Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/497866
Il-Ħadd 19 ta' April 2015 | illum 11 armi b'saħħitha – il-ktieb 'qalb il-Maltin Kif jisqarr l-awtur rebieħ tal- premju tal-UE għal-Letteratura, Pierre J. Meilak, il-libreriji huma għodda li bihom issir ħabib mal-kotba. "Jien tħabbibt mal- kotba grazzi għal-librerija li kont inżur kull nhar ta' Ġimgħa wara l-iskola. Iż-żminijiet inbidlu u magħhom qed jinbidel ukoll il- kunċett ta' librerija. Illum librerija hija post li jagħti l-ħajja lill-kotba b'attivitajiet bħal sessjonijiet ta' qari, laqgħat mal-kittieba, workshops ta' kitba u logħob relatat mad-dinja tal-ktieb. Il-librerija għandu jkun post ta' divertiment, mhux biss għal min diġa' jħobb jaqra imma, iżjed u iżjed, għal min għad irid jiskopri l-maġija tal-qari." B'imħabba partikolari Min-naħa tiegħu, l-Prof. Oliver Friggieri li għandu mħabba partikolari għall- kotba tkellem dwar l-irwol li jħoss li l-ktieb għad għandu fid-dinja moderna tal-lum. "Il-ktieb hu waħda mill-eqdem invenzjonijiet tajbin, u huwa wkoll il-mezz li, fost l-oħrajn fir-reliġjonijiet ewlenin, Alla nnifsu nqeda bih biex jitkellem mal-bniedem, u għalhekk ukoll mal-ħlejjaq l-oħra ugwalment Tiegħu. Maż-żmien l-istorja tal-ħsieb saret l-istorja tal-ktieb, il-maħżen tal-memorja ta' ġenerazzjonijiet differenti." Bil-mod filosofiku tiegħu, kompla jispjega kif, "kull bibljoteka hi l-arkivju tar-ruħ umana li matul is-sekli ħalliet il-marka tal-eżistenza qasira tagħha fuq din il-pjaneta. Il-ktieb hu sensiela ta' ħsejjes miktuba, minquxa skont alfabett, espressjoni ta' ħsieb. Bħan-noti tal-muzika, il-kliem miktub fuq il-paġna huwa sinjal li jiftiehem, jinqara, jinstema' u jinkiteb. Mingħajr ktieb ma hemmx tradizzjoni u memorja. Dawn ix-xejriet kollha huma marsusin f 'dik li hi l-kelma, invenzjoni tal- għaġeb li biha l-moħħ, il-fomm u fuq kollox il-qalb jaħdmu flimkien biex jipproduċu raġuni u emozzjoni. Bir-raġuni l-bniedem jifhem xi ħaġa, u bl-emozzjoni l-bniede m jiċċivilizza lir-raġuni u jmur ħafna lil hinn minnha." Kull ktieb tajjeb hu stedina lill-moħħ biex jagħraf, u lill- qalb biex tkun ħanina. Għerf u ġentilezza: hi t-taħlita li biha jiftiehem, fost l-oħra, xi ġenju bħal Einstein. L-istorja u l-kitbiet tiegħu juru dan kollu sikwit. Prof. Friggieri jsostni kif anki fl-epoka tal-kompjuter il-ktieb jibqa' l-aqwa għodda għall-istudju. It-teknoloġija tal-informatika hi meravilja naturali, jiġifieri verità naturali antika li l-bniedem, 'slow learner' tassew, skoprieha issa wara li Alla ilu ħafna li xeħetha madwarna biex l-aqwa mħuħ fostna jfittxuha u jsibuha. II- kelma wkoll hi invenzjoni, sejba ta' mod kif il-moħħ u l-qalb jitkellmu u jniżżlu għal dejjem il-ħsieb u l-emozzjoni tagħhom. Dawn il-ftit riflessjonijiet huma biżżejjed biex ifakkruna li l-post tal-ktieb hu dejjem ċentrali fil-mixja twila tal- bniedem mill-injoranza naturali tiegħu sa dik ir-roqgħa art żgħira li nsejħuha 'għerf '. Kull ktieb hu maħżen ta' għerf, u f 'dan il-maħżen hemm skoperta assoluta: aktar ma taqra u tistudja, aktar tintebaħ kemm taf ftit, jew saħansitra ma taf xejn. U dak il-ftit jitlob ukoll li jkun aġġornat, għaliex l-iżvilupp hu tiġdid, reviżjoni u titjib. lI-ktieb għallinqas jagħmilna 'għorrief ' fis-sens ta' Sokrate. Fl-umiltà tiegħu Sokrate kkonkluda li hu kien l-aktar bniedem għaref tal- belt għaliex waqt li ħaddieħor 'ma kienx jaf li ma jafx', hu, Sokrate, 'kien jaf li ma jafx'. Il-proċess tal-kitba Il-ktieb hu oġġett li għandu jkun qrib tagħna dejjem, sa minn tfulitna. Il-qari huwa gost, waqt li huwa wkoll bżonn. Mingħajr il-ktieb ma nindunaw qatt kemm għadna nafu ftit, u kemm il-ħolqien ta' madwarna hu mimli meravilji li aħna forsi lanqas biss nafu li jeżistu. Biżżejjed nieħdu, bħala eżempju, kif bil-buttuna tat-televiżjoni tara minnufih stampa li hi ġejja mill-bogħod. Hi liġi tan-natura li kienet hemm mill-bidu u li ftit imħuħ kbar indunaw biha dan l-aħħar. Mingħajr tradizzjoni ta' kitba ma kinitx tista' ssir skoperta. Aħna stess aħna ktieb miftuħ li dwaru nafu ftit. Fi ftit kliem, il-ktieb jibda biex jurina kemm mingħajr qari, jew studju, ma nifhmu xejn mill- kumplessità preċiża tad-dinja li ninsabu fiha. Wisq inqas jista' jkollna ħjiel tal-univers li hemm ġo fina. "Ejjew naqbdu ktieb f 'idejna issa stess, u nintebħu minnufih kemm kull ktieb huwa intelliġenti wisq aktar minna." Prof. Friggieri jispjega kif fil-proċess tal-kitba, kull kittieb jgħaddi minn esperjenza speċjali biex joħloq ktieb. "M'hemmx prezz għall-ktieb, u ebda ktieb mhu għali biżżejjed għal dak kollu li jinvolvi fil- ħsieb, fil-kitba, fl-istampar, fil-produzzjoni...proċess ta' xhur u anki snin. Hemm gost fil-fatt li tixtri ktieb, taqrah u terfgħu. Ktieb jikber miegħek, minn tfulitek sal-aħħar. Kull ktieb, hu x'inhu s-suġġett tiegħu, jipproduċi l-aqwa kwalità li għandu jkollna: il-ġentilezza, ir-rispett, l-imħabba lejn kulma aħna u kulma hawn madwarna. Ktieb reliġjuż jgħallimna nemmnu, ktieb xjentifiku jindikalna x'għandna nifhmu, u ktieb artistiku jirfinalna dejjem qalbna." Pierre J. Meilak (lemin) - ir-rebbieħ tal-premju tal-EU għal-Letteratura Il-Professur Oliver Friggieri