Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/567098
Il-Ħadd 06 ta' Settembru 2015 | illum 25 GO tippremja lill-impjegati għal prestazzjoni mill-aqwa GO ippremjat għadd ta' impjegati għall- prestazzjoni mill-aqwa li kellhom għall-ewwel sitt xhur tal-2015. Għaxar impjegati rebħu unuri f 'diversi kategoriji, bi 18-il impjegat ieħor jingħataw nominazzjoni. L-IT Operations Team ta' GO wkoll ingħata premju tal- kontribut sinifikanti li taw fit-tħaddim tas-sistemi ta' GO. GO toffri żewġ unuri lill-istaff: l-iStar Awards u l-Gold Awards. L-iStar Awards jippermettu lill- impjegati stess jinnominaw lil dawk il-kollegi li fl- opinjoni tagħhom jemmnu li taw kontribut u prestazzjoni eċċellenti f 'waħda jew iktar mill-ħames kategoriji, iġifieri innovazzjoni, customer service eċċellenti, integrità u lealtà, teamwork u dedikazzjoni.Il-Gold Awards jagħtu lis-Senior Managers u Chief Officers l-opportunità li jippremjaw lil dawk il- membri tal-istaff tagħhom li jkunu taw kontribut mill-aqwa. Sa mill-bidu tat-twaqqif tagħhom fl-2013, l-iStar u l-Gold Awards attiraw mijiet ta' nominazzjonijiet. Dan jixhed l-impenn tal-istaff ta' GO fid-dipartimenti kollha biex itejbu l-operat ta' GO u jwasslu l-aqwa esperjenza lill-klijenti. Ir-rebbieħa tal-Star Awards għall-ewwel kwart tal-2015 kienu Sarah Camilleri għall- kategorija Above and Beyond, Christian Spiteri għall-Customer Service Eċċellenti, Ian Bugeja għall-Innovazzjoni u Bernard Mamo għall-unur ta' Teamwork. Ir-rebbieħa għat-tieni kwart tal-2015 kienu Gina Vella għal Above and Beyond, Ryan Camilleri għal Customer Service Eċċellenti, Adrian Tabone għall-Innovazzjoni u Ian Camilleri fil-kategorija Teamwork. Ir-rebbieħa tal- Gold Award għall-ewwel kwart tas-sena kien Kurt Zahra mill-Unit ta' Business Intelligence ta' GO, filwaqt li Paul Demicoli mit-tim ta' Customer Experience rebaħ il-premju għat-tieni kwart tal-2015. It-tim tal-IT Operations rebaħ it-Team Recognition Award. Ayrton Caruana, il- Kap tar-Riżorsi Umani ta' GO plc, qal, "L-iStar u Gold Awards jagħtu lill- impjegati u lill-maniġment l-opportunità li jippremjaw lill-kollegi tagħhom għall- bżulija tagħhom. L-Awards għandhom rwol importanti fil-motivazzjoni tal-istaff u jsaħħu s-sens ta' teamwork. Fl-istess waqt ikollhom impatt pożittiv fuq is- sodisfazzjoni tal-impjegati u tal-klijenti. Din is-sena kienet waħda impenjattiva ħafna b'xogħol li għadu għaddej s'issa fuq għadd ta' proġetti kumplessi u l-istaff kollu tagħna, b'mod partikolari r-rebbieħa, jixraqilhom grazzi mill-qalb tal-impenn tagħhom." It-tim tal-IT Operations ippreżentat bil-unur ta' Team Recognition Award BOV Club jiltaqa' mal-istudenti IT-TIm tal-BOV Club jinsab impenjat idur minn kampus għall- ieħor matul Settembru u Ottubru, biex jiltaqa' mal-istudenti li qed jippreparaw biex ikomplu bl-istudji tagħhom. Iddisinjat bħala pakkett introduttorju għal studenti fil-livell post-sekondarju jew terzjarju, il-BOV Club huwa l-introduzzjoni perfetta għaż-żgħażagħ għad-dinja tas-servizzi finanzjarji. Il-membri jistgħu jibbenefikaw minn offerti esklussivi, li jinkludu rata ogħla ta' interessi fil-BOV eAccount, standing orders b'xejn, self lill- istudenti b'rati speċjali mingħajr l-ebda ħlas għall-iproċessar, rati ta' skambju preferenzjali, kif ukoll is-Servizzi tal-BOV Mobile u l-BOV 24x7 b'xejn għall-ewwel sena. Dawk l-istudenti li japplikaw għal dan il- pakkett huma eleġibbli wkoll li jagħżlu wieħed mill-ħafna rigali disponibbli. It-tim tal- BOV Club ser ikun qed jassisti lill-istudenti fil- proċess ta' aplikazzjoni, kif ukoll jagħtihom ħarsa ġenerali lejn in- numru ta' benefiċċji li huma intitolati għalihom, filwaqt li jwieġeb kwalunkwe mistoqsija li jkollhom l-istudenti. Barra minn hekk, l-istudenti jistgħu japplikaw jew iġeddu l-isħubija tagħhom onlajn billi jidħlu fuq bov.com/ bov-club, jew billi jaslu f 'waħda mill-fergħat ta' BOV. Bank of Valletta ħoloq ukoll Facebook Page li hija facebook.com/ bovclubmt li permezz tagħha jkun viċin tal- ħajja tal-istudenti. Aktar informazzjoni inkluż it-termini u l-kundizzjonijiet li japplikaw, jistgħu jinkisbu mit-tim tal-BOV Club fuq 2131 2020, jew billi taċċessa l-portal tal-BOV Club bov.com/bov-club jew billi tibgħat email fuq l-indirizz elettroniku bovclub@bov.com.