Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/567098
Il-Ħadd 06 ta' Settembru 2015 | illum 29 SportSillum Meta Bradley Mifsud kiser ir-rekord nazzjonali tas-Seniors tal-Javelin Wara li fix-xhur li għaddew, l-atleta żagħżugħ li għad għandu biss 19- il sena kiser numru ta' rekords nazzjonali tal- juniors fil-Javelin, l-istess atleta ftit tal-ġimgħat ilu rritorna mill-Iżvezja fejn hemmhekk, kiser rekord ieħor nazzjonali prestiġġjuż fil-Javelin - din id-darba dak tas-Seniors. Matul din il-ġimgħa, dan il-ġurnal iltaqa' b'mod personali ma' Bradley Mifsud innifsu, fejn tana iktar dettalji rigward din l-esperjenza unika fil- karriera mill-aqwa tiegħu fid-dixxiplina tal-atletika imsejħa 'Javelin', kif ukoll rigward dan it-tragward uniku li rnexxielu jilħaq, speċjalment meta wieħed iqis li huwa għadu ferm żgħir fl-età, u għalhekk għandu futur mill-isbaħ quddiemu. Huwa afferma li: "Eżattament wara li wasalt minn 'Baku 2015 First European Games' irċevejt messaġġ li kont intgħażilt biex nirrapreżenta lil Malta għal darb'oħra fl-Iżvezja, eżattament fil-belt ta' Eskilstuna għall-'European Athletics Junior Championships' (U20 category). Għall- mument kont naqra sorpriż li ntgħażilt għax biex nikkwalifika għal dan il-Logħob kelli nitfa' madwar 5m oħra, però l-'Malta Amateur Athletic Assocoation' (MAAA) iddeċidew li jirreġistrawni peress li ma kontx 'il bogħod mill-Minimum Qualification Standard (MQS). Fl-14 ta' Lulju tlajna tliet atleti (sprinter femminili, discus thrower maskili u jien), flimkien ma' uffiċjal tat-tim li fortunatament, għall-ewwel darba f 'kompetizzjoni internazzjonali kien il-kowċ tiegħi, Genc Dapi. Il- kompetizzjoni tiegħi kienet biss jum wara li wasalna ġewwa l-Iżvezja. Is-16 ta' Lulju kien il-jum tal-ftuħ tal-logħob, filwaqt li d-19 ta' Lulju kien il-jum tal-għeluq tal-Logħob. Il-fatt li kien hemm il-kowċ miegħi ġewwa l-Iżvezja, għeni biex inħossni iżjed kunfidenti bħalma nħossni fit-taħriġ tiegħi hawnhekk f 'Malta. Il-kompetizzjoni tiegħi bdiet fit-8pm, li kien il-ħin favorit tiegħi biex nikkompeti peressli x-xemx ma tkunx qawwija. It-temp huwa wieħed mill-iżjed fatturi li jaffetwa l-wirja ta' atleti bħali u ħafna oħrajn fl-atletika, speċjalment ir- riħ u x-xita. Ir-riħ jaffetwa d-direzzjoni tal-javelin, u x-xita taffetwa l-grip tat-trakka. L-agħar tip ta' riħ huwa mill-ġenb għax jaħkem il-javelin mit-tul tagħha u b'hekk tnaqqsilha ħafna veloċità, ukoll minħabba r-reżistenza tal- arja. Fis-16 ta' Lulju, qomt tajjeb ħafna - la kont eċitat ħafna u lanqas kalm iżżejjed. Waqt il-kollazzjon jien bdejt ngħid f 'qalbi li jien bħalissa qiegħed fl-aqwa tiegħi, mela ċert li se mmur aħjar mis-soltu. Jien dejjem emmint li ftit jiem qabel kwalunkwe kompetizzjoni qatt m'għandek taħseb fin-negattiv imma dejjem fil-pożittiv, inkella tkun diġà tlift miegħek innifsek. Fil-5pm qbadna x-xarabank minn Västerås għall-Istadium f 'Eskilstuna li kien siegħa 'l bogħod, minn fejn konna alloġġjati. Fis-6pm wasalna fuq il-post u fis-7pm bdejt il-warming up, biex fis-7.30pm mort fil- call room sabiex joħorġuna fuq it-trakka biex nitfgħu trial throws u fit-8pm bdiet il-kompetizzjoni fejn tfajt l-ewwel throw ta' 60.04m u t-tieni throw b'tefa' ta' 63.96m li kienet eventwalment ir-Rekord Nazzjonali ta' Malta (qabel kien 63.89m) li kien ilu ma jinkiser disa' snin sħaħ. U t-tielet throw kienet ta' 63.48m. B'hekk kont konsistenti wkoll. Jien uzajt lir-rivali tiegħi sabiex nitgħallem mit- teknika tagħhom, għax eventwalment din id-darba jien ikkompetejt mal-aqwa javelin throwers tad-dinja li kellhom l-istess età tiegħi, (U20). Allura, fl-aħħar mill-aħħar din kienet l-iżjed kompetizzjoni ta' kalibru għoli li qatt ħadt sehem fiha. Iżda, bis-saħħa tal-aqwa throw fil-karriera tiegħi sa issa, irnexxieli ngħaddi żewġ atleti Ġermaniżi u wieħed Finlandiż," temm jgħid Bradley Mifsud. Bradley Mifsud flimkien ma' Robyn Zammit u Luke Farrugia fl-Iżvezja Żewġ rebħiet storiċi għal Malta fil-beach handball kontra l-Albanija u l-Alġerija It-tIM nazzjonali Malti tal-beach handball immexxi minn Ian Psaila kiseb rebħa storika u post fil-kwarti tal-finali wara li għeleb lill-albanija bl-iskor ta' 2-0. Wara li t-tim Malti kien temm l-impenji fi Grupp B bit-telfa ta' 2-0 kontra l-Greċja, fil-ħames dehra tiegħu fl-ewwel edizzjoni tal-Mediterranean Beach Games li saru f 'Pescara fl- Italja, it-tim Malti ddomina għal kollox lill-avversarji. Mir-rebħa ta' 20-9 fl-ewwel partita, it-tieni waħda kienet ukoll dominata mit- tim Malti li rebaħ 15-9. Ġustifikat is-sodisfazzjon tal-kontinġent Malti f 'Pescara fejn David Azzopardi bħala chef-de- mission ikkummenta li: "Din ir-rebħa hija konferma tal- progress li t-tim Malti wettaq f 'din l-ewwel esperjenza internazzjonali u hija wkoll konferma tal-potenzjal li hemm fi ħdan it-tim. B'aktar investiment f 'dan is-settur dan l-isport u sport ieħor ipprattikat f 'Pescara jista' jizviluppa ferm aktar." Intant, l-istess tim nazzjonali Malti kompla jimpressjona fejn wara li kiseb rebħa storika u post fil-kwarti tal-finali wara li għeleb bl-iskor ta' 2-0 lill- Albanija għeleb ukoll lill- Alġerija bl-iskor ta' 2-0 sabiex għadda għall-fażi ta' wara. It-tim Malti ddomina u rebaħ l-ewwel partita 15-5 sabiex bit-tieni partita miftuħa għal kull riżultat kien it-tim Malti li b'differenza ta' gowl ħareġ rebbieħ 15-14. Il-koppja tal-Beach Volley Alison Borg u Thais Gatt immexxija minn Aaron Stivala fetħu l-impenji bl-ewwel partita kontra t-Turkija b'telfa ta' 0-3. It-tim Malti tal-beach handball wara r-rebħa kontra l-Albanija