Illum previous editions

ILLUM 19 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/497866

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 19 ta' April 2015 | illum 3 48.5% +1.5 62.49% 1.6 32.58% 4.1 36.54% +1.5 18.92% +1.5 0.88% +0.1 9.78% 25.11% 5.9 74.89% +5.9 57.58% +4.6 42.42% 0.7 62.2% +11.8 52.66% +12.2 36.35% 13.4 42.26% 9.2 1.53% 5.08% 55.63% 14.6 34.59% +4.38 62.54% 9.1 31.47% +3.1 5.99% 48.27% +6.62 34.05% 9.8 50.17% 8.18 51.39% +9.1 5.45% +1.3 59.3% +6.5 40.7% 6.5 47.1% +11.6 52.9% 11.6 67.74% 3.8 32.26% +3.8 72.89% 6.2 27.11% +6.2 80.92% +11 64.41% +4.3 7.28% +0.18 1.88% Il-Munxar In-Nadur Qala Ħal Qormi 1.56% Furjana Santa Luċija Ħal Kirkop San Ġiljan Il-Mosta Iż-Żebbuġ (Għ) Ħal Safi 19.08% 6 Ħ'Attard Iż-Żurrieq San Pawl il-Baħar waqt li l-PN żied l-appoġġ fin-Nofsinhar minimament b'50.2% tal-voti. It-turnout f 'Għawdex kien ferm ikbar minn dak tas-soltu li bis-saħħa tiegħu, gawdew iż- żewġ partiti, imma waqt li l-PN żied 481 vot, il-PL żied 2,049 li turi biċ-ċar li din iż-żieda fit-turnout f 'Għawdex għenet lill-Partit Laburista. Min-naħa l-oħra, l-Munxar kienet l-unika lokalità li biddlet il-maġġoranza hekk kif il-Partit Laburista rnexxielu jikseb maġġoranza ta' 52.7%. Min-naħa l-oħra, f 'Malta kien hemm bosta lokalitajiet li tradizzjonalment huma ta' maġġoranza Laburista fejn filwaqt li żammew din il-maġġoranza, naqset drastikament meta mqabbla mal-istess elezzjonijiet fl-2012. Dan jidher partikolarment f 'lokalitajiet bħal Birżebbuġa bi tnaqqis ta' 9.2%, Ħad-Dingli bi tnaqqis ta' 7.4%, Marsaxlokk bi tnaqqis ta' 7% u ż-Żurrieq tnaqqis ta' 6.2%. Dan it-tnaqqis, il-Partit Laburista attribwieh għall-fatt li ma kkontestawx kandidati li kienu popolari bħal-eks sindku ta' Birżebbuġa Joseph Farrugia u Ian Borg li issa sab ruħu fil-parlament Malti. Il-Partit Nazzjonalista min-naħa tiegħu kompla jikkonsolida l-pożizzjoni tiegħu f 'bosta lokalitajiet li fihom diġà kien igawdi minn maġġoranzi komdi. Dan deher ċar f 'lokalitajiet bħal San Ġiljan b'żieda ta' 9.1%, Ħal-Balzan b'żieda ta' 8.5% u s-Swieqi li rreġistra l-akbar żieda għall-PN b'żieda ta' 11%. B'61 vot il-PN ħa San Pawl. Għall-ewwel darba, fil- lokalità tal-Furjana, is-sindku mistennija tkun Davina Sammut Hili għall-Partit Laburista li rnexxilu jġib il- maġġoranza b'48.5%, fejn qabel kien ikun hemm żewġ siġġijiet għall-kull partit flimkien ma' kandidat indipendenti li jkun is-sindku. F'dawn l-elezzjonijiet spikka b'mod partikolari l-element żagħżugħ, mhux biss għaliex kienet l-ewwel elezzjoni li fihom setgħu jivvutaw żgħażagħ ta' 16-il sena, imma għaliex fuq il-lista tal-kandidati kien hemm ammont kbir ta' żgħażagħ fuq iż-żewġ partiti u jidher li l-elettorat tefa' l-fiduċja tiegħu fihom. Fil-fatt, fil- lokalità ta' Ħal-Kirkop ġie elett l-iżgħar sindku, Terence Agius fl-età ta' 18-il sena, f 'isem il-Partit Laburista waqt li f 'Ħal-Għargħur ġie elett Ġiljan Aquilina ta' 20 sena, f 'isem il-Partit Nazzjonalista u dan fost numru kbir ta' sindki u kunsilliera oħra żgħażagħ. Fil-konferenzi tal-aħbarijiet li taw il-mexxejja taż-żewġ partiti, it-tnejn li huma esprimew is-sodisfazzjon għar-riżultat, imma it-tnejn għal raġunijiet differenti. Il-Prim Ministru esprima l-ferħ tiegħu għall- fatt li din hi xi ħaġa storika li l-partit fil-Gvern irnexxielu jikseb maġġoranza fejn in-nies "għażlu l-ottimiżmu fuq in- negattività." Semma kif il-PL irnexxielu jżomm il-lokalitajiet li kellu u dan minkejja li l-PN kellu diversi targets minbarra li żdiedet il-maġġoranza f 'Għawdex, bil-Munxar bħala lokalità ġdida. Dwar Għawdex ukoll, Joseph Muscat irrimarka kif "qabel kien hemm ministeru għal Għawdex u issa hemm Gvern għall-Għawdxin." Min-naħa tiegħu, il-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil esprima s-sodisfazzjon tiegħu minħabba li issa naqqas id- distakk bejn il-PN u l-PL. Issa, b'dan ir-riżultat, il-Kap tal- Oppożizzjoni sostna li l-Partit Nazzjonalista huwa 'back in business'. B'hekk, kompla jgħid li "r-riżultat tal-lum juri li qegħdin fid-direzzjoni t-tajba." 26.42% 6.3 46.88% 6.5 47.68% +3.4 3.54% +1.2 1.89% 47.87% 0.5 52.13% +3.86 San Lawrenz Raħal Ġdid Ix-Xagħra Ix-Xagħra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2015