Illum previous editions

ILLUM 06 September 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/567098

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 06 ta' Settembru 2015 | illum 9 jiffriskak jista' joqtlok assoċjazzjoni bejn 'exposure' għal benzene u l-lewkimija. Numru konsiderevoli ta' studju uman jipprovdi għaqda bejn il-benzene u l-kanċer. Iniżjalment kien hemm rapporti li l-akbar riskji ta' lewkimija kienu fost ħaddiema li jaħdmu f 'livelli għolja ta' Benzene. Dawk li jaħdmu fil-kimika, produzzjoni taż- żraben u industriji li jirrafinaw iż-żejt. Iżda riċentement saru studji fuq dawk li għandhom exposure inqas fil-livelli ta' benzene. L-informazzjoni nħarġet minn studji fuq annimali fejn hemm evidenza sostanzjali li l-lewkimija tattakka lil dawk li jibilgħu il-benzene permezz tan-nifs. Anke f 'dawn l-istudji juru biċ-ċar li l-benzene tikkawża l-lewkimija. Il- benzene u l-Kanċer huma relatati flimkien. Sadattant din l-aħbar li bdiet titmexxa madwar l-internet kollu, ma tantx niżlet tajjeb mal-produtturi tal-karozzi. Fl- 2001 sar studju fuq il-karozzi u fuq it-trasport pubbliku fil-Korea u hawn sabu li kien hemm emissjoni ta' benzene, iżda dawn sabu li l-benzene kien ħiereġ mid-dħaħen tal- karozzi u mhux mill-intern tal-karozza. Sabu li l-aktar karozzi li kellhom livelli għolja ta' benzene kienu l-karozzi antiki u mhux dawk ġodda, u li dawn ma kellhomx irwejjaħ ta' dashboards u seats ġodda. Studju ieħor Ġermaniż fl- 2007, li speċifikament ittestjat l-effett fuq is-saħħa minn emissjonijiet fuq karozzi ta' sena u dawk li kien ilhom tliet snin barra, ma sabu xejn li jinkwetahom anke jekk il- karozzi tħallew taħt ix-xemx għal ħafna ħin. Dawn poġġew karozza kważi ġdida u oħra li kienet ilha 3 snin barra taħt raġġi qawwija ta' 65 grad Celsius. Imbagħad użaw ċelloli ta' uman, ġurdien u hamster li normalment jintużaw biex jiġi ttestjat l-ammont ta' tossina (velenu). Dawn ix-xjenzati sabu li l-irwejjaħ ta' karozza ġdida ma kienux tossiċi. Għalkemm l-arja minn karozza ġdida kkawżat aggravazzjoni ċkejkna mis-sistema immunitarja li setgħet taffetwa nies li jbatu minn xi allerġiji. Fil-karozza aktar antika dawn l-effetti ma ħarġux. Sadanittant l-assoċjazzjoni tar-riċerka fuq il-kanċer qalu li m'hemmx studju pubblikat li jikkonferma eżatt il-livell ta' benzene li qed issemmi din l-aħbar għalkemm dejjem jaqblu li l-benzene iwassal għall-kanċer, speċjalment il-lewkimija. Qalu wkoll li hu minnu li kien osservat livell ta' benzene li jeċċedi r-rikomandazzjonijiet ta' kemm wieħed irid joqgħod attent minnu, f 'karozzi li jkunu mexjin. Iżda dawn il-livelli mhumiex daqshekk għoljin f 'karozzi li huma miżmuma tajjeb. Taqbel jew ma taqbilx mal- livelli li wieħed jgħid li hemm, u l-ieħor jgħid li m'hemmx, hu fattur ippruvat li l-benzene jikkawża l-kanċer. Hu fattur ippruvat li meta wieħed jidħol f 'karozza li tkun ipparkjata fix-xemx għal ħafna ħin, irid jiftaħ it-twieqi imqar għal minuta qabel iqabbad l-arja kundizzjonata. Anke jekk il-livell ta' benzene mhux daqs kemm qed jingħad fl-ewwel studju, il-fatt li kif tidħol f 'karozza magħluqa taħt ix-xemx, tkun qisek dħalt f 'serra bit-temperatura tkun ferm u ferm aktar għolja minn dik ta' barra u l-fatt li tiftaħ it-twieqi, jgħin biex is- sħana tremenda toħroġ qabel ikun jista' jaħdem tajjeb l-air condition. Mela li tiftaħ it-twieqi qabel tixgħel l-arja kundizzjonata dejjem hu ta' ġid. Barra minn hekk, għaliex għandek tissogra meta tant hu faċli li tneħħi d-dubji kollha? Darba kont tgħallimt li 'when in doubt leave out', fejn għandek id- dubju ħalli barra tissugrax.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 September 2015