Illum previous editions

ILLUM 19 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/497866

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

24 illum | Il-Ħadd 19 ta' April 2015 CHRISTA BOFFA cboffa@mediatoday.com.mt Valerie bħala preżentatriċi. Kif bdejt il-ħajja tiegħek fuq il-mezzi tax-xandir? Nista' ngħid b'kumbinazzjoni, imma fl- istess ħin ħolma li bilkemm naf kif saret realtà. Kien hemm sejħa mix-xandir għall-'continuity announcers' u peress li kont nippreżenta xi serati fl-Oratorju tal-MSSP B'Kara, fettilli napplika. Kien hemm madwar 75 applikant u kont jien li ntgħazilt, fejn kont l-iżgħar waħda. Għalhekk bdejt il-karriera bħala announcer ta' 18-il sena u ftit wara avviċinani Alfie Fabri biex nippreżenta dak li kellu jkun l-ewwel programm tiegħi. Kien il-proramm mużikali 'Ġenn'. Minn dakinhar 'l hawn għaddew 20 sena. Forsi xi ħaġa li mhux wisq nies jafu hija li tħobb issiefer - liema hi l-aktar destinazzjoni favorita tiegħek? Għaliex? Id-dinja sabiħa wisq. Kull post fih il-faxxinu tiegħu. Veru diffiċli nagħżel. Żgur li t-Tajlandja tibqa' fil-quċċata tal-lista - forsi wkoll għax kienet l-ewwel darba li ħriġt barra mill-Ewropa. Fiha ftit minn kollox. Mat-Tajlandja inżid ukoll il-Bhutan, pajjiż imbiegħed, b'xenarju mill- isbaħ u li qisu ffriża ruħu fiż-żmien u l-Iran, li huwa eżempju ta' pajjiż li ftit huma dawk li jimmaġinaw li qatt iżuru. Fil-fatt hu pajjiż sabiħ immens mimli kultura u nies simpatiċi u ta' qalbhom tajba. Il-mawra tiegħi fl-Iran urietni biċ-ċar kif l-ivvjaġġar spiss ikisser il-perċezzjoni qarrieqa u żbaljata li l-mezzi tax-xandir tpinġi bih lil ċerti pajjiżi u kultura. Ma nistax inħalli barra l-lukanda tas-silġ fit-Tramuntana tal- Iżvezja li hija meravilja. Kif taħseb li s-safar jista' jservi ta' mezz ta' tagħlim fil- ħajja ta' dak li jkun? Santu Wistin kien qal "Id-dinja hija ktieb u dawk li ma jsiefrux ikunu qraw paġna waħda biss." Naħseb li s-safar huwa l-akbar u l-aktar għalliem effettiv. Jiftaħlek orizzonti ġodda, jimmaturak, jagħmlek aktar tolleranti u jgħinek tapprezza dak li għandek u dak li m'għandekx Hemm xi post li tixtieq tmur fil-futur? Hemm wisq postijiet li għad irrid immur! Il-Brażil, Il-Gwatemala, il-Ġordan, l-Iżlanda, l-Awstralja, iċ-Ċile, l-Arġentina, insomma nista' nibqa' għaddejja...nixtieq indur id-dinja. X'kienet dik il-ħaġa li dejjem xtaqt tagħmel f 'ħajtek? Irnexxielek? Inħossni ffortunata li għext ħajja mimlija ħafna. Meta nixtieq xi ħaġa, normalment, nipprova nwettaqha għax nemmen li l-ħajja hi qasira wisq u għandi ngħix kull mument mill-aħjar li nista'. Fadal xewqa - dejjem xtaqt insir tabiba. Min jaf? Forsi xi darba nsib il-kuraġġ u l-opportunità li nagħmel dan il-pass ukoll. X'inhi dik il-ħaġa li dejjem tferħek, minkejja dak kollu li jista' jkun ġralek? Il-familja tiegħi. Li kieku kellek tbiddel xi ħaġa f 'ħajtek xi tkun? Ma nafx għax li kieku kelli nbiddel xi ħaġa, żgur ma nkunx il-persuna li jien illum. Esperjenza li biddlitlek ħajtek? Naħseb li ngħixu ħafna esperjenzi li b'xi mod jew ieħor ibiddlulna ħajjitna. Però, naħseb li l-aktar esperjenzi sempliċi imma profondi għixthom fil- volontarjat - meta raġel xiħ fuq is-sodda tal-mewt fid-dar tal-morda ta' Madre Tereża f 'Kalkutta, qabadli idejja u qagħad isaħħanhieli għax ħass li kelli jdejja kesħin; meta waqt li kont qed naħdem ma' grupp voluntiera fil-Perù, xtrajna sodda lil familja fqira. Tgħidx kemm qabżu fuqha t-tfal li qabel kienu jorqdu 6 fuq sodda tal-wieħed. Dawn kienu esperjenzi sempliċi imma profondi. Għamilt xi żmien ukoll tgħallem il-bijoloġija. X'jolqtok l-aktar mill-ħajja t'għalliema? Li tgħallem hija vokazzjoni. Tgħallem u titgħallem ukoll. Il-kuntatt uman mal-istudenti sabiħ wisq u l-aktar ħaġa li kienet tolqotni hi li għal ħafna studenti l-għalliem ikun ukoll mudell għal ħajjithom u din il-ħaġa naħseb li tpoġġi responsabilità kbira fuq l-għalliema kollha. L-iskola u l-ħajja - liem taħseb li jgħallmuk l-aktar? L-iskola tippreparak u ttik l-għodda għall-ħajja, imma naħseb li l-ħajja hi l-akbar skola. Valerie, Malta u l-Malti. Xi jfissru għalik? Kburija ħafna bil- lingwa tagħna u nipprova nitkellimha b'mod safi kemm jista' jkun speċjalment waqt il-qadi ta' dmirijieti fuq ix-xandir. Il-fatt li dan il-pajjiż tant żgħir, għandu lingwa daqshekk unika u mnissla minn storja tant interessanti togħġobni wisq. Kemm nixtieq li kelli ċ-ċans nitkellem aktar man- nanniet tiegħi u nitgħallem mingħandhom kliem li daż- żmien qed jintilef. Malta hija dejjem tibqa' dari - nivvjaġġa kemm nivvjaġġa ,u ngħix għal perjodi fejn ngħix. Nemmen li Malta se tkun dejjem il-bażi tiegħi. Jekk jiftdallek xi ħin liberu - kif tagħżel li tqattgħu? Man-neputijiet,naqra jew nivvjaġġa. Għandek xi pjanijiet għall- futur? Naħseb li diffiċli tippjana fil-tul għax il-ħajja toffri ħafna opportunitajiet li qatt ma tkun ħlomt possibli. Carpe diem! Fi vjaġġ jew ieħor, programm u ieħor, Valerie dejjem bil-motto - Carpe Diem ħajja ta' dak li jkun? Santu Wistin kien qal "Id-dinja hija ktieb u dawk li ma jsiefrux ikunu qraw paġna waħda biss." Naħseb li s-safar huwa l-akbar u l-aktar għalliem effettiv. Jiftaħlek orizzonti ġodda, jimmaturak, jagħmlek aktar tolleranti u jgħinek tapprezza dak li Ħames Minuti xi serati fl-Oratorju tal-MSSP u jgħinek tapprezza dak li għandek u dak li m'għandekx paġna waħda biss." Naħseb li s-safar huwa l-akbar u l-aktar għalliem effettiv. Jiftaħlek orizzonti ġodda, jimmaturak, jagħmlek aktar tolleranti u jgħinek tapprezza dak li ma' Valerie Vella Ħames Minuti ma' Valerie Vella

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2015