Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/567098
Il-Ħadd 06 ta' Settembru 2015 | illum 7 It-Turbini ta' Delimara mistennija jaslu Malta sa tmiem is-sena It-tliet turbini ta' 36 tunnellata l-waħda li se jintużaw fil-power station il-ġdida għandhom jitlestew fil-ħin TlieT turbini li jaħdmu bil-gass, li bħalissa qed jingħaqdu fil-faċilità Żvediża ta' Siemens Finspang mistennija jaslu Malta sa tmiem din is- sena fejn se jitwaħħlu fuq il-post tal-power station il-ġdida f 'Delimara. Din il-ġimgħa, il-kumpanija MediaToday kienet fost l-organizazzjonijiet tal- media mistiedna biex iżuru l-faċilità fejn qed jinħadmu dawn it-turbini. Electrogas li huwa l-konsorzju li se jkunu qed jibnu u jħaddmu l-power station, ikkummissjonaw tliet turbini tal-gass SGT- 800 mingħand Siemens, li huma wkoll parti mill- konsorzju. Wara li s-sieħeb Gasol ma baqax jagħmel parti minn ElectroGas Malta, Siemens Financial Services, Socar Trading SA, u GEM Holding saru sieħba indaqs f 'dan il-konsorzju tal-power station. L-ewwel u t-tielet turbina jinsabu fil-fażijiet finali, biex jiġu mmumtati fuq 'skid plates', waqt li t-tieni turbina għaddejja b'ritmu tajjeb. It-twaħħil tal- partijiet tat-tliet turbini, li jieħu total ta' 50 ġimgħa, isir b'waqfa ta' ġimgħa bejn kull waħda sabiex ikun hemm żmien biżżejjed sabiex isiru t-testijiet neċessarji. Kull turbina hi magħmula minn iktar minn 26, 100 biċċa, u kull waħda tiżen 36 tunnellata, però meta jitwaħħlu mal-iskid plates, dawn jiġu jiżnu 200 tunnellata. Fil-każ ta' Delimara, l-immuntar finali, il-control room u l-generator se jsir fil-post. Il-fażi tal-immuntar finali ddum seba' ġimgħat, u warajha jsiru aktar testijiet. Mats Flenhagen, is-Sales Manager tat-taqsima ta' Small Power Plants qal li t-testijiet fil-post jiswew 10 darbiet iktar minn kull biċċa li ssir fil-faċilità. Meta t-tliet turbini jitlestew u jiġu ppakkeġjati fi plastic frotettiv f 'Novembru, se jintbagħtu Delimara mill-port ta' Norrkoping. It-turbina SGT-800 li hi kapaċi twassal 50.5MW, ġiet imnedija l-ewwel fl- 1995 u ġiet immodernizzata fl-2004 u fl-2007. It-turbini jistgħu jithaddmu b'output ta' 50% mingħajr ma jaffetwaw l-effiċjenza u l-emmisjonijiet, però sabiex jiġi assigurat li din tibqa tiġi użata għall-iktar żmien possibbli, għandha tintuża 24 siegħa kuljum, u sebat ijiem fil-ġimgħa. Ġeneralment, it-turbina tal-gass SGT-800 iddum taħdem għal madwar 25 sena, però b'manutenzjoni regolari, dan iż-żmien għandu jitla' bi ftit snin. Il-Product Owner tas- Siemens, Matts Bjorman, spjega kif paletta waħda minn din it-turbina tiġgenera saħħa daqs ta' magna tal-karozza tal- Formula 1. Din is-sena, Siemens tkun ipproduċiet 64 minn dawn it-turbini u l-produzzjoni mistennija tiżdied għal 72 fl-2016. Malta għażlet il-'Classic Package' li jagħti l-aktar effiċjenza waqt li jħalli biss emissjonijiet u effetti minimi. It-turbina tista' titħaddem b'gas fuels differenti, u għalhekk hi flessibbli ħafna. Waqt li kienet qed tindirizza l-mezzi tax- xandir, Catherine Haalpin, li hi l-General Manager ta' Electrogas qalet li dan huwa proġett kbir, imma l-konsorzju għandu fiduċja li x-xogħol se jkun lest fiż- żmien stipulat. MCAST reserves the right to accept or refuse in part or in whole, any or all tenders submitted. Malta College of Arts, Science and Technology Administration Building, MCAST Main Campus, Corradino Hill, Paola PLA 9032. T: 2398 7100 F: 2398 7316 E: tenders@mcast.edu.mt www.mcast.edu.mt Invitation to tender Operational Programme I – Cohesion Policy 2007-2013 Investing in Competitiveness for a Better Quality of Life Advert part-financed by the European Union European Regional Development Fund (ERDF) Co-financing rate: 85% EU Funds; 15% National Funds Investing in your future MCAST T. 24/2015 TENDER FOR THE SUPPLY AND INSTALLATION OF KITCHEN EQUIPMENT Tender documents may be requested by email (on the email address below) or collected from the Purchasing Department at the MCAST Administration Building (at the address below), from Monday to Friday, from 08:30hrs to 16:30hrs. Tenders should be placed in the pre-addressed envelope and deposited in the appropriate tender box at the MCAST Administration Building, at the address below, by no later than Monday 14th September 2015 at 11.00hrs. The Principal of the Malta College of Arts, Science and Technology notifies that offers from interested parties will be received for: Ritratti: Chris Mangion Rappreżentant ta' Siemens tispjega kif taħdem it-turbina It-turbini se jaslu Malta fiż-żmien Parti mit-turbina li se tħaddem il-power station il-ġdida tal-gass