Illum previous editions

ILLUM 19 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/497866

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 19 ta' April 2015 Il-hairdresser li sarrfet "Min tefagħli l-lumi wassalni biex għamilt dan" – Maryann Curmi JOHN BUSUTTIL MARYANN Curmi, hairdresser min-Nadur fil-ġurnata li l-kaċċaturi kienu qed jiċċelebraw ir-rebħa tal-IVA għażlu li jpoġġulha ħafna lumi mal- bieb tas-salon tagħha u anke kissrulha bajda fuq l-għatba. Dan għaliex fuq Facebook hi stqarret li ma taqbilx mal- kaċċa fir-rebbiegħa u li se tivvota LE. Iżda li ma kinux jafu l-kaċċaturi dak li għamlu lil Maryann wassalha tagħmel xi ħaġa li probabli qatt ma stennew. Maryann Curmi sarrfet il-lumi li rċeviet u l-bajd imkisser billi ngħaqdet bħala membru tal-BirdLife u tal-CABS biex tħares aktar mill-qrib li ma jsirux illegalitajiet fuq l-ħajja tal- għasafar li hi tant tgħożż. Tkellimna ma' Maryann Curmi li qaltilna għaliex hi kienet il-mira tal-kaċċaturi li kienu qed jiċċelebraw u kif ħaditha meta rat il-lumi quddiem il-bieb. "Ċempluli biex jgħiduli li għandi l-lumi wara l-bieb. Jien ħsibt li għamluli xi ċajta minn dawk is-slaleb ta' klijenti żgħażagħ li għandi għax dejjem naqbduha fuq il-kaċċa u bdejt nidħak. Iżda kif wasalt fejn il-ħanut u rajt bajda mal-art ġie x'jgħidli li jista' jkun li ma kienet ċajta xejn. Tellajt ir-ritratti fuq Facebook b'nota kemxejn umoristika imma xi ħadd ġibidli l-attenzjoni li kien hemm ħafna aktar lumi milli tellajt jien fuq Facebook, għax sa ma mort jien kien laħaq għadda l-cleaner u ġabar il-lumi ta' fuq il-bankina. Xħin rajt dan ir-ritratt tal-kwantità ta' lumi biddilt il-ħsieb u issa nisuspetta li kien att vandalu u personali." Maryann qaltilna li fis- salon tagħha kulħadd hu liberu li jiddiskuti kull tip ta' suġġett bħall-politika u reliġjon, imma dan l-aħħar is-suġġett l-aktar popolari kien il-kaċċa. "Naf li hawn ħafna li ma jogħġobhomx il-mod kif nesprimi ruħi, għax jien ma nafx indur mal-lewża jew naħbi. Hemm bżonn li d-diskussjoni tal- politika jew xi ħaġa taħraq ma tibqax t-tabù. Bħala hairdresser professjonali għandi r-responsabilità li nagħti l-aħjar tiegħi lil kull klijent, irrelevanti l-kulur politiku tiegħu, x'reliġjon iħaddan, x'kulur tal-ġilda għandu jew l-orjentazzjoni sesswali tiegħu. Iżda dan ma jfissirx li m'għandix dritt nagħti opinjoni tiegħi fuq kwalunkwè suġġett li niddiskutu. Fil-fatt naf li hemm min jagħmilli boycott u hemm xi wħud li għandhom struzzjonijiet ċari 'minn fuq' u dan aktar issaħħaħni biex negħleb l-oxxenità li wieħed ma jistax jesprimi ruħu kif irid. Allura iva, din tista' tkun għax kont nikteb kontra l-kaċċa, għalkemm qatt ma attakkajt lil ħadd personali." Maryann issa ddeċidiet li tingħaqad mal-Birdlife u mal-Cabs u qaltilna x'wassalha eżatt tagħmel dan issa, "jien favur il-ħajja u l-ambjent imma qatt ma kelli ċ-ċans li nkun parti minn xi organizzazzjoni. Ġegħelni nagħmel dan min poġġa l-lumi għax forsi ma qbiltx miegħu u l-mod kif għamilha deher ċar li ma kinitx ċajta. Allura ħassejt il-bżonn li ningħaqad ma' xi organizzazzjoni biex ma nkunx qed inparla biss imma biex ngħin f 'xi ħaġa li issa qed nemmen aktar fiha minn qatt qabel. U nixtieq li nqajjem aktar kuxjenza fuq il-qasam. Issiħibt mal-Birdlife u mhux beħsiebni nieqaf hawn. Ingħaqadt ukoll mal-CABS u għandi niltaqa' magħhom biex immur voluntiera." Staqsejtha x'inhu l-iskop aħħari tagħha f 'dan is-suġġett – "qed niġġieled għal ħelsien tal-għasafar u mhux biex ninqafel jien ġo gaġġa." Maryanne temmen li l-kaċċaturi se jżommu ma' kelmithom? U temmen li l-Prim Ministru se jżomm kelmtu li jwaqqaf il-kaċċa jekk ikun hemm ksur ta' BirdLife Malta tappella: "Aħtaf il-mument!" EŻATTAMENT ġimgħa wara li 124,214-il ċittadin Malti u Għawdxi vvutaw LE biex tispiċċa l-kaċċa fir-rebbiegħa f 'referendum storiku, BirdLife Malta lbieraħ is-Sibt 17 April 2015 ħeġġet lil dawk li vvutaw LE biex 'jaħtfu l-mument' ħalli ma jħallux ir-rankatura li nħolqot mir-referendum tisfuma. Dan jistgħu jagħmluh billi jsaħħu l-appoġġ tagħhom lill-għaqda. "Ħafna iktar nies minn qatt qabel urew li għandhom għal qalbhom l-għasafar u l-kampanja. Dakinhar tar-referendum dawn in- nies ħadu l-okkażjoni biex isemmgħu leħinhom favur in-natura. Illum qed inħeġġu lil dawk li għadhom jixtiequ jaraw rebbiegħa bla kaċċa, biex leħinhom issa jżiduh ma' tagħna b'mod aktar solidu billi jissieħbu magħna bħala membri." Sostna Geoffrey Saliba, president ta' BirdLife Malta. Kif tagħmel kull sena fir- rebbiegħa permezz tas-Spring Watch Camp, il-BirdLife bħalissa għandha diversi gruppi ta' voluntiera mifruxin mal-kampanja biex josservaw il-passa tal-għasafar u anke biex isibu u jikxfu abbużi tal- kaċċa. "Il-BirdLife għamlet ħafna kuraġġ min-numru kbir ta' nies li ssapportjaw il-vot tal- LE," qal is-Sur Saliba. "Illum ninsabu iktar determinati biex inwaqqfu l-kaċċa illegali f 'Malta u biex naraw li min jikser il-liġi jinqabad u ssir ġustizzja miegħu. Diġà rajna kemm is-Spring Watch ta' din is-sena qed tkun effettiva. B'iktar sapport nistgħu nkunu iktar effettivi." "L-iktar mod sempliċi u dirett biex turi sapport hu li ssir membru fil-BirdLife," qal is-Sur Saliba, "Meta tidħol membru tkun qed tgħinna direttament biex inħarsu l-għasafar u l-kampanja. Meta ssir membru tkun qed turi impenn li jmur oltre dak is-salib li għamilt is-Sibt li għadda fil-kaxxa tal-LE. Li tkun membru juri li l-għasafar u l-ambjent naturali huma bis- serjetà importanti għalik." Wieħed jista' jidħol membru billi jimla l-formoli li qed jidhru fil-gazzetti tal-Ħadd, jew juża l-fuljetti li qed jitqassmu, jew anke billi jibgħat email lil office@ birdlifemalta.org biex tintbagħatlu formola ta' sħubija. Għal aktar tagħrif wieħed jista' jċempel lil Steve Micklewright fuq 79867284 REPORTER, għada t-Tnejn fid- 8.40pm fuq TVM2 b'ripetizzjoni fuq TVM fl-9.45pm Għada f 'Reporter, analiżi tar-riżultat tal-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali. Imexxi d-diskussjoni Saviour Balzan. Il-merill - l-għasfur nazzjonali ta' Malta u wieħed mill-għasafar li jbejjet f'Malta Maryann Curmi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2015