Illum previous editions

ILLUM 19 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/497866

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 19 ta' April 2015 | illum 31 SPORTSillum TAT-TRASFERIMENTI... ta' dan il-flokk waqgħet fuq spallejn il-plejer Arġentinjan Angel Di Maria li iżda xejn ma impressjona mar-Red Devils matul dan l-istaġun. Skont il-ġurnal Ingliż, Daily Express, meta wieħed jikkunsidra d-diffikultajiet varji li affronta l-istess plejer mat-tim minn Old Trafford matul dan l-istaġun, jidher li huwa talab lill- prokuratur tiegħu, Jorge Mendes, biex ifittex skwadra ġdida għall- istaġun li ġej. MIHAJLOVIC – Il-president ta' Sampdoria Massimo Ferrero ta l-permess lill-kowċ Sinisa Mihajlovic biex huwa jfittex avventuri ġodda ta' kowċing f 'ħajtu fejn l-iktar li qed jissemmew li jistgħu jakkwistaw is-servizzi tiegħu huma AC Milan. Madanakollu, l-eks plejer internazzjonali Serb caħad b'mod kategoriku li jinsab f 'kuntatt mar-Rossoneri fejn saħaq li ta' kull ġimgħa jissemma' xi isem ġdid li jista' jieħu t-tmun tar- Rossoneri u din il-ġimgħa kien imiss propju lilu. RODRIGO ELY – Waqt ikla li saret il-Ġmgha bejn Mino Raiola u Adriano Galliani, ġie diskuss fost oħrajn ir-ritorn possibli ta' Rodrigo Ely mar-Rossoneri. Il- klabb ta' Silvio Berlusconi kien diġà akkwista s-servizzi ta' dan id-difensur Brażiljan mingħand Gremio lura fl-2010. Wara li kien ġie misluf l-ewwel ma' Reggina u mbagħad ma' Varese, ġie rilaxxat b'mod definittiv ma' Avellino matul is-sajf li għadda. Però wieħed ma jridx jeskludi l-fatt li matul l-istaġun li ġej, dan il-plejer li twieled fl-1993 jista' jerġa' jilbes il-flokk tar- Rossoneri. CARRICK – Is-sit elettroniku uffiċjali ta' Manchester United ikkonferma li d-difensur internazzjonali Ingliż Michael Carrick ġedded il-kuntratt tiegħu mar-Red Devils b'sena oħra. Huwa ilu jilbes il-flokk tar-Red Debils sa mill-2006. VIETTO – Napoli qed jinteressaw ruħhom fil-plejer ta' Villareal, Luciano Vietto. Dan skont il-ġurnal Brittaniku Metro, fejn il-plejer Arġentin li twieled fl-1993 jista' jkun li jilbes il-flokk tal-Partenopei sa mill-istaġun li ġej, fejn żgur li jkun qed isaħħaħ id-dipartiment offensiv tagħhom. Allen Hysay Falcao Ibrahimovic Fabinhho Mihajlovic Flanagan Berardi Kovacic Maxi Lopex Dybala Rodrigo Ely Lloris Sosa Van Gaal Koke Maxwell Carrick Firmino Sarri Cavani Darmian Di Maria Vietto

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2015