Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/567098
Il-Ħadd 06 ta' Settembru 2015 | illum 31 SportSillum pożittiv kontra l-Ażerbajġan Intant, dan il-ġurnal saqsa lil Bjorn Vassallo, rigward x'inhu l-futur tal-kowċ tat-tim nazzjonali Malti, Pietro Ghedin. Dan fost diversi xnigħat u spekulazzjonijiet li bdew jiċċirkolaw fl-aħħar żmien li l-kowċ Taljan seta' tabilħaqq iħalli t-tmun tat- tim nazzjonali Malti. Iżda Bjorn Vassallo kien pront u bl-aktar mod affermattiv wieġeb li huwa flimkien mal- amministraturi l-oħra tal-MFA, għad iridu jpoġġu bilqiegħda ma' Pietro Ghedin innifsu u mal-membri tal-istaff tiegħu biex jiddiskutu x'se jkun il-futur tagħhom. Iżda huwa sostna li sa issa għad m'hemm xejn deċiż u konkluż rigward dan. Il-pubbliku sportiv Malti jittama li din il-mentalità pożittiva addottata mill-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tkun fattur mill-aktar pożittiv biex Malta tqum għall-okkażjoni u tipprovdi lis-segwaċi numerużi tal-futbol lokali b'riżultat pożittiv li wieħed għandu jifraħ bih. Niftakru li minn ħames logħbiet fl-istorja, Malta għelbet lill-Ażerbajġan għal tliet darbiet. Fost dawn il-ħames rebħiet, wieħed ma jistax jinsa u ma jsemmix ir-rebħa kbira ta' 5-0 li Malta rnexxielha tikseb ġewwa darha fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali, kontra dan l-istess tim nazzjonali lura fid-19 ta' April tal-1994. Madankollu minn dak iż-żmien 'l hawn, it-tim nazzjonali tal-Azerbajġan bħal bosta timijiet nazzjonali oħra għamel passi ta' ġgant 'il quddiem u llum xejn mhu se tkun faċli għat-tim nazzjonali Malti biex tabilħaqq jerġa' jikseb riżultat simili għal dan, kontra l-qawwa ta' dan it-tim nazzjonali mmexxi mill-eks plejer tat-tim nazzjonali Kroat, Robert Prosinecki. Fir-rankings uffiċjali tal- FIFA, l-Ażerbajġan tinsab fil-106 post bi 302 punti, waqt li Malta hija fil-159 post b'157 punt. Din se tkun is-seba' partita li Malta se tkun involuta fiha f 'dan il-grupp. Intant, il- logħba illum tibda fis-6pm u se tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali. Il-pubbliku sportiv Malti huwa mħeġġeġ bis-sħiħ biex jattendi għal dan il- konfront bi ħġaru, u jagħti s-sapport massimu tiegħu lit-tim nazzjonali Malti. Logħbiet Preċedenti bejn Malta u l-Ażerbajġan 19-Apr-94 MALTA vs Ażerbajġan 5-0 Friendly 06-Feb-00 MALTA vs Ażerbajġan 3-0 Rothmans T. 17-Apr-02 MALTA vs Ażerbajġan 1-0 Friendly 14-Aug-13 Ażerbajġan vs MALTA 3-0 Friendly 29-Mar-15 Ażerbajġan vs MALTA 2-0 European Q. Andrè Schembri jikkontrolla l-ballun b'mod akrobatiku Konfront dirett għall-ballun bejn Steve Borg u attakkant Ażeri Andrei Agius jipprova jirbaħ il-ballun bi ta' sliding tackle Konfermati t-timijiet tal-Futsal għall-istaġun 2015/16 F'laqgħa li saret fil-jiem li għaddew, fil-Padiljun Sportiv ta' Kordin, ġew imħabbra t-timijiet li se jieħdu sehem fl-istaġun li jmiss tal-futsal lokali. F'din il-laqgħa kienu preżenti l-Kumitat Eżekuttiv tal-Futsal Malta Association (FMA) u l-biċċa l-kbira tad-delegati ta' dawn it-timijiet: Marsaskala, Mqabba, Luxol St. Andrews, Swieqi United, Mdina Knights, Żebbuġ Rangers, Ħamrun Spartans, Valletta, Lija Athletic, Luqa St. Andrew's, Msida SJ, Qrendi United, Sirens, Sliema Wanderers u Gozo FC. Fil-ġranet li ġejjin, se jittelgħu l-poloz fejn it-timijiet kollha se jilagħbu f 'rawnd wieħed, bl- ewwel sitt timijiet klassifikati jilagħbu f 'Kampjonat Elite u d-disgħa l-oħra jilagħbu f 'diviżjoni għalihom. F'kull diviżjoni l-ewwel erbgħa jgħaddu għall-playoffs sabiex ikun hemm tim rebbieħ għal kull diviżjoni. Mhu se jkun hemm l-ebda promozzjoni u lanqas relegazzjoni fl-ebda diviżjoni. Fi kliem il-President tal- FMA, il-Perit Mark Borg, se jsir eżerċizzju għaqli biex l-iskeda tal-logħob ma jkollha l-ebda kunflitt mal-logħbiet tat-tim nazzjonali tal-futsal u tal-futbol u lanqas mal- logħbiet tal-kampjonati tal- futbol. Borg ħabbar ukoll li fl-aħħar ta' Settembru, it-tim nazzjonali tal-futsal se jkollu logħbiet internazzjonali ta' ħbiberija, bi tħejjija għall-kwalifikazzjoni tal-kampjonati Ewropej, f 'nofs ix-xahar ta' Ottubru li ġej. Intant il-kampjonat tal- futsal 2015/16 se jibda fil- bidu t'Ottubru b'waqfa ta' ġimgħatejn għall-impenji tat-tim nazzjonali. Għad irid jiġi konfermat min se jieħu post Balzan, fil-finali tas-Super Cup kontra Luxol li huma r-rebbieħa tal-kampjonat li għadda. Dan wara li Balzan rebħu l-kompetizzjoni tan-Knock Out, iżda mhux se jieħdu sehem fl-istaġun li jmiss. Wisq probabbli li tintlagħab playoff bejn Valletta u Ħamrun, li kienu s-semifinalisti l-oħra fil- playoffs tal-aħħar kampjonat. Għall-istaġun li jmiss il- logħob kollu se jintlagħab fil-Padiljun Sportiv ta' Kordin, b'żewġ logħbiet nhar ta' Tnejn, t-Tlieta, l-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt. Azzjoni minn konfront fil-futsal fl-istaġun li għadda Ritratt - Joe Borg