Illum previous editions

ILLUM 06 September 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/567098

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 06 ta' Settembru 2015 | illum 33 SPORTSillum Fina jilħqu lil Ramis l-quċċata tal-klassi ka IRRABA' ġimgħa tal- Kampjonat Nazzjonali tal-Bowling sponsorjat minn MSV Life, rat liċ- champions Fina jilħqu l-quċċata wara rebħa tajba ta' 8-0 kontra Royal Shock. B'hekk huma laħqu lil-leaders Ramis bi 28 punt wara li dawn tal-aħħar għelbu lil okmalta.com b'rebha ta' 6-2. Supreme ukoll kisbu rebħa tajba meta għelbu lil The Clan bl-iskor ta' 6-2. XS Vittel għelbu l-isfida ta' Turu's Knights ukoll bl-istess skor. Intant, fl- aħħar logħba tal-ġimgħa Blitzkrieg ukoll kisbu 6-pointer kontra Strike Me. Justin Caruana Scicluna kien l-aħjar bowler maskili tal-ġimgħa meta fil-logħba bejn Fina u Ramis huwa kiseb xejn inqas minn 731 punt għat-team tiegħu Fina. Min-naħa l-oħra, Melissa Swift kienet l-aħjar bowler mara tal-ġimgħa meta rreġistrat 590 punt għal Turu's Knights fil- konfront kontra XS Vittel. Intant, jekk nagħtu ħarsa lejn il-klassifika, huwa fatt evidenti li minn issa qed jidher biċ-ċar li l-ġlieda għar-rebħ tal-Kampjnat se tkun waħda bejn tnejn - dik bejn Fina u Ramis. Dan hekk kif huma qed jokkupaw il-quċċata tal- klassifika bi 28 punt, fejn għandhom vantaġġ ta' xejn inqas minn 10 punti fuq okmalta.com li jinsabu fit- tielet post. Wieħed forsi stenna aktar min dawn tal-aħħar, fejn qed jidher li huma għad fadlilhom biex isibu l-forma tagħhom, kif wieħed seta' josserva fit- telfa ta' 6-2 kontra Ramis. Min-naħa l-oħra, ma tantx hemm x'jifred lit-timijiet rispettivi l-oħra hekk kif bejn it-tim li jinsab fir- raba' post jiġifieri Royal Shock u li għandhom 16-il punt fil-klassifika u t-tim li jinsab fil-qiegħ tal- klassifika, jiġifieri Strike Me, hemm 8 punti jifirdu lil xulxin. B'hekk tneħħi lil Fina u Ramis li qegħdin fuq quddiem nett jiġru waħedhom għar-rebħ tal-unuri, wieħed jista' jgħid li għad nassistu għal logħbiet bilanċjati bejn il-kumplament tat-timijiet li qed jieħdu sehem fil- Kampjonat Nazzjonali tal-Bowling ta' matul din is-sena. Bowlers tal-Ġimgħa: Justin Caruana Scicluna, (Fina), 731 punt Melissa Swift (Turu's Knights), 590 punt Klassifika Kampjonat MSV Life L-Ewwel Diviżjoni: Ir-Raba' Ġimgħa Fina – 28, Ramis – 28, okmalta.com – 18, Royal Shock – 16, Supreme – 16, The Clan – 14, Turu's Knights – 12, XS Vittel – 10, Blitzkrieg – 10, Strike Me - 8 Klassifika Kampjonat MSV Life It-Tieni Diviżjoni: Ir-Raba' Ġimgħa Pin Strikers – 26, Malta Int. Airport – 25, J Grima & Co – 20, Vintage – 18, BOV – 18, Brutal Legendz – 15, Bank of Valletta – 14, SuperSonic – 10, Atlas Insurance – 8, Mean Machine – 6 Organizzata b'suċċess id-29 Edizzjoni tal-BMX Summer Fest DAN l-aħħar il-BMX Malta organizzat id-29 Edizzjoni tal-BMX Summer Fest, fejn għall-ewwel darba dan kien ikkumplimentat minn mużika live fl-Outdoor Park tal-BMX f 'Pembroke. Fil-fatt numru sabiħ ta' bands lokali fosthom Nosnow/Noalps, Fuzzhoneys, OctoPi, Sempliċiment tat- Triq, Pio, Falcon's Flying Circus, FDM Crew, Oddball Malta u Pyramid Suns ħadu sehem taħt il-kordinazjoni ta' Francesco Ċikku Frendo. B'hekk dawk li attendew setgħu jammiraw il-BMX fl- isfond tal-mużika live. Il-kompetizzjonijiet tal-BMX ikkordinati minn Karl Naja u sħabu tal-Malta BMX kellhom dawn ir-rebbieħa. Game of BIKE: Aaron Grixti Game of SKATE group A: Zach Perici Calascione Game of SKATE Group B: Owen Lee Sciriha Bunny Hop Competition: Gianni Zarah Big Air Competition winner: Jakub Najman (Repubblika Ċeka) Riżultati oħra kienu dawn: BMX Park Competition Group B: 1st: Deyan Caruana 2nd: Shemizen Azzopardi 3rd: Owen Borg BMX Park Competition Group A 1st: Jakub Najman (Czech) 2nd: Luke Borg Grech 3rd: Aaron Grixti BMX Racing Group 1: 1st: Matteo Milito 2nd: Danzil Camilleri 3rd: Brandon Walter Moore BMX Racing Group 2: 1st: Luke Borg Grech 2nd: Shayem Agius 3rd: John Aquilina L-Assoċjazzjoni tal-BMX tixtieq trodd ħajr lil Bamboo Stores, Riot Boutique Cafè, The Free Way SurfStores – MALTA, Wheel Wizard (Malta), Jump Street, Pedal Power Malta, Epic Bikes, Red Bull, Visage Malta, Oakley Malta, Pepsi Malta, Twistees Malta u Urban Culture li taw l-għajnuna tagħhom biex dawn il-kompetizzjonijiet kienu ta' suċċess. Grazzi wkoll tmur lill-pubbliku li attenda fejn il-flus kollha migbura se jgħaddu lill-Malta BMX Association biex tkompli dejjem tkabbar u tiżviluppa iktar il-BMX f 'Malta. Għal iktar informazzjoni fuq Malta BMX wieħed għandu jżur www.maltabmx. com jew fuq Facebook: Malta BMX Uħud mill-parteċipanti li ħadu sehem waqt id-29 Edizzjoni tal-BMX Summer Fest f 'Pembroke

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 September 2015