Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/567098
34 illum | Il-Ħadd 06 ta' Settembru 2015 Kif nibtet l-imħabba tiegħek lejn il- waterpolo? Missieri kien dilettant tal-waterpolo u anki għamel sena fl-amministrazzjoni tan-Neptunes meta kont żgħir jien. Niftakar iż-żminijiet fejn il-logħbiet kienu jintlagħbu fil-pitches u konna nduru l-varji klabbs biex naraw il- logħob. Ġieli lgħabt il-waterpolo fil-passat? Ngħum waħda 'l fuq, waħda 'l isfel imbagħad taħt l-ilma! Nammetti li qisni qatt ma kelli l-istamina neċessarja għall-waterpolo meta kont żgħir avolja minn dejjem kont inħobb dan l-isport. Kont nilgħab il-futbol mal-Luxol St. Andrews u iktar tard lgħabt ir-rugby bħala full back ma' klabb li kien jismu Phoenicians li sfortunatament m'għadux jeżisti. U kif iddeċidejt li tidħol fl- amministrazzjoni ta' dan l-isport? U għaliex ma' San Ġiljan? Il-ħabib kbir tiegħi John Xerri de Caro kien captain ta' San Ġiljan u kien introduċieni mal-President ta' qabli Brian Schembri għax il-klabb kellu bżonn is-servizzi tiegħi ta' Avukat rigward każ partikolari. Minn avukat u konsulent legali tal-klabb spiċċajt President għax bdejt nieħu iktar interess biex ngħinhom u għax dak iż-żmien Brian ma xtaqx ikompli fil-kariga. X'jinvolvi finanzjarjament biex tmexxi klabb ta' suċċess bi plejers professjonali fosthom dawk barranin, bħal San Ġiljan? Ovvjament biex tikkompeti għall- unuri jinħtieġu l-finanzi. Meta sirt President, jien u l-kaxxier Ivan Said flimkien ma' sħabna tal-kumitat ta' dak iż-żmien rajna kif nistgħu ntejbu s-sitwazzjoni finanzjarja tal-klabb, kellna naqtgħu xi dejn antik imbagħad bdejna nħajru sponsors ġodda u nġibu kuntratti aħjar milli kellna biex inżidu d-dħul finanzjarju tal-klabb. U x'għajnuna ssibu mill-isponsors? L-isponsors fl-isport Malti jilagħbu rwol kruċjali. Mhux faċli li ssib sponsor u allaħares ma kienx għal dawk il- kumpaniji li jirreklamaw jew jagħtu xi forma ta' sponsor lill-klabbs. Fil-każ tagħna għadu kif spiċċa il-kuntratt ta' sponsor prinċipali li kellna mal- Allcare Insurance u l-Crystal Finance Investments u ninsabu ottimisti, speċjalment wara r-rebħ tad-double, li għandna nkunu attraenti għal main sponsor ġdid għas-sena d-dieħla u s-snin li ġejjin. Bosta jsaqsu d-domanda ta' x'fettillu Avukat ta' suċċess bħalek jintriga ruħu fl-isport billi jokkupa l-kariga ta' President ta' tim tal-waterpolo, li lkoll nafu kemm jinvolvi spejjeż, u li jsir b'mod voluntarju. Kif tirribbatti għal dawn il-kummenti? U kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol professjonali tiegħek u mal-amministrazzjoni bħala President ta' San Ġiljan? Naħseb li kull min huwa nvolut fl-amministrazzjoni tal-isport hawn Malta jagħmel sagrifiċċji kbar, mhux neċessarjament finanzjarji imma b'mod speċjali dak li jirrigwardja ħin. Hija kwistjoni wkoll ta' 'time management' effettivament biex tqassam il-ħin tiegħek għal xogħlok, ħin għall-familja u ħin għall-klabb. Naħseb li l-amministrazzjoni tal-klabb għallmitni ħafna dwar management ta' nies u sitwazzjonijiet li forsi f 'ċerti każi għenitni anki f 'xogħli. L-isfida personali hija li nibbilanċja ħajti u ma nħallix l-amministrazzjoni tal-klabb 'tisraq' ħin li huwa tax-xogħol jew tal-familja speċjalment għaliex għandi erba' bniet li għadhom żgħar u nixtieq ingawdihom kemm nista' qabel ma jikbru u l-ħin jaħrab! X'fisser dan ir-rebħ tad-double għalik personali u kemm kien diffiċli? Ir-rebħ tad-double huwa ta' sodisfazzjon kbir personali wara sitt snin ta' sagrifiċċji u ħidma. Dan speċjalment wara li tlifna d-decider tal-Kampjonat tal-2013 fejn kont ħlift miegħi nnifsi li bħala tim ta' San Ġiljan inkomplu niġġieldu biex niksru l-'jinx' li ma konniex qed nirbħu unuri. Kien diffiċli ferm għax kellhom jittieħdu deċiżjonijiet diffiċli ħafna u sfortunatament dejjem se jkun hemm min jieħu għalih jew iweġġa' b'xi deċiżjoni li nieħdu bħala Kumitat. X'taħseb li kien is-sigriet tas-suċċess ta' dan id-double storiku li wasal wara xejn inqas minn 20 sena? Is-sigriet tas-suċċess ta' dan id- double storiku kien ix-xogħol bla waqfien mill-kumitat u mill-iskwadra kollha. Il-plejers din is-sena qishom iktar ikkonvinċew lilhom infushom li m'għandna xejn inqas minn ħaddiehor. X'inhi r-relazzjoni tiegħek mal-membri tal-kumitat sħabek? Ir-relazzjoni hija tajba iżda ta' min jgħid ukoll li minn grupp ta' 11 spiċċajna 7, però anki dawk li telqu, taw kontribut essenzjali lill-klabb din is-sena u fl-aħħar iċċelebrajna flimkien daqs li kieku baqgħu hemm sal-aħħar. Fil-bidu tal-istaġun qatt kont temmen li din kellha tkun propju s-sena ta' San Ġiljan? Iva, kont nemmen u għamilna sforzi kbar għax 20 sena stennija huma wisq għal klabb bħal San Ġiljan bl-istorja tiegħu u bin-numru kbir ta' partitarji li għandu l-klabb. Qatt kont temmen li kontu se tirbħu l-istess kampjonat propju ġurnata qabel tmiem il-Kampjonat? Stajna nagħlqu l-Kampjonat saħansitra anki qabel b'naqra iktar fortuna, imma ma ngergrux - l-importanti li ġejna nkurunati champions. Kif ġiet, kienet isbaħ għax l-aħħar logħba kienet waħda ta' festa u ċelebrazzjoni minflok mimlija tensjoni bħas-soltu u għollejna t-tazza propju ġurnata qabel il-festa ta' San Ġiljan biex qattajna tmiem il-ġimgħa memorabbli għal kulħadd. Bħas-soltu kellkom sfida denja għar-rebħ ta' dan il-Kampjonat min- Neptunes. X'tikkummenta? Neptunes huwa klabb immexxi b'passjoni kbira mill-kollega Matthew Bonello li għamel ħafna għall-klabb tiegħu wara diversi snin anki huma fil-limbu. Il-fatt li rebħu ħames Kampjonati wara xulxin huwa rekord impressjonanti u naħseb reġgħu bdew dan il-Kampjonat bħala favoriti avolja wara snin ta' suċċess b'Sergei Markoch bħala kowċ u Tamas Molnar fl-ilma kellhom ibiddlu ftit l-affarijiet. Aħna ħadna ftit deċiżjonijiet iebsin fil-bidu tal-istaġun. Għażilna bir-reqqa x'tip ta' plejers barranin kellna bżonn u l-iskwadra kollha, immexxija mill- captain Matthew Zammit, ħadmu bla waqfien b'konvinzjoni li nistgħu nirbħu. San Ġiljan dejjem kienu fil-quċċata tal-klassifika mill-bidu sat-tmiem tal- istaġun, u naħseb dak il-fatt diġà jgħid ħafna dwar l-istaġun tagħna. Madankollu timijiet bħal Sliema, Sirens u anki Valletta speċjalment fis-semi-finali tan-Knock Out tawkom sfida denja. Il-kummenti tiegħek. Anki Sliema għamlu tibdil fl- amminstrazzjoni fil-bidu tal-istaġun u wrew li jridu jiġġieldu għall-unuri. Il- klassifika hija giddieba u ma nemminx li hemm dak id-distakk bejn it-tlieta ta' fuq. Sirens għandhom żgħażagħ promettenti ħafna u żewġ plejers barranin tajbin immens u Valletta ma' kull sena li tgħaddi qed jibnu ġebla fuq oħra għall-futur. M'hemmx dubju li kellhom impatt kbir matul dan l-istaġun iż-żewġ plejers barranin Guillermo Molina u Boris Vapenski? Iż-żewġ plejers barranin tagħna Molina u Vapenski huma plejers ta' klassi li ġew Malta bil-mentalità tajba, jiġifieri dik li jaħdmu u jistinkaw u jagħtu dak kollu li jistgħu daqs li kieku qed jilagħbu għal pajjiżhom jew għall-klabb prinċipali tagħhom. Dan mhuwiex il-każ għal kull plejer barrani li jiġi Malta. Kienu wkoll leaders fl-ilma u barra mill-ilma u taw eżempju tajjeb ħafna ta' mentalità rebbieħa lill-plejers Maltin. L-istess għamel il-plejer Franċiż naturalizzat Malti, Aurelien Cousin. Kellu wkoll irwol ċentrali f 'dan ir-rebħ tal-Kampjonat, il-kowċ Marko Orlovic. Il-kummenti tiegħek. Marko Orlovic huwa bniedem li jħobb ħafna x-xogħol u jaħdem bla waqfien biex jilħaq il-miri tiegħu. Irnexxielu wkoll iżomm l-iskwadra miegħu u jittrasmetti l-valuri u l-prinċipji tax- xogħol lill-plejers kollha. Jien għidtlu fil- bidu li ġie li ċ-changing rooms jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tiegħu fejn lanqas jien ma nindaħallu. Ċerti affarijiet huma tal-iskwadra u tal-iskwadra biss. Ma ninsewx li lil Orlovic sibnieh fix-xorti u ġie rakomandat lit-Team Manager Alfredo Spiteri de Barro minn kuntatt tiegħu fis-Serbja biex jieħu post il-kowċ Kroat Emil Nikolic li wkoll kien kowċ tajjeb ħafna iżda li għal raġunijiet ta' saħħa ma' setax ikompli jaħdem Malta. F'kumment li għamilt is-sena li għaddiet, faħħart lill-kowċ tat-tim nazzjonali Karl Izzo talli waqt tournament internazzjonali kien utilizza numru ta' plejers żgħażagħ. X'tikkummenta fuq dan il-kowċ bravu, li huwa l-moħħ wara l-iżvilupp ta' elementi żgħażagħ fosthom Dino Zammit, Ben Plumpton u Andreas Galea? Kelli relazzjoni tajba mal-kowċis kollha ta' San Ġiljan tul is-snin iżda ma' Karl Izzo nista' ngħid li għandi relazzjoni speċjali għax huwa bniedem li jgħix għall-waterpolo u għen lill- klabb ħafna speċjalment biex jidentifika u jiżviluppa talent ta' żgħażagħ bħalma SportSillum L-Avukat President taċ-Champions Cristian Antony Muscat Dr Daniel Aquilina - Avukat u President ta' San Ġiljan għall-aħħar sitt snin fejn ħadem biex jara lil dan it-tim tant għal qalbu lura fejn jixraqlu - fil-quċċata tal- waterpolo lokali permezz tar-rebħ tad-Double wara 20 sena. "Kont ħlift miegħi nnifsi li bħala tim ta' San Ġiljan inkomplu niġġieldu biex niksru l-'jinx' li ma konniex qed nirbħu unuri"