Illum previous editions

ILLUM 19 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/497866

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 19 ta' April 2015 | illum 17 NISTGĦU ninterpretaw ir-riżultat tar-referendum minn diversi lati differenti. L-ewwelnett din kienet l-ewwel darba li tħaddmet il-liġi li tagħti l-fakultà lill- poplu li permezz tal-firem isejjaħ għal referendum direttament mingħajr il- bżonn ta' xi approvazzjoni jew permess la mill-Prim Ministru, u lanqas mill- Gvern u jew mill-Parlament. Dawk li hawn min isejħilhom 'mexxejja', prattikament, nofs l-elettorat iddeċieda li jinjorahom. Minflok dawn in-nies urew li jaħsbu b'moħħhom u appoggjaw il-pożizzjoni ta' AD u tas-soċjetà ċivili, bil-Birdlife, ir-Ramblers, u Din l-Art Ħelwa fost ohrajn b'kuraġġ kbir, minkejja ħafna bsaten fir-roti, jidħlu għal din il-kampanja. B'wiċċi minn quddiem insemmi l-pożizzjoni tagħna- dejjem ċara u tonda u bbażata fuq l-aċċess għall- kampanja u t-tgawdija tal- fawna fl-aktar żmien sabiħ u mil-lat ta' konservazzjoni l-aktar delikat tas-sena. Xi ħaġa li laqtitni kienet il- pożizzjoni ta' Joseph Muscat u Simon Busuttil. Bħalma min għandu għajnejh f 'wiċċu issa dara sew, dawn la jridu jfuħu u lanqas jintnu. Busuttil is-soltu logħob bil-kliem – qal li se jivvota 'iva' – u nassumi la qal hekk hekk għamel, sakemm mhux diżonest u giddieb. Fir-realtà l-PN dejjem ftaħar kemm ħadem għad- deroga li tippermetti l-kaċċa fir-rebbiegħa. Il-PN ilu skjarat kontra l-ambjent u l-ambjentalisti – mhux fuq il-kwestjoni tal-kaċċa biss. Id-distruzzjoni tal-kampanja u tal-bliet u l-irħula tagħna li l-PN biegħ lill-ispekulaturi aspett ieħor. Fl-14 ta' Jannar 2015 fil- blog tiegħu il-kandidat tal-PN Norman Vella jgħid li "d-deroga negozjata mal-Unjoni Ewropea biex tkun tista' ssir il-kaċċa fir-rebbiegħa ġabha Gvern Nazzjonalista. Ma' dan kont inżid ngħid li kien l-istess Gvern Nazzjonalista li ġġieled kawża fil-Qorti Ewropea biex din id-deroga tkun tista' tkompli titħaddem. Huwa biss b'riżultat ta' din il-pożizzjoni u permezz ta' din il-ħidma tal-PN li f 'pajjiżna illum għadha tista' ssir il-kaċċa fir-rebbiegħa.... din kienet u għadha l-pożizzjoni tal-PN." Għal mument ejja ninsew il-fatt li ħadd ma nnegozja xejn. Fejn jidħlu derogi huwa l-gvern tal-pajjiż li jiddeċiedi waħdu li japplikaha u juri li qed tigi applikata tajjeb – ma saru l-ebda negozjati, kif iridu jagħtu x'jifmhu Busuttil u sħabu. Il-punt huwa li l-PN skjarat favur il-kaċċaturi. Żgur tiftakru l-famuż filmat li fih Simon Busuttil iltaqa' ma kaċċatur Raħal Ġdid jgħidlu kemm 'ħadem għalihom', jew Lawrence Gonzi jwissi lill- kaċċaturi dwar AD. Tiftakru wkoll lil Eddie Feneċh Adami joħroġ għonqu favur il-kaċċa fir-rebbiegħa. Dawn huma l-mexxejja Nazzjonalisti. Joseph Muscat ukoll iridha ħobbla u tredda'. Id-diżonestà tiegħu lampanti. Jgħid li ma ta palata lil ħadd. Kull min irċieva telefonati, kull min tawh fuljetti attivisti tal-Partit Laburista, jaf li Joseph Musċat għandu d-dejn mal-kaċċaturi. Joseph Muscat ma jimpurtah minn xejn ħlief mill-poter u l-kontroll li għandu fuq il-partit tiegħu. Ilkoll nafu li Joseph Muscat iħobb jgħaddi lin-nies biż- żmien. Staqsi lill-kaċċaturi nfushom. Dawn kienu mlew rashom li l-Gvern, jigifieri Muscat, b'xi mod mhux se jħalli r-referendum iseħħ. Mur għidilhom li ma setax. Imma hekk tahom x'jifmhu. Muscat ilu mibjugħ lill-kaċċaturi. U mhux lill-kaċċaturi biss, bħall-PN, il-politika tiegħu fil-qasam ambjentali lil hinn mill-kaċċa huwa fotokopja tal-gvern ta' qablu – li jkompli d-distruzzjoni tal-pajjiż b'hekk imsejjah 'żvilupp'. Anzi fil-PN hemm min qed jimbotta biex jillaxkaw iżjed fil-politika ambjentali u tal-ippjanar biex jikkompetu ma' Muscat. Spiċċajna b'tellieq sal-qiegħ. Saħansitra attivisti u deputati Laburisti qed jgħidu li jridu jneħħu d-dritt tal-poplu li jsejjaħ referendum abrogattiv. Anke d-deskrizzjoni tagħhom infushom ta' soċjali- demokratiċi jew progressivi hija daħqa kbira fil-wiċċ. Raphael Vassallo jolqot il-musmar fuq rasu fl-artiklu tal-MaltaToday 'This is what we are'. Fl-aħħar mill- aħħar huwa l-elettorat li jiddeċiedi - jew se jkompli jiġi mgħoddi biż-żmien minn Busuttil u Muscat, jew inkella se jagħti theżżiża lis-sistema mmuffata tal- istatus quo, jew se jkun hemm nies kuraġġużi li jingħaqdu magħna biex nisfidaw bil-mezzi demokratiċi lill- partiti mixtrijin li għandna, jew inkella bħal xi wħud se nkomplu nistaħbew u nsibu skużi biex bħal Joseph u Simon la nfuħu u lanqas nintnu. Ralph Cassar hu s-segretarju ġenerali tal-Alternattiva Demokratika Kif Naħsibha RALPH CASSAR Wara r-referendum f 'deċiżjoni iebsa t'għeluq l-istaġun tal-kaċċa fir- rebbiegħa bħalma għamel is-sena li għaddiet – f 'każ li nisimgħu b'iktar abbużi. Irwol indispensabbli jibqa' tal- kaċċaturi nnifishom. Nifhem li mhux faċli wieħed jirraporta lil xi ħadd li jaf, speċjalment meta jaf ikun saħansitra ħabib tiegħu. Però jekk dan kiser il- liġi, wieħed għandu jagħmel il- pass 'il quddiem li jagħmel id- differenza kollha u jirraporta. Forsi anki hawn, irridu naraw lill-Gvern ikun pro-attiv u jassigura li l-liġi tipproteġi lill- kaċċaturi li jersqu 'l quddiem bl-informazzjoni. B'mod ġenerali, meta nitkellmu fuq il-biża' u l-omertà, qed nitkellmu wkoll fuq ċaqliq ta' kultura, u bl- istess mod li dan l-argument japplika għall-kaċċaturi, japplika għal kulħadd u fl-oqsma kollha fejn tinkiser il-liġi. Kelma tal-aħħar għal forma oħra ta' skiet li tirriżulta mill-eżitu tar-referendum li sar is-Sibt li għadda. Sakemm għidt li 75% laqgħu s-sejħa u marru jixħtu l-vot, huwa ferm interessanti l-għażla li għamlu l-25% l-oħra. Forsi kien hemm min li ċ-ċirkostanzi ma ppermettewlux jivvota, probabbli dawn huma l-minoranza. Li hu żgur li anki f 'din biss, jiddomina s-silenzju, is-skiet ta' persuna minn kull erbgħa f 'pajjiżna. U kif jista' dan jiġi interpretat f 'termini ta' rispett u responsabbiltà? Ħafna jsibuha faċli biex jikkonkludu li din hi forma ta' indifferenza. Bruda. Diżinteress. Wieħed jistħajjel lil dan is-settur jgħid 'lili ma jinteressanix', 'ma jolqotnix direttament', 'ma jmisslix il-but' jew għad-dirittura 'jien m'għandix opinjoni'. Dan it-tip ta' raġunament, li mhuwiex immaġinazzjoni imma smajtu b'widnejja jien stess, naħseb li jħalli lok għal ħafna riflessjoni. Bl-ebda mod ma rrid ngħid li hu tajjeb jew ħażin, però rrid ngħid li l-vuċi qiegħda hemm biex issemmagħha. Jekk xi ħadd m'għandux opinjoni, għandu jistaqsi lilu nnifsu għaliex. Jekk suġġett ma jolqtux direttament, għandu jistaqsi lilu nnifsu huwiex aċċettabbli għalih li ma jaħsibx f 'ta' madwaru u fil-bqija tan-nies li jgħixu fil-pajjiż, saħansitra anki fl-ambjent ta' madwaru. Għandu jistaqsi wkoll jekk huwiex aċċettabbli għalih li jibqa' sieket, biex ħaddieħor jispiċċa jiddeċiedi għalih! Ngħid hekk għax ovvjament, imur jew ma jmurx jivvota, l-elezzjoni xorta tiġi deċiża. Sakemm nittama li kull individwu mill-25% li ma resqux jivvutaw, jagħmel dan l-eżerċizzju, nistqarr li jien kburi li r-referendum tal-ġimgħa li għaddiet donnu wera sinjali ta' nies li m'għadhomx jgħaddsu rashom u jagħmlu dak li jgħid il-mexxej jew il-kap tal- partit. Dak iż-żmien jidher li qed jispiċċa, anki jekk bil- mod il-mod. Sinjal ta' raġġi tax-xemx fuq ix-xefaq. Moħħna qiegħed biex inħaddmuh. Jalla jiddakkru f 'das-sens dawk li għadhom ikkundizzjonati jew dgħajfa biżżejjed biex l-opinjoni tagħhom, flok jiffurmawha huma billi jisimgħu u jagħrblu kollox, iħallu lil min jimmanipulahielhom. Karl Wright hu l-editur tal- RTK u President tal-IĠM AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT Jgħid li ma ta palata lil ħadd. Kull min irċeva telefonati, kull min tawh fuljetti attivisti tal-Partit Laburista, jaf li Joseph Muscat għand d-dejn mal-kaċċaturi "Mhux aċċettabbli il ma jaħsibx saħansitra fl-ambjent ta' madwaru"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2015