Illum previous editions

ILLUM 19 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/497866

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 19 ta' April 2015 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Imejl: illum@mediatoday.com.mt I r-riżultat tal-kunsilli lokali ta' 2015 huwa dawk li hu - rebħa għall-Prim Ministru Joseph Muscat. Wieħed ma jistax jgħid li kien hemm xi daqqa kbira lil Muscat – anzi pjuttost l-oppost. Imma hemm messaġġi ċari li Muscat ma jistax jinjora, hemm it-tnaqqis f 'ċerti lokalitajiet. Mhux l-aħħar tad-dinja għal Muscat, imma ċertament huma importanti li ma jiġux injorati. Il-messaġġ huwa ċar. Jekk il-politiċi jridu, jemmnu dak li jridu jemmnu. Il-votanti f 'Għawdex waslu għal dan ir-riżultat – fejn kibret l-maġġoranza tal-Partit Laburista. Ikun żball jekk dan ir-riżultat iġiegħel il-politiċi li jirrispondu għax-xift jew tnaqqis fil-voti u jibdew jemmnu li s-soluzzjoni hi li jaqdu lil ċerti nies biss jew li jersqu aktar viċin l-interessi tal-kaċċaturi. Il-kap Simon Busuttil ħareġ jifraħ il-bieraħ imma irid joqgħod attent. Kieku ma kienx għar-referendum kieku ma kinux joħorġu n-Nazzjonalisti jivvutaw. Irid ukoll joqgħod attent li ma jinterpretax l-akkużi ta' abbuż ta' poter bħala każ ta' tfigħ it-tajn. Jekk in-nies ivvutaw għall-Partit Nazzjonalista dan għamluh mhux minħabba l-kapaċità tal- Partit Nazzjonalista jew inkella d-direzzjoni politika tiegħu, iżda minħabba l-fatt li l-ewwel kien hemm it-tradizzjoni li jivvutaw għall-PN u għax kien hemm min xtaq jibgħat messaġġ lil Joseph Muscat. Apparti minn hekk minħabba r-referendum ħarġu jivvutaw aktar Nazzjonalisti. Il-gvern ta' Joseph Muscat għamel akkwisti kbar u ġab ċertu fiduċja. Muscat ukoll ġab arja friska fil-pajjiż. Imma hemm ukoll hemm messaġġi sottili li qed jintbagħtu. Fuq kollox jidher li dawk in-nies li ma vvutawx lill-Partit Laburista għax kienu qed jistennew xi ħaġa aħjar, għax qed jiddejqu bl-istil. Hemm ukoll l-argument ta' kif Laburisti qed jiddejqu bil-mod kif iseħħu ċerti affarijiet. Aħna ma nistgħux inkunu nafu fiċ-ċert x'inhuma ir- raġunijiet għal dan ir-riżultat imma nazzardaw ngħidu li l-politika neo-liberali ta' Muscat tista' tkun waħda mir- raġunijiet (għalkemm tappella għal ħafna Nazzjonalisti) kif ukoll il-fatt kif qed idur fuq nies li kienu assoċjati mal-Partit Nazzjonalista u jippremjahom b'mod li ma jagħmilx sens. Jista' jkun hemm raġunijiet oħra. Din hija l-analiżi li trid ssir. Li nafu li dan hu mument li fih il- politiċi jridu jirreflettu – mhux biss kif jirbħu l-elezzjonijiet, imma wkoll fuq kif itejbu l-politika tagħhom. Riflessjonijiet wara dawn il-kunsilli

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2015