Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/497866
Il-Ħadd 19 ta' April 2015 | illum 29 SPORTSillum Chelsea pass 'il bogħod mir-rebħ tal- Kampjonat u Arsenal l-Finali tal-FA Cup CHELSEA ġewwa darhom fi Stamford Bridge għelbu lil Manchester Unitrd bl-iscore minimu ta' 1-0 biex issa jinsabu pass biss 'il bogħod milli jirbħu l-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra ftit tal-jiem oħra. Il-gowl tant importanti għalihom wasal mill-attakkant Belġjan Eden Hazard fit-38 minuta. Intant, Arsenal għmluha għall-finali tal-FA Cup, meta wara l-għoti tal-ħin barrani għelbu lil Reading bl-iskor ta' 2-1, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Alexis Sanchez waqt li l-gowl waħdieni għal Reading fil-logħba wasal minn Garath McCleary fl-54 minuta. Stoke City żgur li kienu ferm kuntenti bir-rebħa ta' 2-1 li kisbu ġewwa darhom kontra Southampton, biż- żewġ gowls għalihom jaslu minn Mame Biram Diouf u Charlie Adam. Min-naħa l-oħra l-gowl ewlieni għal Stoke City wasal minn Morgan Schneiderlin fit-22 minuta. Everton ġewwa darhom f 'Goodison Park kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Burnley, bil-gowl uniku tagħhom jasal minn Kevin Mirallas fid-29 minuta. Tajjeb ngħidu li Ross Barkley falla penalty għal Everton fil- 11 -il minuta waqt li Burnley spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il- plejer Ashley Barnes wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba. Leicester City ġewwa darhom kisbu rebħa tajba ta' 2-0 kontra Swansea City biż- żewġ gowls għalihom jaslu minn Jose Leonardo Ulloa wara kwarta logħob u Andy King propju fid-90 minuta. West Bromwich Albion barra minn darhom kisbu rebħa ferm konvinċenti ta' 2-0 kontra Crystal Polace biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn James Morrison u Craig Gardner. Eden Hazard jiċċelebra bil-kbir wara li skorja l-gowl waħdieni li tefa' lil Chelsea pass 'il bogħod mir-rebħ tal-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra Hamilton jikseb ir-raba' pole konsekuttiva u l-ewwel waħda f 'Bahrain LEWIS Hamilton assigura r-raba' pole position fil-karriera tiegħu u l-ewwel waħda f 'Bahrain meta lbieraħ, bl-iktar mod konvinċenti kiseb l-aħjar ħin fiċ-ċirkwit ta' Bahrain. Madankollu, Mercedes, ma kellhomx ġurnata daqshekk feliċi hekk kif Sebastian Vettel kiseb it-tieni post għas-spejjeż ta' Nico Rosberg li llum se jkun qed jibda biss mit-tielet post tal- gradwatorja. Is-sewwieq l-ieħor ta' Ferrari, il- Fillandiż, Kimi Raikkonen se jkun qed jibda mir-raba' post segwiet mis-sewwieq ta' Williams, Valtteri Bottas u Felipe Mssa. U s-seba' post mar għas- sewwieq ta' Red Bull, Daniel Ricciardo bit-tliet sewwieqa l-oħra Nico Hulkenberg, Carlos Sainz u Romain Grosjean itemmu l-gradwatorja tal-ewwel għaxar sewwieqa. Fenando Alonso kiseb riżultat ferm diżappuntanti hekk kif temm biss fit-12 -il post. Lewis Hamilton fl-azzjoni f'Bahain 1 Lewis Hamilton Mercedes 2 Sebastian Vettel Ferrari 3 Nico Rosberg Mercedes 4 Kimi Raikkonen Ferrari 5 Valtteri Bottas Williams 6 Felipe Massa Williams 7 Daniel Ricciardo Red Bull Racing 8 Nico Hulkenberg Force India 9 Carlos Sainz Toro Rosso 10 Romain Grosjean Lotus 11 Sergio Perez Force India 12 Felipe Nasr Sauber 13 Marcus Ericsson Sauber 14 Fernando Alonso McLaren 15 Max Verstappen Toro Rosso 16 Pastor Maldonado Lotus 17 Daniil Kvyat Red Bull Racing 18 Will Stevens Marussia 19 Roberto Merhi Marussia