Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/497866
16 illum | Il-Ħadd 19 ta' April 2015 Il-Punt WAĦDA mill-ikbar problemi li bħal dell tibqa' tiġri warajna bħala pajjiż hija l-omertà. Rajna u smajna f 'bosta każi u tul is-snin kif każ ta' omiċidju jibqa' mhux solvut minħabba li ma tkun daħlet ebda informazzjoni utli biex jinġabru provi biżżejjed biex jitressaq xi ħadd quddiem il-qrati tagħna. Mhux biss f 'każi ta' omiċidju, imma anki osservajna dan f 'illegalitajiet oħrajn, anki meta s-skiet inkiser u bdew jinkixfu l-borom. Ilkoll għandna idea ta' dan u mingħajr ma nidħol f 'dettalji, jekk insemmi x-xiri taż-żejt ukoll ikun biżżejjed. Kien f 'dan l-ispirtu wkoll li smajna u qrajna ħafna dwar il-Whistleblower Act li daħlet fis-seħħ biex tipproteġi lil min jersaq 'il quddiem bl- informazzjoni. Kollox idur mas-sens ta' rispett li wieħed għandu mhux biss lejh innifsu, imma anki lejn l-oħrajn. Dan minbarra s-sens ta' responsabilità li wieħed irawwem fih lejn pajjiżu. Għax xi jżomm individwu milli jirraporta illegalità? Għaliex min jara u jisma', jagħżel li jżomm sieket? Is-Sibt li għadda ssejjaħna biex nagħtu l-fehma tagħna f 'referendum dwar il-kaċċa fir- rebbiegħa. 75% minna laqgħu s-sejħa u tkellmu bil-vot. F'maġġoranza ta' 50.4%, dawk li ħarġu jivvutaw taw direzzjoni li l-kaċċa fir-rebbiegħa għandha tibqa' ssir. U hekk ikun, b'rispett lejn id-demokrazija. Dan, naturalment, sakemm tkun rispettata l-liġi, kif qal il-Prim Ministru nnifsu meta fl-ewwel reazzjonijiet tiegħu għar-riżultat, qal li dan jarah bħala "l-aħħar ċans għall- kaċċaturi", anki jekk dik ukoll tat lok għal interpretazzjoni. Dan għaliex mal-ewwel żewġ każi rrappurtati ta' ksur ta' liġi, bi qtil ta' żewġ għasafar protetti nhar l-Erbgħa u l-Ħamis rispettivament, kien hemm min dlonk kiteb fil-media soċjali li stenna li l-Prim Ministru jżomm kelmtu u jagħlaq minnufih l-istaġun tal-kaċċa għax "l-aħħar ċans" kien intilef u "l-kelma tal-kaċċaturi ma kinitx tiswa karlin". Li hu żgur però, li fl-ewwel każ, il-Birdlife rrapurtat u fit-tieni każ xi ħadd irraporta wkoll biex il-Pulizija setgħet tieħu azzjoni mmedjata u l-persuni, fiż-żewġ każi separati jitressqu l-Qorti. Sakemm dal-każi jitqiesu solvuti, anki jekk xorta ħallew il-morr warajhom, ħafna huma l-każi ta' illegalità li jibqgħu mhumiex innutati, jew li jiġu nnutati però ma jiġux solvuti. Jerġa' jitfaċċa s-skiet. L-omertà tieħu postha. Ħafna kaċċaturi jistqarru li jkunu jafu min huma dawk li jiksru l-liġi, però jibżgħu jirrapurtaw. Nistqarr li jekk għandi pożizzjoni ċara u b'saħħitha fuq il-kaċċa fir-rebbiegħa, din hija waħda kontra l-abbuż. Hija pożizzjoni kontra n-nuqqas ta' rispett u kontra l-irresponsabbiltà. Hija pożizzjoni kontra l-egoiżmu ta' min jaħseb li l-aqwa li jissodisfa l-gula tiegħu, ta' min jaħseb li jista' jagħmel li jrid u li jogħġbu, ta' min jaħseb li ma jista' għalih ħadd. Filfatt, b'dispjaċir, wieħed ikollu jammetti li tul is-snin, l-ebda awtorità u l-ebda Gvern ma sab tarf ta' dak in-nukleu ta' kaċċaturi f 'minoranza li baqgħu ripetutament jiksru l-liġi u jipprattikaw il-kaċċa 'il barra mill-parametri tal-liġi. Sfortunatament ma tagħtix tort lil min qata' qalbu u magħha qata' linja u ddeċieda li jivvota LE! It-triq 'il quddiem hi ċara. Tolleranza żero għall-abbuż. F'dawn l-aħħar jiem segwejna sforz anki mill-għaqdiet tal- kaċċaturi li taw ukoll messaġġ fuq dan il-binarju. Wara l-ewwel abbuż irrapurtat, il-Prim Ministru ta twissija u nħoss li m'għandux jaħsibha darbtejn biex jikkonvertiha KARL WRIGHT Is-skiet risposta? $ĥWDILOPXPHQW ,VVLHĥHEPDJĥQD Inti tista' tkun wieħed mill-124,214 li vvutaw LE. Ivvutajt LE għax inti temmen li f 'Malta m' hemmx post għall-kaċċa r-rebbiegħa. Ivvutajt LE għax inti trid kampanja ħielsa mill-kaċċa u pajjiż isbaħ. Ivvutajt LE għax inti trid li l-ambjent naturali jingħata prijorità. Ta' dan grazzi mill-qalb. Aħna bħalek naħsbuha. Ir-referendum ma rbaħniehx u bħalna bla dubju ħassejtek imdejjaq, imċaħħad u rrabjat. Imma l-vot tiegħek mhux moħli. Il-vot tiegħek għamlilna kuraġġ biex naħdmu iktar ħalli nwaqqfu l-kaċċa illegali f 'Malta. Biex nagħmlu dan għandna bżonn iktar nies l-kampanja, b'apparat aħjar, ħalli kaċċaturi li jiksru l-liġi jinqabdu u jieħdu li ħaqqhom. Barra minn hekk ħa nkomplu naħdmu biex inħarsu l-għasafar li jbejtu u jrabbu l-frieħ r-riservi naturali tagħna. Postijiet bħal dawn irridu nagħmluhom aħjar milli diġà huma għall-ġid tal-għasafar u biex tgawduhom int u uliedek. L-għajnuna tiegħek mhux moħli. BirdLife Malta hija għaqda volontarja u tiddependi mill-membri tagħha. Uri l-appoġġ tiegħek billi ssir membru l-BirdLife. Għalhekk qed nitolbuk tissieħeb magħna, illum qabel għada, billi tagħmel għotja b'ċekk ta' €20 (għal sena) jew €40 (għal sentejn). Min-naħa tagħna nwegħduk li nkomplu b'xogħolna. Grazzi. Agħżel is-sħubija TAdult (persuna ta' 18-il sena jew iktar) - €20.00 għal sena TKoppja adulta (l-istess indirizz) - €24.00 għal sena TAdult (persuna ta' 18-il sena jew iktar) - €40.00 għal sentejn TSħubija għal familja kollha - €29.00 għal sena * Dettalji personali Titlu : Isem: Kunjom: Indirizz: Lokalità: Kodiċi postali: Telephone (Fixed): Telephone (Mobile): E-Mail: Membru adult ieħor: * Isem ta' tifel/tia: * Isem ta' tifel/tia: Indirizz: #JSE-JGF.BMUB5SJR"CBUF3JHPSE5B9CJFY9#9t.BMUB Jekk jogħġbok agħmel ċekkijiet pagabbli lil BirdLife Malta ISSIEĦEB - SĦUBIJA LOKALI BirdLife Malta tosserva l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (2001) https://www.birdlifemalta.org