Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/567098
Il-Ħadd 06 ta' Settembru 2015 | illum 5 'Ma jaqbillix naħdem għax nitlef ir-relief ' L-ILLUM jitkellem ma' żewġ employers dwar ir-raġuni għalfejn is-settur tal- kostruzzjoni u tal-lukandi qed jimpjegaw ftit Maltin Veronica Lynn Mizzi "Il-MaltIn ma jridux jaħdmu," u "l-Maltin ma jaħdmux għax ma jridux jitilfu r-relief," dawn kienu uħud mill-kummenti ta' min iħaddem fl-oqsma tal- kostruzzjoni u l-lukandi mal- ġurnal IllUM meta kienu mitlubin jikkumentaw dwar il-problema li qed jaffaċċjaw biex isibu ħaddiema Maltin. Mitlub jagħti l-kummenti tiegħu, l-President tal-Malta Association of Hospitality Executives (MAHE), Joe Attard spjega kif min iħaddem, fil-qasam tal- lukandi u ristoranti, qed isib diffikultajiet kbar biex jimpjega ħaddiema Maltin tant li mhux qed ikollhom għażla, għajr li jimpjegaw il-barranin. "F'Malta hawn il-mentalità li min jaħdem bħala waiter, jagħmel hekk għax ikun falla fl-iskola, u huwa proprju għalhekk li aħna, bħala assoċjazzjoni, qed nippruvaw neliminaw din l-istigma" sostna Attard. Attard qal kif f 'xi każi, ċerti nies ikunu jafu x'għandhom jagħmlu u jkunu jafu s-sistema sew. "Qabel biss jaċċettaw jew jikkunsidraw impjieg ikunu għamlu l-kontijiet tagħhom sew fejn għandu x'jaqsam ma' pagi u l-benefiċċji li jkunu qed jirċievu. Ħafna min-nies li jersqu lejna jew lejn lukandi li jkunu qed jimpjegaw, fil-verità ma jkunux iridu jaħdmu għaliex, kif jgħidu huma stess, ma jkunx jaqblilhom jitilfu r-relief, il-benefiċċji soċjali u s-sussidji, bħal dawk fuq il-kontijiet tad-dawl u tal- ilma. Dawn ikunu għamlu l-homework tagħhom sew u jkunu jafu x'jaqblilhom biex jibqgħu jiggwadanjaw," spjega Attard. Mal-ILLUM tkellmet ukoll persuna li tħaddem diversi nies f 'kumpanija tal-gypsum u li spjegat kif l-interess minn ħaddiema prospettivi Maltin huwa ftit. Fil-fatt sostna li meta, bħala kumpanija, jagħmlu diversi sejħiet għal impjegati ġodda permezz tal-ETC, "il-ftit li jintbagħtu għal intervista, jew ma jkunux applikaw għal dak ix-xogħol, jew inkella ma jkunux jistgħu jagħmlu x-xogħol għaliex jgħidu li ma jistgħux iqandlu, jew ħaġa jew oħra." Kompla jispjega kif f 'każ partikolari, meta sabu ħaddiem li kien tajjeb biex jaħdem fil-kumpanija, "wara ftit talabna biex inħaddmuh biss jumejn fil-ġimgħa u ma ngħidu b'xejn lill-ETC biex ma jitlifx il-benefiċċji u r-relief li kien qed jieħu." B'dan il-mod, kompla jispjega, il-ħaddiem ikun jista' jaqla flus fil-ġimgħa kważi daqs min ikollu impjieg full time. Dawn l-ilmenti jiġu wara li l-Gvern fil-baġit għall-2014 u anke għall-2015 ħabbar miżuri li permezz tagħhom ried jinkoraġixxi lil dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol biex isibu impjieg u ma jibqgħux dipendenti fuq il-benefiċċji tal-qgħad. Waħda mill- miżuri baġitarji tfisser li min jidħol fid-dinja tax-xogħol wara ċertu żmien jirreġistra, fl-ewwel sena jirċievi 65% tal- benefiċċju, 45% fit-tieni sena, 25% fit-tielet, sakemm jinqata' l-benefiċċju kollu fir-raba' sena ta' impjieg. Mhux qed ikollna nies biżżejjed "Mhux qed ikollna nies biżżejjed biex inlestu l-proġetti li għandna" spjega ma' dan il-ġurnal is-sid tan- negozju fil-kostruzzjoni. Fil- fatt saħaq kif bħala kumpanija qed jaffaċjaw problema ta' dewmien fuq proġetti partikolari, "u la mhux qed insibu ħaddiema Maltin, qed ikollna nħaddmu l-barranin, inkella kif se noperaw?" Fil-fatt huwa ammetta li l-kumpanija tħaddem numru ta' Serbi, minkejja li stqarr li hija ferm iktar faċli li kieku jimpjega Malti. "Qed naħlu ħafna ħin fi proċessi twal u burokratiċi meta biex tħaddem Malti jew persuna mill-Unjoni Ewropea, kull ma tkun trid hija li tibgħat ittra lill-ETC. Issa jekk insibu Maltin jew persuni mill- Ingilterra, per eżempju, tajjeb, jekk le jkollna nduru għal persuni li ġejjin minn pajjiżi barra l-UE". Fakkar ukoll kif l-ETC tkun teħtieġ tiddetermina jekk għandhomx jingħataw permessi lill-ħaddiema barranin skont in-numru ta' Maltin li qed jirreġistraw għal impjieg f 'dak il-qasam. Għall-mistoqsijiet ta' dan il-ġurnal it-tnejn aċċertaw li l-pagi li jiġu offruti għal dawn ix-xogħlijiet, huma skont il- liġi u f 'ħafna mill-każi jkunu ferm ogħla mill-paga minima. It-tnejn qablu wkoll kif huma jippreferu jħaddmu Maltin jekk ikun hemm l-għażla, b'Attard jgħid li l-ħaddiema Maltin kapaċi jagħtu servizz aħjar fil-qasam tal-ospitalità minħabba diversi fatturi, fosthom l-għarfien tagħhom dwar kif jopera dan is-settur u anke l-karattru Mediterranju li jagħmel lill-Maltin aktar ospitabbli. Is-sid tan-negozju jaqbel fil-preferenza tiegħu għall-ħaddiema Maltin u jsemmi, b'mod partikolari l-lingwa bħala fattur importanti. Republic Street, Valletta next to the Courts