Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/497866
Il-Ħadd 19 ta' April 2015 | illum 33 SPORTSillum ILLUM l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkompli bit-tiġrijiet mill- kampjonati ASMK - Pasta Poiatti 2014/15. Kemm fis-sezzjoni tal-karozzi Autocross kif ukoll f 'dik tal-muturi Motocross se tkompli l-battalja għar-rebħ tal-kampjonati rispettivi. Dan il-programm jibda f 'nofsinhar. Intant l-Assoċjazzjoni ASMK nhar il-Ħadd li għadda kellha torganizza kompetizzjoni oħra mis- sezzjoni tat-trials, iżda minħabba ċirkustanzi li ma kienx hemm kontroll fuqhom, din l-attività kellha tiġi posposta għal data oħra. Fil-fatt din l-attività mistennija ssir ukoll nhar il-Ħadd 19 ta' April iżda se tkun qed tiġi organizzata fil- Barriera tal-Ballut f 'San Pawl tat-Targa - Limiti tan-Naxxar. Dan il-Programm jibda fid- 9am. Nagħtu ħarsa lejn il- klassifika tal-Kampjonat Nazzjonali Autocross fejn għadna qed naraw battalja bejn Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo u Philip Joe Vella fuq Opel Corsa. Galea jinsab fuq quddiem segwit minn Vella waqt li fit-tielet post bħalissa jinsab okkupat minn Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo. Ir-raba' post jinsab okkupat minn Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova. Fil-klassifika Autocross Klassi B insibu lil Godwin Martin fuq Opel Corsa li jinsab fuq quddiem f 'din il-klassi b'vantaġġ tajjeb tant li diġà ssiġġilla postu bħala rebbieħ ta' dan il-kampjonat. F'din il-klassifika Martin jinsab segwit minn battalja għat-tieni post bejn tliet sewwieqa li huma Jason Martin fuq Volkswagen Polo, Jonathan Camilleri fuq Opel Corsa u Matthew Borg fuq Vuaxhall Nova li kollha qegħdin biċ-ċans li jirbħu t-tieni post f 'din il-klassifika. Fil-klassi Autocross Standard għadna qed naraw lill Deane Farrugia fuq Citroen AX fuq quddiem b'vantaġġ sostanzjali. Dan huwa segwit minn Joseph Vella minn Għawdex fuq Ford Fiesta u John Agius fuq Peugeot 205. Fil-muturi Motocross klassi A għadna qed naraw lil Clayton Camilleri fuq mutur KTM ikompli jiddomina din il-klassi segwit minn Paul Muscat fuq muturi KTM ukoll u Edward Ciantar fuq Kawasaki. It-tiġrija għal- leader tkompli fit-tliet tiġrijiet tal-kampjonat li fadal. Fi klassi B Ludvic Muscat fuq mutur KTM jinsab fuq quddiem b'vantaġġ sostanzjali segwit minn Elvin Debono u Adam Sultana it-tnejn fuq muturi Kawasaki. It-tieni post għadu indeċiż minn min se jintrebaħ. Tkompli l-battalja l-Kampjonati tal-Autocross u l-Motocross Azzjoni mill-kampjonat tal-Motocross fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet Il-futur għat-tim nazzjonali tan-nisa jista' jkun biss isbaħ – Mark Gatt WARA li fl-aħħar jiem, it-tim nazzjonali tan- nisa għalkemm kellu wirjiet tajbin, naqas milli jikkwalifika għall-fażi ta' kwalifikazzjoni tal- Kampjonati Ewropej tan- nisa li se jsiru fl-Olanda fl-2017, dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa, Mark Gatt, fejn talbu r-reazzjonijiet ġenerali tiegħu rigward dan il-mini- tournament. Huwa tenna li: "Ovvjament għandi emozzjonijiet imħallta. Ninsab diżappuntat li ma kkwalifikajniex, madanakollu ninsab sodisfatt bil-wirjiet tat-tim tagħna. B'timijiet nazzjonali li jinsabu fil-livell tagħna qed nikkumparaw tajjeb ħafna. Qed nilagħbu futbol offensiv u rnexxielna niskorjaw fil-logħbiet kollha li konna involuti fihom. Fl-opinjoni tiegħi bil-mod il-mod qed nibdew nilagħbu futbol iktar attraenti u dan jawgura tajjeb għall-futur. Ukoll meta wieħed jikkunsidra li fil-logħba kontra l-Gżejjer Faroe kellna ħames plejers li għandhom biss 18–il sena, għandu jitqies bħala fatt ferm pożittiv għall- futur. Irridu naħdmu iktar f 'dak li għandu x'jaqsam ma' fitness ġenerali u naħdmu iktar tattikament fid-difiża. Madankollu, nemmen li għandna varjetà tajba ta' tfajliet u bażi soda biex naħdmu għall-futur. Il-futur għat-tim nazzjonali tan-nisa jista' jkun biss isbaħ. Nixtieq nirringrazzja lill- kowċis sħabi, staff mediku u kit manager li għenu bix joħolqu l-ambjent ġust fejn wieħed iħossu komdu u jħossu parti minn grupp tassew magħqud. Żgur li mhuwiex b'sorpriża li fl- aħħar xahrejn, dan it-tim ġdid irnexxielu jikseb draw, jitlef żewġ logħbiet u jirbaħ erba' logħbiet internazzjonali fejn skorja total ta' 15–il gowl u sofra 13–il gowl," temm jgħid Mark Gatt. Għall-kronaka, Malta rebħet l-ewwel logħba kontra Andorra bl-iskor konvinċenti ta' 5-3, fit-tieni logħba għelbet lill-Georgia bl-iskor ta' 2-1 bit-tieni u l-aħħar gowl jasal b'mod drammatiku propju fid-90 minuta permezz tal-captain Dorianne Theuma, waqt li fit-tielet logħba sofriet telfa diżappuntanti ta' 4-2 kontra l-Gżejjer Faroe. FORMOLA AVVIŻ KLASSIFIKATI Agħżel kategorija. Imla l-kaxxi t'hawn taħt. Ikteb f 'ittri kbar. L-avviż tiegħek jidher f 'illum għal tliet ġimgħat. Din l-oerta ma tapplikax għall-aġenti tar-real estate Ibgħat il-formola fuq: Illum Klassikati, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann SĠN9016 imkien ma' ċekk ta' €3 cheque pagabbli lil MediaToday Co. Ltd Isem: _________________________________ Indirizz: _______________________________________________________ _______________________________________ Tel: ___________________ Email: _________________________________ ANNIMALI GĦADDAR LEZZJONIJIET NIXTRI OPRI TALBAĦAR OĠĠETTI OĦRAJN PROPRJETÀ GĦALLBEJGĦ PROPRJETÀ GĦALLKIRI SERVIZZI VETTURI XOGĦOL IL-PREZZIJIET KOLLHA MNI LA JRIDU JKUNU F'EWRO ANNIMALI GĦADDAR LEZZJONIJIET NIXTRI OPRI TALBAĦAR OĠĠETTI OĦRAJN PROPRJETÀ GĦALLBEJGĦ PROPRJETÀ GĦALLKIRI SERVIZZI VETTURI XOGĦOL 2 klassikati għal 3 ġimgħat għal €3 f 'Illum