Illum previous editions

ILLUM 19 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/497866

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 19 ta' April 2015 | illum 15 Iżda minkejja dan kollu, jidher li fid-dar hemm sens ta' għaqda, li b'xi mod tirrenja fuq il-kwistjonijiet u nuqqas ta' qbil li jkun hemm f 'xi waqtiet. Kemm Elaine kif ukoll Pamela jirrakkuntawli x'sintonija hemm fid-dar "Aħna nirċievu donazzjonijiet imma xi kultant jidħol xi ħadd mingħajr assistenza soċjali jew bla sold u tara lil xi ħadd li ma għandu xejn, jipprova jagħti lil ħaddieħor xorta! Jixtru l-ikel lil xulxin, jew xi drabi anke sigaretti meta jkunu jpejpu. Filli jkollhom xi jgħidu, imbagħad filli tarahom hekk! Anke meta xi ħadd jidħol l-isptar, mhux dejjem ikun hemm xi ħadd li jista' jmur magħhom. Allura jaraw kif jirranġaw biex xi ħadd jieħu ħsieb it-tfal ta' xulxin ħalli waħda mir-residenti stess tmur magħha. Ikollhom xi jgħidu, imma jgħinu ħafna lil xulxin. Isiru qishom familja kbira." Daqskemm huma vittmi n-nisa fil-vjolenza domestika, huma vittmi, jekk mhux aktar it-tfal li kemm jekk ikunu vittmi tal- abbuż domestiku huma nfushom, u kemm jekk ikunu xhieda tal-vjolenza, dawn huma tfal li jġorru t-trawma li jkunu għaddew minnha tul ħajjithom kollha. "Il- professjonisti l-aktar li jaħdmu mat-tfal – għax imbagħad jibda jkollhom ukoll problemi bl-aġir tagħhom fl-iskola. It-tfal ikunu mħawda ħafna għaliex fiċ-ċiklu tal-vjolenza domestika hemm ukoll dak li nsejħu l-"honeymoon period" li fih l-omm u l-missier jidhru li reġgħu marru għall- aħjar. Allura t-tfal jibdew jitħawdu dwar x'qed jiġri mill-ġenituri tagħhom. Aħna naħdmu b'riżorsi limitati, u trid ukoll tara li jkollok l-appoġġ tal-iskejjel, tal-mużew u tara wkoll kif qed timmanifesta ruħha t-trawma – eżempju jxarrbu s-sodda jew joħolmu ikrah! Trid tipprovdi għajnuna apposta." L-għajnuna daqskemm tvarja għat-tfal, tvarja għan-nisa. Pamela tgħidli li "kemm jista' jkun il-mara tibqa' għaddejja bil-ħajja normali. Jekk għandha xogħol naraw li żżommu. Aħna ngħinuhom jaħdmu fuq il-ħiliet tagħhom – mara diġà jkollha l-ħiliet imma bil-counseling tħoss li tingħatalha aktar setgħa sabiex tagħmel dak li tixtieq. Minħabba l-abbuż imma mara ġieli qatt ma tkun kitbet ċekk, jew marret tagħmel ix-xirja – ġieli ħadniehom ġo ħanut tal-merċa biex ngħallmuhom kif jagħmlu x-xirja tagħhom." Dar Merħba Bik imexxuha r-residenti stess – fis-sens li għalkemm ir-residenti jridu jħarsu r-regoli, bħala xogħol tad- dar u tisjir u l-bqija, huma stess jagħmluhom. Min-naħa l-oħra, hemm 11-il impjegat fit-tim ta' din id-dar, l-amministrazzjoni hija f 'idejn is-Sorijiet tal-Bon Pastur. "Minħabba li aħna Organizzazzjoni Mhux Governattiva nkunu rridu nilbsu ħafna kpiepel! Li hemm bżonn irid isir. Aħna għandna l-irwoli tagħna imma nafu wkoll l-irwol ta' xulxin għax jekk xi ħadd ikun nieqes irridu naħdmu xorta waħda. Mill-ftit riżorsi li għandna rridu naraw li nipprovdu kollox. Għalkemm għandna grant mill-gvern, aħna niddependu kompletament mid-donazzjonijiet u l-volontiera." L-għajnuna hija ċ-ċavetta għal organizzazzjoni bħal din – kemm minn organizzazzjonijiet oħra, mill-gvern, imma fuq kollox mill-poplu Malti u Għawdxi. Id-djar ta' kenn minn vjolenza domestika hawn Malta jaħdmu katina flimkien, fejn skont ma qaltli Pamela jiltaqgħu kull tliet xhur sabiex jiddiskutu u jtejbu l-għajnuna li jistgħu jipprovdu – u jaqsmu l-ħiliet, kif ukoll riżorsi speċjalment ta' spazju bejniethom – "mhux xi ħaġa li tiġri ta' spiss imma jekk ikollna mara li tiġi għall-kenn b'sitt itfal, mhux ħa jkollna post dejjem. Allura b'hekk naħdmu flimkien u ħalli jekk ma nistgħux nospitawha aħna, tospitaha dar oħra." L-għajnuna mill-pubbliku hija dejjem milqugħa. Minħabba li dan ikun l-ewwel stadju ikun hemm bżonn l-aktar ta' ikel, ġugarelli u ħwejjeġ – "la jidħol xi ħadd ma jkollu xejn importanti li jsib kollox. Aħna nerfgħu kollox, speċjalment ħabba t-trabi. Ma tridx tinsa li anke sempliċiment ħalib tat-trabi, ma tistax tbiddillu l-ħalib u jekk jiġu f 'nofs ta' lejl m'hemm imkien minfejn tista' tmur tixtri." Sfortunatament nisimgħu aktar każijiet ta' vjolenza domestika li jkollu tmiem traġiku. Imma tajjeb ukoll li nisimgħu bil-każijiet pożittivi – "kellna residenti bi storja tal-ġenn. Ġew jemmnu li mhuma xejn u pass pass spiċċaw gradwaw mill-Università, saħansitra b'Masters! Hemm min qas joħroġ jixtri ma kien jaf, imbagħad tarahom jinbidlu! Hemm nisa li ġew qas o levels ma kellhom, u llum saru xi ħadd. Qabel kienu jiddependu fuq xi ħadd u issa saru xi ħadd huma stess – f 'oqsma differenti bħal moda, catering, management, tagħlim, psikoloġija! Kollha każijiet ta' nisa li għadhom jiġu sal-lum il-ġurnata biex jirringrazzjawna." Dar Merħba Bik tospita nisa u t-tfal vittmi ta' vjolenza domestika, u fil-fatt jiena nistaqsi hemmx xi differenza bejn vjolenza domestika fuq raġel u dik fuq mara. Pamela tfehemni kif normalment dan jinbidel anke minħabba li fiżikament il-mara tibża' aktar minn abbuż sesswali jew fiżiku. Hemm ħafna differenzi oħra, anke minħabba l-fatt li forsi nisimgħu aktar bil-vjolenza domestika fuq in-nisa milli fuq l-irġiel, u b'hekk hemm min ma jkunx jaf li huwa vittma. Imma minkejja kollox, f 'kull każ hemm xi ħaġa komuni waħda "id-dritt għad-deċiżjoni. Ħadd ma jista' jikkontrollak – għandu jkollok il-libertà tiegħek. Dik hija vera relazzjoni," ttemm tgħidli Pamela. Il-bieb ta' Dar il-Kenn huwa dejjem miftuħ, kemm għal min għandu bżonn l-għajnuna, kif ukoll għal min jixtieq jagħtiha. L-għajnuna lil Dar Merħba Bik tista' tingħata f 'forma ta' donazzjonijiet fuq il-kont HSBC 110-69-424-003, f 'forma ta' donazzjonijiet materjali, kif ukoll permezz ta' volontarjat. Hemm każijiet li jgħidulek 'qatt ma sawwatni imma anke b'ħarsa jwerwirni' Merħba Bik kważi triplaw f 'sena L-abbuż huwa kontorll. Huwa l-biża' żejjed - il-fatt li trid tieħu permess għal kollox

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2015