Illum previous editions

ILLUM 19 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/497866

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 19 ta' April 2015 SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Tarxien R .................. 2 Mosta ....................... 1 TARXIEN Rainbows għelbu lil Mosta bl-iskor ta' 2-1 biex ħadu ftit nifs wara numru ta' wirjiet u riżultati diżappuntanti. Kienu Tarxien Rainbows li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża fis-16 -il minuta meta minn corner ta' Firas Aboulezz fuq it-tieni lasta, għola tajjeb Eduardo Valleillo Casado li permezz ta' daqqa ta' ras mill-viċin ra t-tentattiv tiegħu jaħbat mal-wieqfa. Tliet minuti biss wara xutt min barra l-kaxxa ta' Firas Aboulezz ġie mdawwar f 'corner minn Sean Mintoff. Mill-istess corner mogħti minn Firas Aboulezz, għola tajjeb Obinna Ajoku Darlington li permezz ta' daqqa ta' ras tajba tefa' ġewwa. Man-nofs siegħa logħob, ir-Rainbows irduppjaw l-iskor meta minn cross ta' Eduardo Vallecillo Casado, għola tajjeb Obinna Ajoku Darlington li mill-viċin permezz ta' daqqa ta' ras tefa' wara Omar Borg, biex b'hekk skorja doppjetta personali. U minuta biss wara Tarxien Rainbows kienu għoddhom għamluhom tlieta meta Manuel Caruana għadda tajjeb lejn Jose Angel Godare Pereira li minn ġol-kaxxa ra lil Omar Borg isalva tajjeb, bid-difiża ta' Mosta tikklerja l-ballun 'il bogħod minn kull periklu. Fil-45 minuta, Mosta naqsu l-marġni tal-iskor meta wara li rċieva tajjeb minn corner mogħti mis- sostitut Aliev Darbo, id- difiża tar-Rainbows naqset milli tikklerja bil-ballun jispiċċa għand l-attakkant prolifiku Niġerjan Haruna Babangida, li mill-viċin tefa' ġewwa. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima r-Rainbows ħarġu fuq l-offensiva u fid-49 minuta xutt potenti ta' Triston Caruana minn barra l-kaxxa jistampa mal-wieqfa. Fid-69 minuta freekick ta' Ishmael Grech għal Mosta waqa' f 'saqajn Eduardo Vallecillo Casado minn ġol-kaxxa tefa' ftit għoli. TARXIEN - R. Mintoff, Farrugia, M. Caruana, T. Caruana, Aboulezz (Vella 80'), Vallecillo Casado, Godar Pereira, Grech, Cini, Darlington (Sadowski 90'), Bonaque Acevedo MOSTA - O. Borg, Farrugia, M. Brincat, Ekani, Falzon, Koli (A. Borg 89'), Magro, Babangida, Zammit (Darbo 24'), J. Brincat (Frendo 81'), Fortune Referee Mareks Kere (LTV) OBINNA AJOKU DARLINGTON Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fl-4 ta' Novembru 1984, fin-Niġerja Skorja doppjetta personali li tat 3 punti prezzjużi lil Tarxien Rainbows Tarxien R. jegħlbu lil Mosta biex jieħdu ftit nifs Ritratt - Silvan Gauci

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2015