Illum previous editions

ILLUM 19 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/497866

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 19 ta' April 2015 | illum 23 Bijografiji Pawlu Boffa I SSITT Prim Ministru ta' Malta, l-ewwel wieħed wara l-Gwerra u l-ewwel Prim Ministru Laburist. Pawlu Boffa – gradwat bħala tabib ta' 23 sena, fejn ftit tas-snin wara serva fir- Royal Army Medical Corps li fiha kien iwettaq servizz mediku fuq vapuri li kienu jiġu Malta bil-feruti tal-gwerra. Pawlu Boffa huwa wieħed mill- ismijiet assoċjati mal-għeruq tal-Partit Laburista f 'Malta – fejn il-karriera politika tiegħu bdiet propjament ma' dan il-partit fl-1923 meta ngħaqad mal-PL. Sena wara ġie elett għall- ewwel darba bħala Membru fl- Assemblea Leġislattiva għall-Ħames Distrett. Il-ħidma ta' Boffa f 'dan il-partit ġiet fi żmien fejn dan kien għaddej b'ħidma li permezz tagħha pprova jtejjeb il-qagħda soċjali tal-ħaddiema Maltin. Bl-appoġġ għall-Unione Politica Maltese, partit lemini, il-PL kien pprova jtejjeb is-sitwazzjoni soċjali tal-ħaddiem Malti – fejn spiċċa wkoll daħal f 'koalizzjoni miegħu. Il-ftehim kien jikkonsisti mill-patt li meta Strickland ikun fil-gvern jgħaddi leġiżlazzjoni li permezz tagħha tittejjeb il-qagħda soċjali tal-ħaddiema Maltin. Dan sar permezz tal-hekk magħrufa "compact" mal-Partit Kostituzzjonali. Boffa inħatar Mexxej tal-Malta Labour Party fis-sena 1928, sena wara li bdiet il-koalizzjoni bejn il-Partit Laburista u l-Partit Kostituzzjonali magħruf bħala l-gvern tal-Compact. Din il-koalizzjoni damet bejn l-1927 u l-1932 – żmien li fih il-Partit Laburista seta' jaħdem, permezz tal-element aktar progressiv tiegħu fuq liġijiet li sa qabel tista' tgħid kienu jitqiesu biss bħala ħolma. Waħda minn dawn kienet il-Workmen's Compensation Act – liġi li permezz tagħha ħaddiema li jsofru ġrieħi fuq il-post tax-xogħol setgħu jingħataw kumpens. Is-snin tletin Il-Partit Laburista kien imdaħħal fil-Kwistjoni Politiko-Reliġjuża ta' bejn l-1928-1932 minħabba l-appoġġ tiegħu lil Gerald Strickland u l-Partit Kostituzzjonali. Dan kien riżultat ta' gvern immexxi minn Strickland, fl-1927, wera diżapprovazzjoni tiegħu għall-fatt li fl-Assemblea Leġislattiva ta' Malta kien hem mil-qassisin. Fl-1928 din il-kwistjoni ħraxet aktar għax iż-żewġ saċerdoti li kien hemm fl-assemblea vvutaw kontra l-budget li ressaq Strickland – b'tali mod li m'għaddiex. B'konsegwenza ta' din l-kwistjoni kollha l-PL tilef ħafna voti. Is-snin tletin jista' jingħad li kien deċenju diffiċli għal Partit Laburista in ġenerali, hekk kif b'konsegwenza tal-istess kunflitt Politiko-Reliġjuża tal-1932 ġabet magħha wkoll telfa kbira elettorali. Is-snin tletin fissru wkoll il-każ tas- Sedizzjoni tal-1933, kif ukoll it-telfa tal-Kostituzzjoni tal-1921 fl-istess sena. Lejn tmiem is-snin tletin, fl-1936 ġie elett bħala Membru tal-Kunsill Eżekuttiv u fl-1939 ġie elett Membru tal-Kunsill tal-Gvern. Boffa, flimkien mal-kelliema prinċipali Ġużè Ellul Mercer, Reggie Miller, Mosè Gatt, Indri Cilia, Leli Tabone, Nestu Laiviera u Turu Colombo, Boffa kien wieħed mill- kelliema prinċipali tal-Labour Front – jiġifieri l-GWU u PL. Din kienet l-assemblea li eventwalment wasslet, fost ħafna affarijiet oħra, sabiex nisa u rġiel ta' 21 sena jkollhom vot. L-ewwel Prim Ministru wara t-Tieni Gwerra Dinjija Il-gwerra kellha effett kbir fuq il-politika hawn Malta. Mat-tmiem tagħha, meta ġiet l-elezzjoni ġenerali tal-1947, il-PL kien f 'pożizzjoni aħjar minn partiti politiċi l-oħra. Il-PN kien għadu qed iħoss l-effett tal-mewt ta' Sir Ugo P.Mifsud u tad-deportazzjoni ta' Nerik Mizzi, li seħħew matul it- Tieni Gwerra Dinjija. Il-Partit Kostituzzjonali min-naħa l-oħra kien għadu jsofri mit-telfa ta' Gerald Strickland li miet fl-1940 – tant li tilef kull saħħa li kellu. Il-partiti politiċi l-oħra imbagħad ma kellhomx biżżejjed saħħa meta mqabbla mal- Partit Laburista. Din kienet waħda mir-raġunijiet li wasslet lil Partit Laburista jirbaħ l-elezzjoni tal-1947, bil-Mexxej Laburista jsir l-Ewwel Prim Ministru Laburista u l-Ewwel Prim Ministru wara t-Tieni Gwerra Dinjija f 'Malta. Boffa baqa' fil-kariga sa Settembru tal-1950. Iżda fil-Partit Laburista beda jinħema l-inkwiet, tant li Pawlu Boffa tneħħa minn mexxej tal-partit fl-1949. Minkejja kollox hu għażel li jibqa' Prim Ministru sakemm sena wara, fl-1950, waqa' l-Gvern mmexxi mit-Tabib Boffa. Fl-1949 Boffa fforma l-Malta Workers' Party, li ħoloq firda fl-ideoloġija xellugija f 'Malta. Fl-elezzjoni tal-1950, minkejja li l-Partit Laburista u l-Malta Workers' Party ġabu aktar siġġijiet mill-Partit Nazzjonalista, dan tal-aħħar ifforma Gvern ta' Minoranza minħabba li ma kienx hemm ftehim bejn il- partiti politiċi ta' Mintoff u ta' Boffa. Il-PN kien ra din l-opportunità biex jirkupra politikament hekk kif kien għadu dgħajjef wara t-telfa tal-1947. Wara sena ssejħet elezzjoni ġenerali oħra, fejn il-PL ġab siġġu inqas min- Nazzjonalisti. B'sorpriża l-Partit ta' Boffa daħal f 'koalizzjoni mal-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Borg Olivier. Boffa hawn ngħata l-kariga ta' Ministru tas-Saħħa u Servizzi Soċjali. Minħabba li n-nuqqas ta' appoġġ tal-Malta Workers' Party sewa l-possibilità ta' tmexxija ta' gvern lill-PL, Boffa u l-partit tiegħu tilfu ħafna mill-appoġġ mill-elettorat hekk kif ħafna ħaddiema raw din il- mossa bħala tradiment għall-interessi tagħhom. Minn hawn 'il quddiem wieħed jista' jgħid li l-partit, kif ukoll l-karriera politika ta' Boffa bdiet tieħu t-triq tan-niżla. Fl-1953 ssejħet elezzjoni ġenerali oħra, u din id-darba l-PL ġab siġġu aktar mill-PN. Il-Malta Workers' Party, bit-tliet siġġijiet li kiseb fl- Assemblea Leġiżlattiva, reġa' ngħaqad f 'koaliazzjoni man-Nazzjonalisti. Il-gvern ta' koalizzjoni twaqqa' mill-Ministru John J. Cole, u saret elezzjoni ġenerali oħra – li din id-darba ntrebħet minn Mintoff u l-Partit Laburista. Wieħed jista' jgħid li din kienet il-konferma tat-tmiem tal-ħajja tal-partit ta' Pawlu Boffa. F'Jannar tal-1955 Boffa rtira mill- ħajja politika. Pawlu Boffa jsir Sir Paul Boffa F'Ġunju tal-1941 Pawlu Boffa inħatar bħala Uffiċjal tal-Imperu Brittanniku, fejn imbagħad f 'Jannar tal-1956 ġie onorat mir-Reġina Eliżabetta II bit-titlu ta' Knight Bachelor, u b'hekk sar Sir Paul Boffa. Fl-età ta' 72 sena, Boffa miet fid-dar tiegħu f 'Ħal Tarxien, nhar is-6 ta' Lulju 1962. 30 Ġunju 1890 – 6 Lulju 1962 • Imwieled il-Birgu • Miżewweġ lil Genoveffa Ceci • Missier 4 ulied • PROFIL: Il-monument ta' Pawlu Boffa fil-Belt Valletta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2015