Illum previous editions

ILLUM 19 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/497866

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

għax kien hemm xi pitkala li ma kinux qed ipoġġu flushom fil-ħin u l-bank kien qed iħallas lill-bidwi u l-flus kien qed idum biex jirċevihom mingħand xi pitkala. Il-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien laħqu ftehim mal-APS li minħabba li kienet waslet l-elezzjoni Ġenerali, jestendu l-kuntratt tagħhom sa' Diċembru 2013 u hekk ġara. Għalhekk fis-sena li għaddiet l-bank waqaf jaħdem mal-pitkala. Il-Garanziji Kelliem għall-Roderick Galdes qalilna li l-ministeru ħadem biex isib bank ieħor iżda l-ebda bank ma kien jinteressah. Għalhekk il- gvern iddeċieda li jordna lil pitkal ipoġġi garanzija bankarja f 'kont li tahom il-gvern ħalli b'hekk il-ħlas tal-bidwi jkun assigurat. Dan il-kelliem qalilna li f 'Novembru li għadda saret laqgħa u ma oġġezzjona ħadd. Il-kelliem qalilna li nofshom xorta waħda għamlu l-garanzija, anke jekk ilmentaw. In-nofs l-ieħor għadhom m'għamlux il- garanzija għax qed jgħidu li huma jaqilgħu 8% u qed jintalbu jħallsu 10%. Iżda dan skont il-kelliem ma jreġġix għax din il-garanzija qiegħda hemm bħala garanzija jiġifieri l-kapital ser jibqa' tagħhom. Roderick Galdes jemmen li sa ġimgħa oħra din il-kwistjoni tingħalaq għax kważi kollha se jiftħu l-garanziji meħtieġa. Sadanittant hemm pitkala li qed jisħqu li l-gvern għandu jitlob garanzija wkoll mingħand ix-xerrej ħalli anke huma jiġu mħarsa u li ħa jitħallsu. Iżda skont il-kelliem għall-ministeru qalilna li dan ma jistax jsir għax l-gvern lix-xerrej ma jafux. Il-gvern jaf lil pitkal għax lilu toħroġ il-liċenzja, ix-xerrej jinbidel minn ġurnata għall-oħra. Sadanittant il-gvern waqqaf milli jaħdmu bħala pitkala lil dawk li ma fetħux il-garanzija bankarja. Mistoqsi jekk il-bdiewa jaqblux ma din il-kwistjoni dan qalilna li l-maġġoranza tal-bdiewa kuntenti għax flushom qed ikun garantit, iżda hemm bdiewa li minħabba r-relazzjoni twila li għandhom mal-pitkala li jaħdmu magħhom qed jgħidu lil ministeru li huma jafdawhom lill-pitkala tagħhom u m'għandhomx għalfejn jintalbu garanzija. Sadanittant l-ILLUM ra xi ittri minn bdiewa, liema ittri ntbagħtu lil ministeru fejn jingħad li hemm bdiewa li ilhom ma jitħallsu minn Ottubru minn xi wħud mill- pitkala. L-ILLUM tkellem ukoll ma' xi bdiewa fejn staqsejnihom għaliex jużaw il-pitkala u ma jbigħux il-prodott tagħhom huma, u kien hemm minnhom li qalulna li huma bdiewa li jaħdmu fl-għelieqi u mhux bejjiegħa. Iżda hu fatt li hemm bdiewa li jbigħu l-prodotti tagħhom dirett lis- supermarkets, minn ħdejn l-għelieqi tagħhom jew mill-vannijiet tagħhom billi japplikaw għal-liċenzji ta' bejjiegħa. Iżda hu fatt li ħafna minnhom għadhom jemmnu fir-relazzjoni tagħhom mal- pitkal li jwassal il-prodott tagħhom lix-xerrej li min- naħa tiegħu jwasslu għand il-konsumatur b'xi mod jew ieħor. Il-Ħadd 19 ta' April 2015 | illum 7 il-bdiewa jitħallsu fil-ħin Roderick Galdes jemmen li sa ġimgħa oħra din il-kwisjoni tingħalaq

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2015