Illum previous editions

ILLUM 19 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/497866

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

JOHN BUSUT TIL HEKK kif din il-ġimgħa l-aħbarijiet kienu ddominati mill-kwistjoni tal-pitkalija, l-ILLUM ddeċiediet li titkellem ma' kelliem fil-Ministeru tal- Agrikoltura ħalli jwassal lill-qarrejja eżattament x'ġara, x'qed jiġri u għaliex inqalgħet din il-kwistjoni. Dawn il-problemi nqalgħu meta l-pitkala ntalbu jagħmlu garanzija bankarja ta' 10% tal-bejgħ li jkollhom kull sena. Garanzija bankarja dik li tagħmel differenza bejn pitkal u ieħor, għax hi skont kemm wieħed ibigħ. Fil- fatt l-aktar pitkal li jbigħ hu ta' €1.6 miljun fis-sena u għalhekk irid jagħmel il-garanzija bankarja ta' €160,000 - li jfisser kapital rieqed fil-bank. Iżda din is- somma hi garanzija li l-bidwi jieħu flusu wara x-xogħol li jkun ħa. Fil-fatt minn sorsi fil-ministeru dan il-ġurnal għandu informazzjoni li hemm ittri, waħda minnhom ippubblikata fuq din l-istess paġna, li nbagħtu għand il-ministeru minn bdiewa li ilhom aktar minn sitt xhur ma jitħallsu ta' xogħolhom u hu għalhekk li din il- garanzija qed tiġi mitluba - biex jiġu mħarsa l-ħlasijiet tal-bdiewa fil-ħin. Il-Pitkalija f ' Ta' Qali Il-pitkalija ilha teżisti minn qabel il-gwerra - minn żmien fewdali fejn qabel kien hemm pitkalija f 'Birkirkara, fil-Marsa u fir-Rabat. Fl-1974 ġiet ċentralizzata f 'Ta' Qali f 'binja tal-gvern. Il- pitkala li huma madwar 16 (bil-koperattiva inkluża) jieħduhom b'kirja minn sena għall-oħra u normalment jintirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra. Jekk xi ħadd iċedi l-liċenzja, il-gvern joħroġ offerta. Il-liċenzji mħallsa huma differenti għax hemm min ilu fil- pitkalija 50 sena u min ilu 5 snin - allura l-kirja hi differenti. Is-sistema kif taħdem il- pitkalija hi billi l-bidwi jieħu l-prodott tiegħu għand pitkal jew anke pitkala ta' fiduċja u għażla tiegħu. Il-pitkal suppost jbigħ il-prodott tal-bidwi b'irkant, jew illum wieħed jista' jsejjaħlu billi jinnegozja l-prezz max-xerrej. Anke x-xerrej hu differenti, hemm xerrejja tal-lukandi, oħrajn li jbigħu l-prodotti fl-irħula u oħrajn f 'żoni ta' livell tal-ħajja ogħla li jfittxu prodotti aktar ta' kwalità li jinbigħu bi prezz ogħla. Aktar mal-pitkal ibiegħ bi prezz tajjeb, aktar ikun tajjeb għall-bidwi u anke għal pitkal li jitħallas bi 8% kummissjoni fuq dak li jbiegħ. Il-Pitkal Ix-xerrej iħallas lil pitkal, fejn ħafna minnhom ikollhom relazzjoni mal- pitkala u jiftehmu mod kif iħallsu. Fl-1997 meta kien hemm Noel Farrugia ministru tal-agrikoltura tal-Labour, kien għamel arranġamenti mal-bank APS li jiftaħ bank b'ATM ħdejn il-pitkalija biex il-pitkal ipoġġi flusu f 'dan il-bank u l-bdiewa jitħallsu mill-bank. Dan il-kuntratt ingħata għal 16-il sena u fl-2012 l-APS iddeċidew li ma jġeddux dan il-kuntratt. Jidher li l-bank ma kellux bżonn iżjed li jġedded għax kien laħaq l-għan tiegħu li jibni klijentela tajba mill-bdiewa, xerrejja u pitkala u anke 6 illum | Il-Ħadd 19 ta' April 2015 Il-kwistjoni tal-Pitkalija... Garanzija biex il-bdiewa • Hemm bdiewa li ilhom ma jitħallsu mill-pitkala sitt xhur • Pitkal li jbiegħ b'€1.6 miljun fis-sena irid jagħmel garanzija bankarja ta' €160,000 Il-pitkala issa jridu jagħmlu garanzija bankarja ta' 10% tal-bejgħ li jkollhom kull sena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2015