Illum previous editions

ILLUM 19 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/497866

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 19 ta' April 2015 Akkademja tal-mexxejja għal żgħażagħ Għawdxin FI tmiem il-ġimgħa li għaddiet attendejt għall- ewwel sessjonijiet ta' kors ta' 11-il xahar fl-Universita Għawdxija organizzat mill-Kunsill Għawdxi taż- Żgħażagħ flimkien mal- Aġenzija Żgħażagħ b'fondi tal-Aġenzija Ewropea għall- Ambjent (EEA). Dan il-kors li kieku wieħed kellu jħallas għalih kien jiswielu madwar €10,000, li iżda qed jingħata b'xejn għal kull Għawdxi jew Għawdxija li jridu jsiru mexxejja ta' ħajjithom jew fil-karriera tagħhom. Dan il-kors m'hemmx età għalih għax mexxej jispiċċa minn mexxej meta jieqaf jitgħallem x'għandu jagħmel biex ikun mexxej. U dan għamilni eliġibbli li nattendi għalih u nkompli nitgħallem esperjenza ma' dawk iż- żgħażagħ mimlija ħolm li jgħinuk li tkompli toħlom għax il-ħajja ma twaqqafhiex int, iżda tieqaf weħidha u aktar ma l-moħħ ikun stimulat aktar jibqa' b'saħħtu. Applikaw għal dan il-kors 120 persuna iżda attendew s'issa madwar 70 persuna. Skont il-kowċ tal-mexxejja Radu Sueche, il-fatt li kors ikun bla ħlas, kultant inaqqas il-parteċipazzjoni għax il-persuna li jkun irreġistra ma jħossux imbuttat mill-flus li ħallas biex jattendi kull sessjoni ta' taħriġ. Iżda qalli wkoll li l-ewwel pass ta' mexxej tal- futur hu li jitfaċċa għal dak kollu li jkun ħa l-impenn għalih – inkluż dan il-kors. Radu Sueche hu żagħżugħ Rumen ta' 29 sena li minn età żgħira għaraf li biex jirnexxi jrid jistudja u biex jistudja ried il-flus li hu ma kellux. Għalhekk qalli li kien hemm sejħa għal boroż ta' studju, li riedu biss jintagħżlu minn 1,000 student mir-Rumanija kollha. Wara li ntagħżel inqasmu fi gruppi ta' 300, u tnejn minn kull grupp kien jirbaħ din il-borża ta' studju. Radu ħalef li jkun wieħed mit-tnejn u rnexxielu jagħmel dan. Illum tela' l-iskaluni tas-suċċess anke jekk għadu żagħżugħ u qed jgħin biex iħarreġ mexxejja tal-futur. Radu fil-fatt ħadem mill-qrib ukoll mal-eks president tar-Rumanija, Trajan Basescu. Fil-preżent iż-żgħażagħ Għawdxin huma fortunati li qed jitħarrġu f 'din li hu jsejħilha akkademja għal mexxejja minn dan il-'Master Coach'. Tkellimt ma' Radu mhux dwar il-kors biss iżda staqsejtu x'innota fl-ewwel mawra tiegħu f 'Għawdex. L-ewwel kliem li qalli kien li nnota xi ħaġa li kull fejn mar ma nnutaha mkien. Qalli li hu jagħmel diversi korsijiet għal mexxejja f 'pajjiżi Għarab fejn qalli li kulfejn tmur f 'dawn il-pajjiżi u jaraw turist anke ġebla jippruvaw jbigħulek. "Għawdex bqajt skantat x'potenzjal hawn ta' turiżmu u ma jisfruttawhx. Mort iċ-Ċittadella fejn hemm vojt kbir u d-Dwejra li ħlief xi ġelat ma jbigħulekx - tant huma sbieħ u ma tara lil ħadd jbigħ xi tip ta' servizz jew souvenirs lit-turist. Bqajt skantat b'daqshekk potenzjal u ma jiħdux l-aqwa minnu." Qalli wkoll li dan il- potenzjal rah ukoll fiż- żgħażagħ Għawdxin, "anke ż-żgħażagħ għandhom potenzjal qawwi li jirnexxu bħala mexxejja iżda nnutajt li bħal ġenerazzjoni tal- lum iż-żgħażagħ Għawdxin jemmnu l-iskużi tagħhom biex ma jaslux. Pajjiżi żgħar bħal Għawdex li għandhom inqas riżorsi jridu jaħdmu iżjed biex ikunu minn ta' quddiem fin-negozju u bħala mexxejja. Iżda nnutajt li ma jaġixxux biżżejjed fuq dan il-potenzjal li għandhom. Kultant jiġri li aktar ma • Kors li jiswa €10,000 jingħata b'xejn lill-Għawdxin • Stil ġdid ta' taħriġ li jissejjaħ entertraining • Irreġistraw madwar 120 żagħżugħ u żagħżugħa Għawdex hawn potenzjal li mhux użat sew illum@mediatoday.com.mt John Busuttil Radu Sueche

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2015