Illum previous editions

ILLUM 06 September 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/567098

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 06 ta' Settembru 2015 SPORTSillum Malta taspira għal riżultat pożittiv WARA kważi tliet xhur mill-aħħar logħba li lagħbet Malta ġewwa darha fl-Istadium Nazzjonali f ' Ta' Qali minn Grupp H kontra l-Bulgarija, illum Malta se tkun qed taffronta lill-Ażerbajġan, li bejn wieħed u ieħor, jinsabu fl-istess ilma bħal-livell tat-tim nazzjonali Malti. L-Ażeri li kisbu 3 mill-4 punti li għandhom fil- klassifika propju fir-rebħa ta' 2-0 li kisbu ġewwa darhom kontra Malta fit-28 ta' Marzu li għadda, se jkunu qed ifittxu li llum jegħlbu lill-Maltin, immexxija mill-kowċ bravu Taljan Pietro Ghedin, biex iżidu l-punti tagħhom fil-klassifika għal 7 punti. Iżda żgur li l-Maltin mhux se jkunu qed jagħmlu l-ħajja faċli għall-Ażeri, hekk kif se jkunu qed ifittxu li jegħlbu lill- Ażerbajġan biex b'hekk jilħquhom fil-punti. Dan hekk kif sa issa l-Maltin għandhom punt wieħed biss fil-klassifika wara d-draw storiku li kisbu barra minn darhom kontra l-Bulgarija nhar is-16 ta' Novembru tas- sena li għaddiet. Jekk il-Maltin jirnexxielhom jagħmlu dan, huma jkunu qed imorru aħjar mill-kampanja ta' kwalifikazzjoni għall- Kampjonati Ewropej tal-2012, fejn Malta fil-fażi ta' kwalifikazzjoni kienet kisbet biss punt wara d-draw kontra l-Georgia. Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Pietro Ghedin jinsab ferm konxju tal-qawwa tat-tim nazzjonali tal- Ażerbajġan, li meta wieħed jagħti ħarsa lejn l-aħħar riżultati li rnexxielu jikseb, malajr jinnota li dawn kienu tassew sodisfaċenti, ħlief għall-umiljazzjoni li sofra fit-telfa kbira ta' 6-0 barra minn daru fil-Maksimir Stadium f 'Żagreb, kontra t-tim nazzjonali ferm qawwi u meqjus bħala wieħed fost l-aqwa fid-dinja bħalissa, il-Kroazja. Iżda, bħalma dejjem kien il-każ qabel il-logħbiet li fihom Malta taffronta lil timijiet nazzjonali ħafna drabi iktar qawwijin minnha, Pietro Ghedin, dejjem jipprepara lill- plejers tiegħu bl-aħjar mod possibli waqt li jinstiga fihom mentalità u attitudni pożittiva. Intant ftit tal-jiem ilu saret konferenza stampa, fejn ingħataw dettalji rigward l-impenn li t-tim nazzjonali Malti għandu kontra t-tim nazzjonali tal-Ażerbajġan illum. Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA, Bjorn Vassallo, saħaq li dan il-konfront kontra l-Ażerbajġan huwa wieħed ferm importanti għall- Maltin. Dan hekk kif Vassallo saħaq li t-tim immexxi minn Pietro Ghedin jista' tabilħaqq jikseb riżultat ferm pożittiv kontra dan it-tim nazzjonali li ftit jew wisq huwa tal-istess kalibru ta' dak Malti. Intant, fl-istess konferenza stampa, tkellem ukoll il-Kap tad- Dipartiment tal-Marketing fi ħdan l-MFA, Norman Saliba, li afferma li għal din il-logħba, l-MFA ħarġet biljetti bil-prezz ta' €15 fil-West A Stand u €8 fil-Millennium Stand għall-kbar, waqt li tfal ta' taħt it-12-il sena jistgħu jakkwistaw biljetti għall- prezz ta' €5 fil-Millennium Stand. Norman Saliba ħabbar ukoll li d-ditta Talocan li tispeċjalizza fi prodotti elettroniċi, kienet ingħaqdet mal-MFA, biex tkun it-tieni Gold Sponsor tat-tim nazzjonali Malti. Zach Muscat u Andrei Agius jippruvaw jimblokkaw attakkant tal- Ażerbajġan Alfred Effiong jipprova jirbaħ il-ballun mingħand il-captain tal-Ażerbajġan "Huwa ta' unur kbir għalija li ngħatajt iċ-ċans li nikkowċja lil pajjiżi" - Peter Pullicino ILMALTA Football Association ħatret lil Peter Pullicino bħala kowċ tat-tim nazzjonali Malti tal-futsal. Pullicino se jkun assistit minn Zelijko Ancic, filwaqt li John Mizzi kien ikkonfermat Segretarju tal-iskwadra nazzjonali. Leandros Calleja kien ikkonfermat fiżjoterapista tal-iskwadra u Mark Sammut, il-Kit Manager. Dawn il-ħatriet u konfermi saru ftit ġimgħat qabel l-impenji nazzjonali f 'partiti ta' ħbiberija u l-partiti mill- Grupp C ta' Kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja. Malta tilgħab żewġ partiti ta' ħbiberija kontra San Marino, f 'San Marino stess bejn il-25 u t-28 ta' Settembru li ġej. Dawn il- partiti se jservu bħala tħejjija għall-partiti minn Grupp C ta' Kwalifikazzjoni għat- Tazza tad-Dinja tal-futsal li se jintlagħbu bejn l-20 u s-26 ta' Ottubru li ġej fil-Litwanja. Intant, il-gazzetta ILLUM għamlet kuntatt ma' Peter Pullicino nnifsu ftit jiem wara li huwa nħatar kowċ tat-tim nazzjonali Malti tal-fustal uġie mitlub il- kummenti rigward kif qed iħares lejn din l-avventura ġdida fil-karriera tiegħu ta' kowċ, din id-darba mhux ta' tim tal-futbol, iżda ta' tim tal-futsal. Huwa kien pront u bla tlaqliq wieġeb li: "L-ewwelnett huwa ta' unur kbir għalija li ġie mogħti lili ċ-ċans li nikkowċja lil pajjiżi. It-tieni qed inħares lejn din l-avventura bħala sfida kbira għalija li iżda nista' nirbaħ, u t-tielet qed nittama li nġib riżultati pożittivi għall-Futsal Malti billi nġib riżultati tajbin għat-tim nazzjonali Malti tal-Fustal," temm jgħid Peter Pullicino. Il-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali tal-futsal, Peter Pullicino Ritratt - Domenic Aquilina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 September 2015