Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/497866
10 illum | Il-Ħadd 19 ta' April 2015 Waħda mill-eqdem invenzjonijiet, waħda mill-aktar armi Il-ktieb għadu f 'qalb VERONICALYNN MIZZI JEKK ix-xogħol huwa s-salmura tal-ġisem, mela l-qari huwa s-salmura tal-moħħ u bħalma għal ħafna, il-kelb huwa l-akbar ħabib, għal oħrajn, dan huwa l-ktieb. Il-Ġnus Magħquda se tkun qed tiċċelebra l-ġurnata dinjija tal-kotba u d-drittijiet tal-awtur nhar it-23 t'April. Din hija ġurnata importanti u simbolika għaliex hemm diversi awturi kbar li għandhom xi tip ta' rabta ma' din id-data. Huwa minħabba f 'hekk li ntagħżel dak il-jum, għaliex fiha mietu l-awturi magħrufa Shakespeare, Cervantes u Inca Garcilaso de la Vega. L-għan ta' dan il-jum huwa fil-fatt sabiex tingħata tislima lill-kotba u kittieba kollha, filwaqt li l-pubbliku, speċjalment it-tfal u ż-żgħażagħ jiġu mħeġġa jiskopru u japprezzaw il-gost li joffri l-qari. F'pajjiżna, u madwar id- dinja, spiss nisimgħu li l-ġenerazzjonijiet tal-lum tbiddlu wisq u moħħhom fit-teknoloġija – kompjuters, mowbajls u kull tip ta' logħob u apparat teknoloġiku ieħor, li sikwit jieħu post il-ktieb. Huwa propju għalhekk li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jorganizza avvenimenti u attivitajiet sabiex ikompli jħeġġeġ lin- nies iħobbu l-qari, bl-attività prinċipali tkun dik f 'Novembru meta jiġi organizzat il-festival annwali tal-ktieb. Minbarra dan, il-kunsill iħabrek sabiex jagħti donazzjonijiet ta' kotba u jorganizza attivitajiet tal-qari ma' diversi awturi. Propju din il- ġimgħa l-Kunsill Nazzjonali tal- Ktieb kien qiegħed jipparteċipa fil-fiera tal-kotba f 'Londra biex jippromwovi l-kotba u l-awturi Maltin ma' pubbikaturi barranin u b'hekk ikunu qed jiġu sfruttati kuntatti internazzjonali ġodda. Din kienet l-ewwel darba li Malta għamlet parti minn din il-fiera, li kienet suċċess. Il-litteriżmu Fil-qasam edukattiv, hemm ħafna faċilitajiet li wieħed jista' jagħmel użu minnhom, u l-MUT, bħala union li taħdem direttament f 'dan il-qasam, tħeġġeġ il-qari, u bħala MUT Publications Ltd. biex tippubblika r-rivista Sagħtar flimkien ma' kotba interessanti għat-tfal bħala parti mis- Sensiela Kotba Sagħtar. Din tikkumplimenta lill-istrateġija Nazzjonali tal-litteriżmu billi tgħin sabiex it-tfal dejjem isibu affarijiet ġodda x'jaqraw. "Mill- esperjenza ta' MUT Publications Ltd, it-tfal jekk isibu jaqraw dwar dak li jinteressahom jaqraw aktar u għaldaqstant dejjem infittxu li nipprovdu temi u suġġetti interessanti kemm bħala rivista u anki kotba. Għalkemm wieħed jammetti li għad fadal ħafna xi jsir sabiex it-tfal jaqraw dejjem aktar, wieħed ma jistax ma jkunx pożittiv dwar in-numru ta' kotba ta' kwalità li hawn bil-Malti fis-suq u dan jawgura tajjeb għall-futur tal-qari f 'pajjiżna," qalet b'ottimiżmu l-MUT. Jekk xi ħadd irid jaqra, ma jistax iġib skużi li m'għandux x'jaqra. Lokalment, in-numru ta' pubblikazzjonijiet żdied b'mod straordinarju hekk kif matul is-sena l-oħra biss, f 'Malta ġew ippubblikati 402 kotba u 561 periodical u dan ovvjament meta neskludi l-eluf kbar ta' kotba fis-suq internazzjonali. Meta tkellimna ma' Horizons Ltd li huma pubblikaturi lokali, sostnew li l-ktieb għadu popolari ħafna mal-Maltin, u minkejja l-era diġitali u l-forom varji ta' kif wiehed jista' jaqra ktieb, dak stampat jibqa' preferut. Anke għalkemm hemm kompetizzjoni tremenda mill-ktieb 'barrani', il-ktieb 'Malti' jibqa' mfittex sew. Bħala ġeneri ta' kotba, l-Maltin jibqgħu jagħżlu r-rumanzi u novelli, waqt li l-kotba tal-Melitensia jibqgħu mfittxija mill-kollezzjonisti b'mod partikolari. Mill-banda l-oħra, sfortunatament il- poeżija ma tinbigħx u żgur li kull pubblikatur prattikament jagħmel it-telf kull darba li jippubblika l-poeżija. Bħala dar tal-pubblikazzjoni, Horizons jieħdu sehem f 'diversi fieri u attivitajiet li jħeġġu l-qari organizzati minn diversi entitajiet fosthom il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u anke l-Għaqda tal-Malti fuq il- Kampus tal-Università. "Dawn huma opportunitajiet uniċi biex ilaqqgħu l-pubblikatur mal- qarrejja, kif ukoll ikun hemm espożizzjoni ta' tant kotba taħt saqaf wieħed." "Is-suq Malti huwa mbierek minn numru kbir ta' kotba li jinħarġu kull sena. Horizons ippubblikat 31 ktieb matul l-2014, li naħseb huwa rekord assolut. Dis-sena diġà wkoll għandna fis-suq 11-il ktieb ġdid." Dan in-numru kbir ta' kotba, bħala Maltin għandna x-xorti li nistgħu nissellfuhom b'xejn mill-ħafna libreriji pubbliċi li għandna madwar Malta. Fil-fatt, matul is- sena 2014, fil-libreriji kien hemm żieda ta' 29,916-il ktieb ġdid. Il-Maltin jidher li jħobbu jagħmlu użu minn dawn il- faċilitajiet li għandna għaliex matul l-aħħar sena kien hemm żieda ta' 4,569 membru ġdid li ssieħbu f 'dawn il-faċilitajiet bis- self ta' kotba jlaħħaq is-635,008. Fost is-self l-aktar popolari għat-tfal fil-kotba bil-lingwa Maltija, kein hemm il-kotba ferm maħbuba ta' Trevor Zahra, Joe Casha, Carmel G. Cauchi u Clare Azzopardi. Filwaqt li fost l-awturi bil-Malti għall-adulti, kienu popolari awturi bħal Emilio Lombardi, Lina Brockdorff u Elio Lombardi.