Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/497866
Il-Ħadd 19 ta' April 2015 | illum 9 li l-vittma nqatel b'daqqiet ta' oġġett tqil fuq rasu. Manwel Micallef kien ilu rrapurtat nieqes mid-dar mis-27 ta' Frar tal-1985 u nstab 15–il xahar wara. Il-Pulizija kienet arrestat lil ċertu Ċikku Attard, raġel ta' 52 sena minn Birkirkara fuq suspett li kien huwa li qatel lil Micallef. Il-mottiv ta' dan id-delitt imur lura għal 1982. L-akkużat Ċikku Attard kien tefa' ħarstu fuq Mary Rose Borg, li kienet in-namrata tat-tifel tiegħu Francis Attard. Dan beda jiffastidjaha sesswalment, imma Mary Rose kienet irrifjutat l-avvanzi tiegħu u għalhekk hu kien beda vendetta kontriha; beda jissuspetta wkoll li t-tfajla tat-tifel tiegħu kellha relazzjoni ma' xi ħadd ieħor minn Birkirkara, ċertu Manwel Micallef, il-vittma. Waqt ħafna argumenti u rapporti Ċikku kien beda jħaffer ħofra ħdejn it- torri li kellha tkun il-qabar tal- vittma. Fl-10 ta' Jannar 1991, Ċikku Attard beda għaddej ġuri u nstab ħati għal dan id-delitt ma' għadd ta' akkużi oħrajn. Hu kien intbagħat 22 sena priġunerija. Id-delitt ta' Lino Cauchi Il-qtil ta' Lino Cauchi baqa' misteru sal-lum, minħabba li s'issa baqa' ma ġiex solvut. Fil- 15 ta' Frar 1982, il-vittma ħareġ mid-dar tiegħu f 'Santa Venera biex imur fl-uffiċċju minn fejn huwa ma reġax irritorna lura lejn id-dar. Skont l-istħarriġ tal-Pulizija rriżulta li persuni mhux magħrufa serqulu l-karozza u anke ħatfu lilu. Għall-ewwel l-għejbien ta' dan Lino Cauchi għoddu kien intesa, iżda fil-15 ta' Novembru 1985 f 'bir fuq ir-riħ tal-Buskett, taħt borġ ġebel, instab ġisem imqatta' u mqiegħed f 'boroż tal-plastik u magħhom instabet ukoll mazza tal-ħadid. Minn riżultati forensiċi rriżulta li l-katavru kien propju ta' Lino Cauchi. Id-delitt ta' Mary Douglas Dan id-delitt b'mottiv ta' serq seħħ fit-3 ta' Frar 1989. Mara ta' 84 sena nstabet maqtula fir-residenza tagħha fi Triq il- Palma f 'Raħal Ġdid. Il-vittma nstabet mill-ġara tagħha mixħuta mal-art bid- dudu ta' purtiera mdawwar ma' għonqha u bl-istess purtiera mdawra ma' ħalqha. Mill- awtopsja fuq il-vittma rriżulta li għalkemm il-mara kellha tbenġil madwar għonqha u f 'wiċċha, hija fgat għax kellha mneħirha mblukkat. Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li Michael Bonnici flimkien ma' Joseph Azzopardi wettqu dan id- delitt flimkien, billi ħabbtu fuq il-bieb tal-vittma bi skuża li kellhom bżonn xi ilma u wieħed mill-agressuri pront sforza l-bieb 'il ġewwa u l-anzjana waqgħet mal-art. Mid-dar tal-vittma nsterqu Lm200 (€466). Fis-7 ta' Novembru 1994 iż- żewġt irġiel bdew għaddejjin ġuri mixlijin b'dan il-qtil u serq u ngħataw 17-il sena ħabs kull wieħed. Oġġezzjonijiet Fi Frar li għadda l-Pulizija kellhom ineħħu wieħed mill-esebiti minħabba li l-qraba kienu oġġezzjonaw u wara pressjoni li saret mal- awtoritajiet konċernati, tneħħa mill-parti tal-kriminalità. Attrazzjoni speċjali Il-Maġġur Borg qalli wkoll li waħda mill-attrazzjonijiet speċjali huma x-xelters li hemm taħt id-Depot tal-Pulizija. Dawn jinfetħu għall-pubbliku f 'okkażżjonijiet speċjali fosthom mal-wirja tal-Ġimgħa l-Kbira u anke waqt il-Police Week meta l-Korp ifakkar l-anniversarju mit-twaqqif tiegħu. Ħinijiet tal-ftuħ Is-Surġent Maġġur Borg qal li l-Mużew huwa miftuħ għall-pubbliku mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8am sa 12pm u mis-1.30pm sal-4pm filwaqt li bejn is-16 ta' Ġunju u t-30 ta' Settembru l-ħinijiet ta' filgħodu jibqgħu l-istess imma waranofsinhar jinbidlu sat- 3pm. Għal dawk li se jmorru fi gruppi, huma mitlubin li jagħmlu l-arranġamenti minn qabel billi jċemplu lis-CMRU fuq in-numri 22942667/8 jew jibgħatu email fuq media. police@gov.mt Manutenzjoni Dan il-mużew, bħal kull post ieħor, ikollu bżonn tal-manutenzjoni. Dan isir mill-istess Pulizija fejn hemm it-taqsima tas-snajja. Sakemm domt hemmhekk innuttajt li l-post m'għandux is-sistema tal- arja kundizzjonata u s-sħana li hemm kienet tinħass sew. Din ma tagħmilx ġid għall-esebiti - l-aktar dawk antiki ħafna. Fost it-tagħmir marittimu esebit fil-mużew Waħda mis-swali tal-mużew li l-aktar tattira pubbliku Teknoloġija antika li kien jagħmel użu minnha l-pulizija Esebiti li jieħdu l-pubbliku lura fiż-żmien sal-Kallotta tal-Papa Ġwanni Pawlu II