Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/497866
Il-Ħadd 19 ta' April 2015 | illum 13 jkollok potenzjal f 'ħajtek inqas tużah." Staqsejtu kif kien sar jaf b'Malta u kif spiċċa jikkowċja l-akkademja tal-mexxejja f 'Għawdex. Radu qal li tliet snin ilu kien qiegħed kors fit-Tuneżija u hemmhekk ltaqa' ma' Ryan Mercieca u tkellmu dwar l-akkademja tal-mexxejja u kien Ryan li ssuġġerilu li jsir kors f 'Għawdex għax jemmen li hemm bżonn li l-Għawdxin jibdew jaħsbu biex imexxu l-Għawdex stess. Wara tliet snin ta' xogħol biex Ryan Mercieca jirnexxilu jġib sponsors għal dan il-kors, dan seħħ u issa l-istudenti jridu jqattgħu 11- il xahar b'sessjoni kull xahar u bi tliet modules minn Radu Seuche biex jieħdu ċertfikat internazzjonali dwar il-ħiliet għat-tmexxija. L-istil ta' Radu kif iwassal il-messaġġ tiegħu hu xi ħaġa unika u ferm moderna fejn il-lezzjonijiet tiegħu li jdumu madwar 8 sigħat hu divertenti tant li wieħed qas biss jinduna li għaddew. "Dan hu stil ġdid li jissejjaħ entertraining (entertainment training) - fejn bi stil divertenti nies ġodda jiskopru lil xulxin." Interessanti l-fatt ta' kif wieħed jinduna li mexxej ifalli u kif tagħraf mexxej tajjeb jew aħjar x'iwasslek għal mexxej tajjeb. Hemm seba' punti li wieħed ifalli milli jasal biex ikun mexxej a) Nuqqas ta' għarfien u ħila b) Ikollu sett ta' twemmin limitat ċ) Emozzjoni negattiva tal-passat (għandek tħalli l-passat warajk) d) Ma tagħtix kas il-valuri tal-ħajja e) Li ma tirrispettax li kull kawża fiha effett, li ma tkejjilx kull riżultat bl-iskużi u li tinsa li kull perċezzjoni hi proġezzjoni tiegħek innifsek f ) Ma tirreaġixxix jew tirreaġixxi ħażin għal dak li jiġrilek g) Ma tkunx preżenti meta jkun hemm bżonn li tieħu azzjoni Fuq in-naħa l-oħra hemm sitt punti li jwassluk biex tkun mexxej tajjeb a) Li quddiemek ikollok bersall jew mira x'tilħaq b) Li tissetja twemmin b'saħħtu ċ) Temmen li dejjem hemm għażla d) Li tibni mekkaniżmu ta' 'feedback' e) Aġixxi b'eċċellenza sew fiżikament kif ukoll piskoloġikament (dan wieħed irid iżommu sigriet u mhux joħorġu fl-apert) Dan hu ftit mit-taħriġ li jagħti Radu Sueche, fejn temm jgħidli li hu jemmen li f 'dan il-kors ta' taħriġ se jkun hemm min iċedi u ma jibqax imur, u hemm oħrajn li jibdew il-kors wara li jsiru jafu aktar dwaru. Fil-fatt dawk li jridu jagħmlu dan kulma għandhom jagħmlu hu li jidħlu fis-sit www. gozoyouthcouncil.com/ register għax skont Radu temm, "l-opportunitajiet huma hemm huma aħna li ma mmorrux għalihom." Stefani Buono tempo Fejn kien is-segretarju parlamentari tal-kunsilli lokali. Għandi impressjoni li tal-Labour jistħu issemmuh jew jużawh. Għax wara kollox ma tantx jistgħu jafdawh. Minflok dejjem ipoġġu lil Owen Bonnici, il-Ministru tal-Ġustizzja. Għax bejnietna kif jgħid l-Ingliż, hu investiment fis-sod. Il-problema hi li xi darba n-nies ser jindunaw li kull darba li jkun hemm bżonn xi ħadd jidher, Stefan Buono temp mhux ser jidher. Il-Phyllis il-Muscat Issa jien ma nafx x'qed jiġri, imma qisu hemm problema l-CHOGM. Għax kieku ma kienx hemm il-Phyllis il-Muscat ma kinitx titlef żewġ luogotenenti. Hekk ħabta u sabta. Insomma ilsna ħżiena qalulna li ma' Phyllis taħdem jekk tkanta l-kanzunetta ta' Rita Pavoni; Pappa col Pomodoro u fl-istess ħin tirrispondi telefon u tikteb ittra u tipprova tirrispondi ġurnalista. Olè! Xmun rikordjat Kemm ħadt pjaċir nisma' ir-rekording ta' Xmun il-kap minsi tal-Partit Nazzjonalista. Biex tkunu tafu rrekordjah qabel ir-riżultat tar-referendum, u għalhekk ħallieh mingħajr messaġġ bla sugu. Jien ziti dejjem insistiet li kannoli bla krema hawn ħafna, imma mbagħad hawn min huwa il-king tal-kannoli bla krema. Kathleen kandidata? Kathleen Grima l-avukatessa li taħdem mal- avukat li ddikjara lilu nnifsu suldat tal-azzar ma setgħetx tikkonferma jew tiċħad li hi tista' tkun kandidata f 'isem il-partit. B'partit qed nirreferi għall-Partit Laburista, għax il-partit l-ieħor ma jeżistix. Infatti n-nies ta' Justyne Caruana huma inkwetati għax b'Kathleen fi tmun hemm ċans li kollox imur żmerċ. Imma skont Kathleen għalissa moħħha fuq iż-żwieġ. Infatti f 'kumment esklussiv mal-poodle, qalet li għat- tieġ ser tordna disa' tużżani pastizzi - ovvjament tas-summien. Oh ye! L-irkantatur Gran Mastru Kemm ħadt gost nara l-Prim jiltaqa' mal-eks irkantatur ta Sotheby's li issa sar Gran Mastru. Veru prosit! Kienet laqgħa importanti ma' eks Kurunell tal-kadets Ingliżi u ovvjament persuna li fid-dinja tal-lum għandu ħafna x'joffri apparti l-piż. Importanti niftakru li Matthew Festing sar Gran Mastru tal-Kavallieri ta' San Ġwann. Dan huma grupp ta' nies li jagħmlu ħafna ġid, minkejja l-fatt li għoddni ma fhimtx kif u fejn. Jien taf x'naf li dawn il-laqgħat ma' dawn in- nies irrelevanti importanti ħafna għax ikollok l-opportunità tilbes u żżanżnan xi libsa ġdida. Importanti li niftakru li l-kunsill tal-kavallieri jistgħu jkunu irġiel biss. Ħeqq m'hemmx x'tagħmel. Olè! Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil- mowbajl. Ibgħat lil illum@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Stefan Buontempo Phyllis Muscat Simon Busuttil Kathleen Grima Matthew Festing sew – Radu Sueche