabba r-referendum Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien ċar u enfasizza li din kienet rebħa storika għax ma kienx minnu li partit fil-gvern jibqa b'vot notevolment Laburisti kien hemm tnaqqis sinnifikanti. Ilbieraħ Busuttil iddikjara li kien kuntent bir-riżultat u attribwixxa r-riżultat • Busuttil kuntent li d-distakk naqas minn 17 għal 8.5 • Il-vot tal-kaċċatur għal Muscat, il-votanti tal-Le għal Busuttil • Il-PL b'53.5% tal-voti waqt li l-PN jikseb 44.6%

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2015