Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/497866
illum | Il-Ħadd 19 ta' April 2015 Patri Charles Fenech b'eloġju fuq Pawl Cremona Rivista li turi l-ħbiberija bejn it-tnejn PATRI Charles Fenech, il-patri Dumnikan li jinsab mixli li abbuża sesswalment minn pazjenta, għadu għaddej bil-ħidma tiegħu bħala Editur tar-rivista Xandar il-Kelma. Fenech, li kien waqqaf il-moviment Kerygma, qed ikun akkużat fuq abbuż sesswali minn pazjenta b'mard mentali u li żammha kontra r-riedha tagħha u li wettaq atti ndiċenti fil-pubbliku. Din il-gazzetta għandha kopja tar-rivista li turi biċ- car li Patri Fenech għadu għaddej bil-ħidma tiegħu li fost oħrajn tinkludi il-bejgħ u ġbir ta' reklami kif ukoll ir-responsabbiltà għall- kontent tar-rivista. Fil-fatt, fil-kitba tiegħu tal-editorjal, Parti Fenech jilqa lura lill-Arċisqof Emeritu Pawl Cremona li issa rritorna lura lejn il-ħajja konventwali u qed jgħix ma' sħabu l-partijiet dumnikani fil-kunvent tar-Rabat. Sorsi li tkellmu ma din il-gazzetta qalu li dan l-editorjal, aktar minn xejn meqjus bħala eloġju fuq Pawl Cremona, kif ukoll ir- ritratt tiegħu fuq il-faċċata, jkomplu juru r-rabta mill- qrib li kien hemm bejn l-Arċisqof Cremona u Patri Fenech. Is-sorsi fakkru fuq l-akkużi li kien hemm fejn kien intqal li l-Arċisqof Cremona kien ipprova jixtri s-silenzju ta' mara li allegatament kienet abbużata minn Parti Fenech, liema akkużi kienu dejjem miċħuda kategorikament minn naħa ta' Pawl Cremona. L-istess sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta nnutaw kemm jistona l-fatt li fl- istess rivista, Patri Fenech għażel li jikteb biss sentenza waħda dwar il-ħatra tal- Isqof Charles Scicluna bħala l-Arċisqof suċċessur ta' Pawl Cremona. F'dan il- każ, Patri Fenech kiteb biss "Aħna nawgurawlu u nitolbu għalih". Lura f 'Novembru li għadda l-Isqof Scicluna kien esprima xokk u rabja waqt il-programm Xarabank għall-fatt li sar jaf mill- midja dwar il-proċeduri kriminali quddiem il-qrati, u dwar il-fatt li l-Patri Fenech ma deherx il-qorti għal tliet darbiet. Scicluna kien saħaq li d-dewmien fl-investigazzjoni huwa inaċċettabli. Intant, fl-istess rivista jispikka wkoll messaġġ mill-Provinċjal, Patri Frans Micallef li jgħid li meta sar jaf li Pawl Cremona se jmur lura fil-ħajja konventwali qallu "Welcome back to the fun!". Għalkemm Patri Fenech tneħħa minn direttur tal-moviment Kerygma u mwaqqaf milli jamministra s-sagrament u jxandar fuq Radju Marija, ir-rivista ta' Marzu ta' Xandar il-Kelma turi li hu għadu attiv sew fil-kommunita li jifforma parti minnha. Hu mifhum li għalkemm Parti Fenech mhuwiex residenti fil- kunvent tad-Dumnikani hu qed joqgħod f 'dar li tinsab faċċata tal-kunvent fir-Rabat stess. meqjus bħala eloġju fuq Pawl Cremona, kif ukoll ir- ritratt tiegħu fuq il-faċċata, jkomplu juru r-rabta mill- qrib li kien hemm bejn l-Arċisqof Cremona u Patri Fenech. li kien hemm fejn kien intqal li l-Arċisqof Cremona kien ipprova jixtri s-silenzju ta' mara li allegatament kienet abbużata minn Parti Fenech, liema akkużi kienu dejjem miċħuda kategorikament minn naħa ta' Pawl Cremona. ma' din il-gazzetta nnutaw kemm jistona l-fatt li fl- istess rivista, Patri Fenech għażel li jikteb biss sentenza waħda dwar il-ħatra tal- Isqof Charles Scicluna bħala l-Arċisqof suċċessur ta' Pawl Cremona. F'dan il- każ, Patri Fenech kiteb biss "Aħna nawgurawlu u nitolbu għalih". għadda l-Isqof Scicluna kien esprima xokk u rabja waqt il-programm Xarabank L-AD tkompli żżid il-persentaġġ fl-elezzjonijiet - Cassola META mqabbla mar- riżultat tat-2012, Alternattiva Demokratika żiedet fl-appoġġ tagħha fil-lokalitajiet li kkontestat fihom. Dan ir-riżultat kompla fuq iż-żidiet li rreġistrat l-AD fi tliet elezzjonijiet wara xulxin: l-Elezzjoni Ġenerali, l-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew u din l-Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali. B'hekk, ikompli jiżdied l-irwol li ħadet l-AD li timmobilizza s-soċjetà ċivili biex għall-ewwel darba, ikun formalizzat il-vot ambjentali permezz ta' 49% tal-elettorat li poġġa kwistjonijiet ambjentali fuq nett tal-aġenda politika. Ma' dan jiżdied ukoll il-fatt li l-kandidat tal-AD fuq il- lokalità ta' Ħ'Attard kompla jżid l-ammont ta' voti li ġab. F'konferenza tal-aħbarijiet fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar, iċ-chairperson tal-AD, Arnold Cassola sostna li dan ir-riżultat jawgura tajjeb biex il- moviment ambjentali fil-pajjiż jibqa' jikkonsolida ruħu. "L-AD, huwa partit bla kantunieri li tgħid dak li tħoss mingħajr ma tħossha mxekkla minn interessi egoistiċi li rriżultaw f 'rikatti elettorali bħalma ġara fuq il-kwistjoni tal-kaċċa. F'din il-kampanja elettorali, AD kienet l-unika vuċi li ffukat fuq dak li kellna bzonn niffukaw fuqu f 'dawn l-elezzjonijiet; il-kunsilli lokali. B'xorti ħażina, żied jgħid Cassola, il-partiti l-oħra komplew jiddibattu fuq kwistjonijiet nazzjonali li konna ilna nisimgħu bihom. Dan l-atteġġjament difen diskussjoni bżonnjuza li għandna nagħmlu bħala pajjiż partikolarment fuq l-iffinanzjar tal-kunsilli biex dawn ikunu sostenibbli u jaqdu lir-residenti aħjar."