Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/497866
34 illum | Il-Ħadd 19 ta' April 2015 Kif bdiet l-imħabba tiegħek għall- għawm? Minn dejjem kont inħobb l-ilma. Meta kont żgħira, waqt il-banju ziti kienet ixxarrabli wiċċi kontinwament biex tippreparani għall-għawm fis-sajf. Bħala tifla kont ngħum għall-gost mal-kuġini tiegħi fil-Pitch ta' tas-Sliema u wara kont nibqa' narahom jgħumu fit- taħriġ tagħhom. Kont inqatta' sigħat bla tmiem fl-ilma u qatt ma ridt noħroġ anki jekk kont qed inċafċaf u ndur waħdi. Ommi kważi kellha tiġi u tiġbidni biex immorru d-dar. Kull meta mort ngħum mal-ħabiba tiegħi, aħna konna ngħumu sal- qiegħ u niġbru l-ġebel. Kont inħobb ngħum ħafna. Kelli l-ewwel lezzjonijiet tal- għawm meta kelli seba' snin fil-Pitch ta' tas-Sliema, imma attendejt il- lezzjonijiet man-Neptunes is-sajf ta' wara biex inkun fi grupp ma ħabibti. Għall-bidu ma kontx inħobb immur għat-taħriġ għax il-ħabiba kienet ftit snin ikbar minni u kont qed ngħum ma' tfal ikbar u tajbin aktar. Spiss kont inkun fuq wara u ma kontx inlaħħaq magħhom u minħabba f 'hekk ippreferejt ngħum għal sigħat waħdi. Iżda nemmen li l-ewwel punt ta' tibdil fil-karriera tiegħi kien meta kelli tmien snin waqt il-Gala Annwali tal-għawm. Kont tellaqt verament tajjeb u l-kowċ tiegħi kien ġie jfaħħarni u jħeġġigni biex nieħu t-taħriġ aktar bis-serjetà għax qatt ma tajt l-aħjar sforzi fit-taħriġ. Minn dakinhar dejjem ħadt it-taħriġ bis- serjetà ħafna u qatt ma ħarist lura. Kif komplejt tevolvi fl-għawm? Komplejt nitjieb konsistentament u meta kelli 11-il sena, għalkemm il-kowċis tiegħi Mark u Neil kienu daqsxejn inkwetati minħabba li kont għadni żghira, ġie deċiż li niġi promossa mill-Junior Squad tan- Neptunes għat-Top squad flimkien ma' għawwiema ikbar minni. Xi tfisser għalik l-eks għawwiema internazzjonali u preżentament kowċ tal-għawm, Gail Rizzo? Gail Rizzo kienet il-kowċ tiegħi fit-Top squad. Kont l-iżgħar għawwiema fit-tim u l-fatt li kont nara għawwiema ikbar minni ta' talent għoli ħafna kien verament ħeġġiġni biex inkun bħalhom. Gail ispiratni u ħeġġitni u dejjem ħadt nota tal-pariri li kienet ittini. Wara li għalaqt 12-il sena u ftit wara li bdejt nittrenja ma' Gail, ksirt l-ewwel żewġ 'age group' rekords fit-tlielaq ta' kull xahar fil-Pixxina Nazzjonali fil-100m u l-50m breaststroke fil-kategorija B. Kont fis seba' sema u wara dawk ir-rekords, sat-tmiem l-istaġun tal-għawm ksibt seba' rekords fil- grupp B. Fil-fatt ġejt innominata għall-premju ta 'Sportiva tas-Sena' fl-Għażliet Sportivi Nazzjonali tal- Kunsill Malti għall-Isport fis-sena 2010. Tista' tagħtina iktar dettalji fuq ir-rekords nazzjonali li rnexxielek tikseb fl-għawm ta' età żgħira. Komplejt nistinka u ksirt erba' rekords tal-grupp C kif ukoll l-ewwel rekord Nazzjonali tiegħi meta kelli biss 14-il sena fil-200m breaststroke, li jfisser li kelli l-aħjar ħin li qatt inkiseb minn mara Maltija fil-200m breaststroke. Kont ksirt dan ir-rekord nazzjonali matul il-kompetizzjoni tal-FISEC f 'Malta fl-2012 meta wkoll irbaħt il-medalja tad-deheb f 'dik it-tellieqa tal-200m breaststroke, kif ukoll medalji tal-Fidda u tal-Bronż fil- 200m Individual Medley u fil-100m breaststroke rispettivament. Sa dan iż-żmien jiena diġà kkompetejt barra minn Malta, tliet darbiet f 'Berlin, fejn irbaħt diversi medalji, fi tliet edizzjonijiet tal-logħob tal-FISEC u f 'żewġ edizzjonijiet tal-logħob tal-Gżejjer, li t-tnejn kienu wrew li kont ksibt xi ħaġa kbira għalija billi kont irbaħt żewġ medalji tal-Fidda u minħabba f 'hekk, żewġ Premjijiet Speċjali tal-Mertu fil-Premjijiet tal-Kumitat Olimpjadi Maltin tal- Isports fl-2011 u l-2012. Il-perjodu li wassal sal-O levels kien żmien diffiċli imma jien xorta rnexxieli nżomm taħriġ intensiv ta' 15-il siegħa għawm fil-ġimgħa, ix-xogħol tal-iskola u l-istudji għal dawn l-eżamijiet, li għaddejt kollha b'suċċess. Ftit wara l-O levels erġajt ikkompetejt fil-Logħob tal-FISEC li saru fl-Ungerija u rbaħt aktar medalji. Ikkompetejt ukoll fil- kampjonati nazzjonali tal-għawm fejn kont 0.15 ta' sekonda 'l bogħod mir-rekord nazzjonali tal-100m breaststroke ta' Francesca Paolella. Minħabba dak li ksibt ġejt magħżula biex nittrenja mat-tim tal-'Aquatic Sports Association' ta' Malta. Dan kien pass diffiċli għalija ghax kont diġà qed nittrenja mal-kowċ tiegħi Gail Rizzo għal kważi erba' snin u dawk is-suċċessi kollha li ksibt irnexxieli niksibhom permezz tal-għajnuna tagħha. Madankollu ħadt dan il-pass għax kont naf li kien l-aħjar pass għall- karriera tiegħi. Wara l-waqfa tas-sajf bdejt it-taħriġ ma' Andy Colbourn, il-kowċ tat- tim Nazzjonali li tani miri ġodda. Drajt mat-tim nazzjonali pjuttost malajr u mort nikkompeti f 'Berlin għar-raba' darba u wkoll f 'kamp ta' taħriġ fl-Italja għall-ġimgħa. Dan il-kamp verament immotivani għax kien l-ewwel kamp ta' taħriġ għalija mat-tim nazzjonali. Taħt il-gwida ta' Andy komplejt nitjieb pjuttost malajr u mort nikkompeti f 'San Marino biex nipprova nikkwalifika għall-Olimpjadi taż-Żgħażagħ. Madanakollu ma rnexxilix nikseb il-ħin tal-kwalifikazzjoni għal nofs sekonda biss! Għalkemm għall-bidu dan kien pjuttost iebes biex naċċetta, immotivajt ruħi biex nisforza iktar. Komplejt it-taħriġ b'iktar motivazzjoni u ksirt ir-rekord Nazzjonali tax-'short course' tal-400m individual medley. Riċentament ksirt ir-rekord tal-grupp D fil-100m breaststroke, li kien ukoll ir-rekord nazzjonali li kont ili nistinka għalih. Kellek opportunità unika f 'ħajtek li tieħu sehem fl-ewwel programm tal-FINA għaż-Żgħażagħ f 'Doha, il-Qatar. Fiex ikkonsista dan il- programm? Dan ikkonsista f 'ġimgħa ta' taħriġ ma' kowċis ta' ħafna talent mill- Amerika, l-Ingilterra u Spanja, preżentazzjonijiet relatati mal- isport kif ukoll l-opportunità li nara l-kampjonati tax-'short courses' tad-dinja, fejn rajt għadd ta' rekords tad-dinja jinkisru. Ftit wara Doha mort nikkompeti għall-ħames darba f 'Berlin, fejn ksirt ir-rekord tal-grupp D tal-200m breaststroke. Kif qed tħares lejn is-sena 2015 li bdiet ftit tal-ġimgħat ilu? Ninsab ħerqana għas-sena 2015 mimlija xogħol. Bħalissa qed nistudja l-Junior College u se nagħti l-eżamijiet tal-A levels f 'Mejju li ġej. Qed nitħarreġ disa' sessjonijiet fil-ġimgħa mat-tim nazzjonali u nqum kuljum fil-5am. Din is-sena qlibt għall-Kategorija 'Open', allura ma nistax nikser aktar 'age group record s'. Madankollu għandi għanijiet biex nikser aktar rekords Nazzjonali u nikkompeti f 'aktar kompetizzjonijiet internazzjonali bħal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Għalissa qed inkompli bit-taħriġ tiegħi u nispera li x-xogħol iebes li qed nagħmel jagħti riżultati SPORTSillum Ta' età żgħira tikser numru ta' Cristian Antony Muscat Amy Micallef – bla dubju waħda mill-aqwa għawwiema li pproduċa l-isport tal-għawm f'dawn l-aħħar ħames snin u li m'hemmx dubju li għandha futur mill-isbaħ quddiemha. Dan hekk kif għalkemm ta' età żgħira, hija rnexxielha tikser numru ta' rekords nazzjonali -għawm "Minn dejjem kont inħobb l-ilma. Meta kont żgħira, waqt il-banju ziti kienet ixxarrabli wiċċi kontinwament biex tippreparani għall- għawm fis-sajf."