Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/497866
14 illum | Il-Ħadd 19 ta' April 2015 I rid ikollok kuraġg kbir biex titlaq kollox u tiġi f 'shelter hekk! Mara ma tkunx taf minn xiex tkun għaddejja – kull każ differenti. L-aktar li jweġġgħuk huma meta jiġu f 'nofs ta' lejl fil-Milied, jew inkella fil-festi bħalma hi Santa Marija" tgħidli b'ton ta' dispjaċir Pamela, "aħna jiġu għandna b'emerġenza – aħna l-ewwel punt ta' kuntatt tagħhom. Aħna nduru mal-bżonnijiet tagħha u jkollna pjan ta' azzjoni biex naraw fejn sejrin biex ovvjament ma jkunx hemm telf ta' ħin. Aħna naħdmu ħafna tal-Appoġġ, u fuq kollox naħdmu mal-mara biex naraw liema triq l-aħjar li tieħu. Hemm ħafna toroq differenti – hemm min jagħmel rikonċiljazzjoni għax is-sieħeb ikun għamel kors tal- anger management, jew inkella bl-appoġġ tal-familja l-mara tkun tista' forsi tmur tgħix ma' xi ħadd minnhom, inkella min ikun jiflaħ għaliha jkun jista' jikri, anke forsi jieħu xi appartament bis-sussidju, jew jirbaħ id-dar matrimonjali. Aħna ma nagħmlux deċiżjoni għall-mara, ngħinuha tesplora t-toroq differenti biss. Aħna lin- nisa rriduhom indipendenti u rridu ngħallmuhom. Aħna ngħallmuhom dwar iċ-ċiklu tal-abbuż għax ħafna drabi ħafna min-nisa ma jkunux jafu li jkunu vittmi ta' abbuż speċjalment meta jkun finanzjarju jew emozzjonali." L-abbuż fiżiku u sesswali min- natura tiegħu huwa ovvju. Imma l-abbuż fil-verità x'inhu? Pamela tgħidli li "l-abbuż huwa kontroll. Huwa l-biża' żejjed – il-fatt li tkun trid tieħu permess għal kollox." L-abbuż daqskemm hu differenti minn tip għall-ieħor, iħalli effetti differenti fuq il-vittma. Pamela tista' tisħaq kontinwament fuq "il-poter u l-kontroll. Hemm ħafna min jgħidli 'aħjar tani xebgħa milli kelma. Għax kelma tibqa'! Trid sessjoni wara sessjoni biex tinsiha – għax dan tista' tkun l-isbaħ mara tad-dinja imma jekk kontinwament taħseb li inti kerha ħabba dak li jingħadlek, għalxejn!" Ir-realtà tal-abbuż jgħixuha kuljum dawk li jaħdmu mal- vittmi. Elaine tirrakkuntali eżempji differenti, li huma biss ftit minn dak li jiltaqgħu miegħu kuljum huma. "Hemm każijiet li jgħidulek 'qatt ma sawwatni imma anke b'ħarsa lili jwerwirni' – anke meta mmorru l-qorti magħhom tarahom jitwerwru," fejn tkompli turini kif kelma tista' tibqa' f 'moħħ xi ħadd, b'tali mod li kollox ikun affettwat minnha, "aħna jiġu jitolbu permess minn għandna biex jagħmlu sempliċiment tazza te, jew tazza kafè. Jiġu jistaqsuni 'nista' mmur nagħmel tazza kafè jekk jogħġbok?' jew anke biex jixgħelu t-televixin – jitolbuna permess għax draw hekk id-dar. Jekk is-sieħeb tagħhom ma jtihomx permess kien jaqtagħlhom il-wajer meta ma jkunx hemm biex żgur ma jixgħeluhx!" B'dawn il-kummenti ma nistax ma nistaqsiex kif tkun ġurnata tipika f 'Dar Merħba Bik. Elaine tgħidli "li kull jum tista' tqisu miraklu – għax kif id-dinamiċi tan-nisa kollha jirnexxilhom jaqblu. Dan trid tqis li ġejjin minn sfondi differenti, b'kulturi differenti u fuq kollox ħadd mhu qiegħed hemm gost u pjaċir tiegħu. Kulħadd ikollu l-problemi tiegħu kuljum, speċjalment meta jkun hemm il- qorti, jew inkella għax ikun hemm xi argumenti mas-sieħeb jew anke mal-ulied." "Din is-sena daħlu 227 mara f'Dar Merħba Bik. Din allarmanti tassew – għax is-sena ta' qabel kellna 88 mara. Bit-tfal b'kollox, daħħalna b'emerġenza 249 persuna vittmi tal-vjolenza domestika." Dar Merħba bik hija waħda mit-tliet djar ta' kenn għall-vittmi ta' vjolenza domestika f'Malta. L-ILLUM iltaqgħet mal-kap ta' din id-dar Pamela Cuschieri, kif ukoll mal-Amministrattriċi Elaine Pavia, imkien mal-bqija tal-ħaddiema u volontiera tal-istess dar, huma l-ewwel punt ta' kuntatt li jagħmlu nisa li ma' wliedhom isibu dik ix-xrara ta' kuraġġ biex i ttxu l-għajnuna u l-kenn mill-passjoni li jkunu għaddejja minnha d-dar. Dawk li talbu l-għajnuna ta' Dar Christa Bo a cboffa@mediatoday.com.mt " Elaine Pavia (xellug) u Pamela Cuschieri (lemin)