Illum previous editions

ILLUM 19 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/497866

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 35

Il-Ħadd 19 ta' April 2015 | illum 25 BOV jagħti opportunità ta' nnegozjar f 'ambitu virtwali lill-istudenti Universitarji Carmelo Caruana Company Ltd b'aġenti għall-FedEx Express f 'Malta GRUPP ta' 45 student li qed isegwu grad fl-ibbankjar u l-finanzji fl-Università ta' Malta, ipparteċipaw f 'logħba ta' portafoll virtwali, fejn setgħu jużaw dak kollu li tgħallmu fil-kors ta' studji tagħhom bil-għan li jirbħu lill-parteċipanti sħabhom. Il-Bank of Valletta offra lil dawn l-istudenti, li kienu maqsumin f 'tliet timijiet, l-aċċess għal pjattaforma virtwali ta' nnegozjar, ibbażata fuq strumenti li jiġu nnegozjati fis-suq tal-assi tal-Borża għal perjodu ta' sena. Kull tim kellu jħaddem portafoll virtwali f 'suq tal-assi virtwali. Ir-rebbieħa ġew preżentati bil-premju waqt konferenza bl-isem ta' Żviluppi Riċenti fl-Ibbankjar u l-Finanzi fl- Università l-Antika ġewwa l-Belt Valletta. Is-Sur Kenneth Farrugia, Chief Business Development Officer ta' Bank of Valletta qassam premjijiet fi flus lill-membri tat-tim rebbieħ, u lil dawk it-timijiet li kklassifikaw fit-tieni post. "Din il-kompetizzjoni innovattiva bdiet għall-ewwel darba fl-2006, bħala sforz kollettiv bejn id-Dipartiment tal-Ibbankjar u l-Finanzi fl-Università ta' Malta u Bank of Valletta. Sa minn dakinhar, kienet storja ta' suċċess, li toffri lill-istudenti l-opportunità unika li jesperjenzaw l-eċitament tal-innegozjar," spjega s-Sur Farrugia. "Aħna f 'Bank of Valletta nemmnu bi sħiħ fil- promozzjoni ta' edukazzjoni ħolisitka. F'dan il-każ, il-Bank jagħti s-sapport kollu tiegħu lil inizjattivi ohra varji, inkluż il-kampanja 'Aqra Miegħi' li tassisti lill-ġenituri sabiex idaħħlu s-sens tal-qari sa minn età żgħira fost uliedhom, bil-għan li neliminaw l-illitteriżmu," kompla jsostni waqt id-diskors tiegħu. Fl-indirizz tiegħu lill- istudenti, Prof. Joseph Falzon, Dekan tal-Fakultà tal-Ekonomija, Maniġment u Kontabilità qal: "Il-pjattaformi virtwali ta' nnegozjar joffru lill-istudenti l-aktar simulazzjonijiet realistiċi. L-istudenti jkunu qed jibbenefikaw minn pjattaformi bi treaming f 'ħin reali li jinkludu azzjonijiet globali, ishma u aktar." It-tim rebbieħ, bl-isem 'Winner Group', kien iffurmat minn Charlene Borg, Noelle Cauchi, Carl Cutajar u Neil Baldacchino. Noelle Cauchi u Luke Catania wkoll ġew ippreżentati bil-Premju First Class Students Award. Waqt il-preżentazzjonijiet taċ-ċertifikati - Kenneth Farrugia, Giulia Muscat, Francesca Pace Gouder u Katia Vella ILKUMPANIJA tat- tbaħħir u loġistika, Carmelo Caruana Company Ltd kiseb żewġ parcel service providers ibbażati f 'Malta – Airsped Express Ltd u Global Parcels Ltd. Airsped Express Ltd huwa kuntrattur tas-servizz f 'Malta nnominat għall-FedEx Express – brand tal-FedEx Corporation – l-akbar kumpanija tat-trasport express. Il-FedEx Express taħdem f 'aktar minn 220 pajjiż, u tagħti servizz ta' air- ground express service f '375 ajruport. Il-FedEx Express iwassal medja ta' 4 miljun pakkett kuljum. Global Parcels Ltd huwa r-rappreżentant għal General Logistics Systems, waħda mill-akbar parcel service providers fl-Ewropa. Airsped Express u Global Parcels, sussidarji ta' Carmelo Caruana Company Ltd huma issa parti mill-Hili Company – grupp ta' diversi attivitajiet tat-trasport u loġistika f 'Malta, il-Litwanja u Belarus. Hili Company, li tinkludi fiha wkoll l-kumpanija Motherwell Bridge Industries, kumpanija tal-inġinerija elettrika u mekkanika, hija sussidjarja ta' Hili Ventures. "Din il-kisba hija potenzjal sinjifikanti għat-tkabbir," qal il-Kap eżekuttiv ta' Hili Company, Davide Biron. "Dan l-iżvilupp huwa ċ-ċavetta għall-ambizzjonijiet kemm ta' Carmelo Caruana Company, kif ukoll ta' Hili Company, u toqgħod mal- viżjoni tal-grupp li jikber f 'reġjuni fejn diġà preżenti u tissieħeb ma' kumpaniji kbar fuq livell globali." FedEx Xorporation - l-akbar kumpanija tat-trasport express

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2015