Illum previous editions

ILLUM 06 September 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/567098

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

ALBERT GAUCI CUNNINGHAM IMMAĠINA tirċievi telefonata mill-Isptar bil-persuna fuq il- linja tfakkrek li missierek għandu operazzjoni l-għada, meta fil-fatt huwa qiegħed l-Isptar Mater Dei bħalissa, skont l-appuntament, u ilu jistenna tal-anqas sitt siegħat biex jidħol għall-operazzjoni. Immaġina kieku wara ġimgħat ta' stennija għal operazzjoni bażika, ma jkollok ebda għażla ħlief li ċċempel il-Ministeru tas-Saħħa jew saħansitra Kastilja biex tipprova tħaffef il-proċess ta' stennija. Dawn huma żewġ ilmenti li l-ILLUM irċieva fl-aħħar 24 siegħa dwar problemi li ffaċċjaw meta kienu l-Isptar jew waqt li kienu qed jistennew biex jagħmlu operazzjoni. Matul il-ġurnata tal-bieraħ, l-ILLUM kien infurmat minn sorsi fl-Isptar Mater Dei, b'każ fejn bint anzjan ta' età pjuttost avvanzata kienet kostretta twassal l-ilmenti tagħha għand l-awtoritajiet, hekk kif missierha tħalla jistenna madwar disa' siegħat biex isirlu test mediku li għalih kellu appuntament. Is-sorsi li tkellmu magħna qalu li jidher li fil-każ, kien hemm kollass totali ta' komunikazzjoni, meta waqt li l-pazjent kien qed jistenna l-Isptar, il- qraba tiegħu rċevew telefonata minn Mater Dei li fakkrithom kif il-missier kellu appuntament l-għada, anke jekk dan ma kienx il-każ. €1.00 Nr 464 • 06 ta' Settembru 2015 www.illum.com.mt VW-Malta www.volkswagen.com.mt Continental Cars Ltd, Testaferrata Street, Msida | Sales: 23476 315/6/7 | Mobile: 9943 3330 | E-Mail: vw@ccl.mizzi.com.mt Mizzi Motors Showroom, Ghajnsielem, Gozo | Sales: 2155 6942 | Mobile: 9978 2000 | E-Mail: jcassar@mizzimotors.com.mt The VOLKSWAGEN Up! Starting from € 11,500 5 Year Warranty Parts & Labour 12 Year Body Warranty Busuttil taħt id-dell ta' RCC GĦALKEMM fid-deher kollox jindika li l-Kap tal- Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qed jikseb ċertu kontroll bi stil politiku li huwa uniku għalih, sorsi qrib il-PN, li esprimew l-iskuntentizza tagħhom għall-mod kif qed jitmexxa l-partit, żvelaw mal- gazzetta ILLUM, li fir- realtà, il-PN qed jitmexxa taħt id-dell tal-eks Rappreżentant ta' Malta fi Brussell u strateġista Nazzjonalista, Richard Cachia Caruana. Fil-fatt dawn l-istess sorsi spjegaw kif Busuttil u Cachia Caruana qed jiltaqgħu barra mid-Dar Ċentrali tal-PN u fil-privat biex jiddiskutu l-istrateġija li għandu jadotta l-istess partit. Huwa mifhum, qalulna s-sorsi, li huwa Cachia Caruana li ta l-parir li l-PN juża "tattika agressiva u negattiva li tkun kontinwa, simili għal kif mexxa l-Partit Laburista, Alfred Sant qabel l-1996". Huma qalu wkoll li fuq is- suġġeriment tal-istrateġista, Busuttil u l-PN baqgħu għaddejjin full swing matul ix-xhur tas-Sajf billi nżammet it-temperatura politika għolja kif ukoll permezz ta' numru kbir ta' stqarrijiet dwar diversi suġġetti li l-PN qed joħroġ kuljum. Tkompli f 'paġna 4 Dewmien kbir biex jittellgħu nies għat-test tas-sewqan ALBERT GAUCI CUNNINGHAM NUMRU ta' skejjel li joffru s-servizz tat-tagħlim fis- sewqan, kif ukoll dawk il-persuni li qed jitgħallmu kif isuqu li jgħoddu mal- mijiet, bħalissa qed jiffaċċjaw dewmien kbir biex ikunu jistgħu jitilgħu għat-test tas-sewqan. Minn kummenti li l-ILLUM ħa mingħand tliet kumpaniji li joffru dan is-servizz jidher li ż-żmien ta' stennija, minn meta l-instructor jitfa' l-applikazzjoni għat-test sakemm Transport Malta tagħti data ta' meta jsir l-istess test twal, min-norma ta' tliet ġimgħat għal sitta jew anke tmien ġimgħat. Ir-Royal Motoring School, Delmar Motoring School u r-Roadcraft Motoring School ilkoll spjegaw kif dan is-sajf qed ikun hemm dewmien esaġerat biex il-klijenti tagħhom jitilgħu għat-test, bil-konsegwenza li għalkemm preparati biex jitilgħu għat-test, dawk li qed jieħdu l-lezzjonijiet tal-karozza ikollhom jibqgħu jieħdu lezzjonijiet żejda, u għalhekk jibqgħu jħallsu, sakemm l-awtorità tagħti data fissa ta' meta jkun se jsir it-test. Tkompli f 'paġna 2 NEWSPAPER POST Kostretti jċemplu Kastilja biex jinqdew mill-Isptar Tkompli f 'paġna 6

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 September 2015