Illum previous editions

ILLUM 19 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/497866

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 19 ta' April 2015 SPORTSillum MIS-SUQ TAT-TRASFERIMENTI... ALLEN U FLANAGAN : Aħbarijiet tajba għall-kowċ ta' Liverpool, Brendan Rodgers li dalwaqt jista' jiċċelebra żewġ tiġdid ta' kuntratti importanti. Fil-fatt skont il-ġurnal Ingliż, Daily Mirror, ir-Reds jinsabu pass 'il bogħod milli jiffirmaw it- tiġdid tal-kuntratt taż-żewġ plejers tagħhom, Joe Allen u Jon Flanagan. HUGO LLORIS – Paris St Germain qed jaħsbu f 'tibdil bejn il-lasti għall-istaġun li ġej. Dan, għalkemm huwa fatt magħruf li Salvatore Sirigu kellu staġun mill-aqwa ma' PSG u huwa l-kandidat ewlieni beix jieħu post Gianluigi Buffon bejn il-lasti tat-tim nazzjonali Taljan fis-snin li ġejjin. Però, id-diriġenza ta' PSG qed tikkunsidra l-ipoteżi Hugo Lloris li bħalissa huwa l-goalkeeper ta' Tottenham Hotspur fl-Ingilterra. Biex jirnexxielhom jilħqu ftehim biex jakkwistaw lill-istess goalkeeper Franċiż, PSG jistgħu idaħħlu fit-trattativa lill-attakkant prolifiku Arġentin, Ezequiel Lavezzi. FIRMINO – Manchester United daħlu fil-lista tal-klabbs li qed isegwu mill-viċin lill-plejer Brażiljan ta' Hoffenheim fil- Ġermanja, Firmino. Hemm diversi klabbs interessati fl-istess plejer ta' nofs il-ground li twieled fl-1991 bl- iktar tnejn interessati ikunu Arsenal u Bayern Munich. Jidher li r-Red Devils se jkunu qed jagħmlu minn kollox biex jakkwistaw lil dan il- plejer li qed jirriżulta bħala wieħed mill-iktar plejers interessanti tal- Bundesliga ta' dan l-istaġun. ELSEID HYSAY – Fl-aħħar sigħat kien hemm spekulazzjonijet li Inter kienu interessati fil-plejer ta' Empoli, Elseid Hysay, iżda dawn ix-xnigħat jidhru li huma mingħajr bażi. Is-sit eletttroniku FcInterNews.it, fil-fatt żvela li d-Direttur Sportiv tal-istess tim minn Milan, Marco Ausilio, ma kien għamel l-ebda kuntatt mal- klabb mir-reġjun tat-Toscana biex jakkwista s-servizzi tal-plejer Albaniż li twieled lura fl-1994. BERARDI – Il-klabb Germaniż, Wolfsburg huma interessati fil- plejer Domenico Berardi, li jinsab misluf għand Sassuolo mingħand Juventus. F'każ li t-tim immexxi minn Massimiliano Allegri jiddeċiedi li ma jeħduhx lura Turin, il-Ġermaniżi jkunu lesti li jakkwistawh għal somma viċin il- €15–il miljun. LAZIO: Lazio jinsabu interessati f 'Ismael Sosa, attakkant li twieled fl-1987 li qed jimpressjona bil-kbir bil-flokk tal-klabb Messikan Unam. Dan il-plejer huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-iktar plejers promettenti li jimmilitaw fil- Kampjonat Messikan. L-istess plejer qed jiġi segwit ukoll mill-klabb Spanjol, Sevilla, u għalhekk huwa ferm probabbli li dan il-plejer iħalli l-Amerika Latina biex jissieħeb ma' xi klabb fil-kontinent Ewropew. SARRI: Wara t-telfa ta' AC Milan kontra Fiorentina bl-iscore ta' 2-1 fi Stadio Artemio Franchi ġewwa Firenze, il-pożizzjoni ta' Filippo Inzaghi bħala kowċ tar-Rossoneri tinsab iktar f 'riskju. B'hekk qed jinstemgħu bosta ismijiet ta' kowċis li jistgħu jieħdu post ta' dan l-eks plejer leġġendarju tat-tim li f 'dawn l-aħħar snin iddiżappunta bil- kbir. Iżda, fost l-iktar ismijiet li qed jissemmew, insibu dak tal- kowċ ta' Empoli, Maurizio Sarri, b'rapporti jindikaw li huwa jista' jieħu t-tmexxija ta' AC Milan mhux għalissa iżda fi żmien xahrejn wara li jintemm il-Kampjonat tas-Serie A. FALCAO – Skont il-ġurnal Ingliż The Guardian, il-kowċ Portugiż ta' Chelsea iktar magħruf bħala The Special One, Josè Mourinho, tefa' ħarstu fuq l-attakkant prolifiku Kolumbjan li iżda xejn mhu qed ikollu staġun feliċi ma' Manchester United, Radamel Falcao. Jidher li Mourinho jemmen bil-bosta fil- kwalitajiet tekniċi ta' dan il-plejer u qed jagħmel minn kollox biex jirreġistrah fi Stamford Bridge biex itih prova oħra fil-karriera tiegħu u juri lil kulħadd tassew x'isarraf. KOVACIC – Id-Direttur Sportiv ta' Barcelona Ariedo Braida li niftakruh ukoll ma' AC Milan jinsab interessat li jakkwista s-servizzi tal-istilla Kroata, Mateo Kovacic. Dan skont il-ġurnal sportiv Mundo Deportivo fejn rapporti li dehru fuqu jindikaw li t-tim immexxi minn Luis Enrique jinsab interessat bis-sħiħ li jakkwista lil Mateo Kovacic. VAN GAAL - Skont rapport dettaljat li deher fuq il-ġurnal Ingliż The Telegraph, Manchester United huwa l-aħħar klabb li se jkun qed jikkowċja Louis Van Gaal fil-karriera illustri tiegħu. Madanakollu ma indikax jekk dan hux se jkun l-aħħar staġun tiegħu fit-tmun tar-Red Devils. CAVANI – Huwa fatt magħruf li l-istilla Urugwajana Edinson Cavani huwa ferm rikjest minn diversi klabbs. Il-bomber ta' Paris St Germain qed jattira l-interess ta' diversi klabbs Ewropej fosthom Juventus, Manchester United u anki Arsenal. Huwa rrapurtat li l-Gunners qed joffru s-somma ta' 50 miljun Ewro biex jakkwistaw is-servizzi tal-Matador kif inhuwa iktar magħruf Edinson Cavani. IBRAHIMOVIC - F'dawn l-aħħar jiem kienu qed jiċċirkolaw spekulazzjoniiet fil-mezzi tax- xandir li Zlatan Ibrahimovic se jħalli lill-ġganti Franċiżi ta' PSG. Iżda l-aġent tiegħu Mino Raiola kien pront u ċaħad dawn ir-rapporti mmedjatament fejn afferma li l-plejer internazzjonali Svediż huwa l-iktar plejer importanti tal-proġett PSG. MAXI LOPEZ – Jekk kien hemm plejer li matul dan l-istaġun impressjona bis-sħiħ ma' Torino m'hemmx dubju li dan ma kien ħadd ħlief il-plejer Arġentinjan, Maxi Lopez. Jidher li l-president tal-Granata, Urbano Caino, irnexxielu jsib sostitut denju tal-plejer internazzjonali Taljan, Ciro Immobile. It-tim mir-reġjun tal-Piemonte fl-Italja, iffirma lil Maxi Lopez għal kuntratt ta' sitt xhur f 'Jannar li għadda b'għażla li jiffirma għall-istaġun ta' wara. Wara l-prestazzjonijiet mill-aqwa li kellu l-istess plejer mal-istess tim immexxi minn Giampiero Ventura, ma jidhirx li hemm dubju li Maxi Lopez se jkun qed iġedded il- kuntratt tiegħu mal-Granata. KOKE – L-Ispecial One, Josè Mourinho, qed ikompli jitfa' ħarstu lejn il-belt kapitali Spanjola, Madrid, din id-darba lejn it-tim ta' Atletico Madrid, għal dak li jirrigwardja plejers li jistgħu jsaħħu t-tim tiegħu matul l-istaġun li ġej. Wara li l-kowċ Portugiż ta' Chelsea irnexxielu jingaġġa mingħand Atletico Madrid tliet plejers ta' livell liema bħalu fosthom Thibaut Courtois, Diego Costa u Felipe Luis, huwa issa jixtieq jakkwista s-servizzi tal-plejer ta' nofs il-ground Spanjol Koke mingħand il-Colchoneros. Skont il-ġurnal Spanjol AS, it-trattattiva biex Chelsea jakkwistaw lill- plejer Madrilen tista' tkun qed tikkonsisti fil-fatt li jkun hemm bdil bejn Felipe Luis u Koke biex b'hekk Felipe Luis jerġa' jirritorna mal-Madrileni wara biss sena ma' Chelsea li fiha xejn ma impressjona. DARMIAN - Għal dawn l-aħħar jiem ilhom jiċċirkolaw spekulazzjonijiet li hemm ċans kbir li d-difensur internazzjonali Taljan Matteo Darmian iħalli lil Torino biex jingħaqad ma' xi klabb importanti fl-Ewropa. Jidher li l-iktar tim li huwa favorit li jakkwista s-servizzi tiegħu huwa Bayern Munich fejn huma lesti li jħallsu s-somma ta' €18–il miljun biex jakkwistaw lill-plejer li kien l-aqwa plejer tat-tim nazzjonali Taljan fit-Tazza tad-Dinja li għaddiet fil-Brażil. FABINHO - Il-media sportiva Franċiża qed issegwi l-passi tal- Brażiljan Fabinho li bħalissa jinsab jilgħab mat-tim Franċiż, Monaco. Dan il-plejer huwa propjetà tal- klabb Brażiljan Rio Ave iżda ilu b'self għand Moanco sa mill-2013. Jidher li l-plejer Brażiljan mhux se jirritorna jilgħab f 'pajjiż twelidu fejn huwa l-iktar mistenni li jmur ifittex avventura ġdida fi Spanja ma' Barcelona jew fl-Ingilterra ma' Arsenal. DYBALA – Juventus jinsabu ferm interessati li jakkwistaw is-servizzi tal-plejer Arġentinjan Paulo Dybala li tant impressjona ma' Palermo matul dan l-istaġun. Id-Direttur Sportiv ta' Juventus Giuseppe Marotta qed jipprova jagħmel minn kollox biex jikkonvinċi lill-president tat-tim Sqalli biex iħlalli lil Dybala jingħaqad mal-Bianconeri fit- trattattiva li tkun qed tinkludi lill-plejer Franċiż tal-Vecchia Signora, Coman, biex jingħaqad ma' Palermo waqt li t-tim immexxi minn Massimiliano Allegri ikun qed iżid somma flus flimkien ma' dan il-plejer li ma tantx jiġi inkluż fil-formazzjoni tal-Bianconeri. MAXWELL – Is-sit elettroniku ta' PSG ħabbar b'mod uffiċjali li l-plejer Brażiljan Maxwell ġedded il-kuntratt tiegħu mal-Pariġini għal sena oħra, biex b'hekk il-kuntratt tiegħu mat-tim immexxi mill-kowċ Franċiż, Laurent Blanc, se jkun qed jiskadi fl-2016. DI MARIA – Min jilbes il-flok numru 7 ta' Manchester United dejjem ikun qed iġorr piż kbir fuq spalltu. Dan hekk fil-passat riċenti libsu dan il-flokk, plejers ta' statura mondjali fosthom George Best, Eric Cantona, David Beckham u iżjed riċenti Cristiano Ronaldo. Illum il-ġurnata r-responsabbiltà

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2015