Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/567098
8 illum | Il-Ħadd 06 ta' Settembru 2015 Mill-Qorti MATTHEW AGUIS magius@mediatoday.com.mt 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Provision of an Energy Metering System – T057/15 Data ta' ħruġ: 3 ta' Settembru 2015 / Data ta' għeluq: 14 t' Ottubru 2015 Operaturi Ekonomiċi huma mħeġġa jieħdu nota ukoll tal-brieng meeting, li se jiġi organizzat nhar it-Tnejn, 14 ta' Settembru 2015 ġewwa l-MITA, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda HMR9010 -10.00 ta' logħdu. Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jattendu għall-workshops li jiġu organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training (CDRT), it-Telgħa ta' Sa Maison, il-Furjana FRN1610. F'dawn il-workshops, operaturi ekonomiċi jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI 'Mekkanik' akkużat bi frodi ta' iktar minn €14,000 "MEKKANIK" li neffaq anzjan 'il fuq minn €14,000 biex jirranġalu problema mekkanika fil-karozza tiegħu, ma ngħatax il- ħelsien mill-arrest wara li wieġeb li mhux ħati għall- akkużi ta' frodi. Joseph Cioffi, ta' 36 sena mix-Xgħajra, ġie mressaq taħt arrest quddiem il- maġistrat Doreen Clarke mill-ispetturi Raymond Aquilina u Christabelle Chetcuti. Il-Qorti semgħet kif l-imputat kien aċċetta biċċa xogħol ta' tiswija sempliċi minn raġel anzjan ta' 76 sena. Minkejja li t-tiswija qatt ma saret, l-imputat baqa' jżid l-ispejjeż li kellu jħallas l-anzjan, għal diversi raġunijiet fittizji. L-ispettur Chetcuti opponiet it-talba għall- ħelsien mill-arrest u spjegat lill-maġistrat li l-imputat kien diġà pprova jikkuntattja diversi xhieda u saħansitra hedded lill-familjari tal- vittma. L- ispettur żiedet tgħid li ma kkopera xejn mal-pulizija fl- investigazzjonijiet tagħhom. L-avukat Noel Bartolo ssuġerixxa li l-Qorti setgħet timponi diversi kundizzjonijiet biex jipproteġu x-xhieda u l-vittma, u fakkar lill-Qorti li l-imputat kien għadu preżunt innoċenti. Il-Qorti, iżda ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill- arrest u ordnat li l-imputat jibqa' jinżamm arrestat. Akkużat li qata' l-kappell ta' sebgħet martu RAĠEL akkużat li qata barra l-kappell ta'sebgħet martu waqt argument domestiku il-ġimgħa li għaddiet, wara li xahrejn qabel, kien żammilha sikkina m'għonqha. Din l-allegazzjoni ħarġet waqt li l-maġistrat Doreen Clarke semgħet lill-ispettur Christabelle Chetcuti tirrapporta fuq il-progress tal-investigazzjoni tagħha s'issa. L-ispettur spjegat kif, fis-26 t'Awwissu, il-pulizija kienu wieġbu għal sejħa għall-għajnuna ġewwa reżidenza f 'Ħ'Attard, wara li waħda mit-tfal tal-koppja kienet ċemplet in-numru tal-emerġenza. Mill-investigazzjonijiet tagħha, jidher li l-argument żbroffa waqt li l-koppja kienet qed tiddiskuti l-possibbiltà li jisseparaw, meta l-akkużat ħataf il- mowbajl minn id martu u kissru. Skont il-mara, żewġha kien fetaħ kexxun tal- kċina, ħareġ sikkina u beda jheddidha biha. Fil- kommossjoni, il-kappell ta' wieħed mis-swaba' tal-mara intlaqat u naqata' barra, u ħareġ ħafna demm. Ir-raġel wassal lil martu midruba fiċ-ċentru tas- saħħa tal-Mosta għall- kura, fejn ġew infurmati l-pulizija. Il-vittma spjegat lill- pulizija li din ma kinetx l-ewwel darba li kienu ġew fl-idejn u saħqet li meta, xahrejn qabel, kien sar jaf li kienet qalbitielu ma' ħaddieħor, żewġha kien saħansitra żamm sikkina m'għonqha. Mistoqsija għalfejn ma kienetx involviet il-pulizija f 'dik l-okkażjoni, l-omm wieġbet li kienet imbeżża li titlef lil uliedha minħabba l-adulterju tagħha. Fiż-żmien tal-aħħar inċident, il-koppja kienu jgħixu f 'indirizzi separati, iżda l-mara kienet daħlet id-dar wara l-preċett ta' binthom sabiex tiġbor xi affarijiet minn tagħha. L-inċident seħħ waqt din iż-żjara, spjegat l-ispettur, li żiedet tgħid li meta ġew mistoqsija, it-tfal tal-koppja kienu taw verżjoni simili. L-ispettur infurmat lill- qorti li kemm il-vittma u kemm l-ulied għażlu li ma jixhdux f 'dawn il-proċeduri. Il-maġistrat ħallet lill- akkużat mill-istat t'arrest preventiv, fuq depożitu ta'€5,000 u garanzija personali ta'€15,000 u ordnat li jmur jgħix f 'dar separata minn-martu wat li nħarġet ordni ta'protezzjoni għall-mara. Flimkien mal-avukat Shaheryar Ghaznavi, l-avukati Charlon Gouder u Joseph Gerada dehru għall-imputat, filwaqt li l-avukatessa Abigail Critien dehret parte civile għall- mara. L-ismijiet tal-partijiet mhumiex jiġu rrapurtati fuq ordni tal-Qorti, minħabba l-akkużat li jaħdem fil- qasam tax-xandir televiżiv. Dak li jiffriskak Iftħu t-twieqi qabel tqabbdu l-arja kundizzjonata fi l-karozza JOHN BUSUTTIL F'DAWN l-aħħar snin, ir-rata tal-kanċer żdiedet immens. Ħabib, kuġina, missieri, ħija, ibni, marti eċċ mardu bil-marda tal-kanċer. Imma kemm qed tikber din il- marda? Kif splodiet f 'daqqa? Mistoqsijiet li diffiċli tweġibhom, iżda li ħafna minnhom iwassluk biex tipponta subgħajk lejk stess. Għax ħafna drabi huma jien u int li nwasslu dan il-mard fuqna u fuq ta' madwarna. Għax m'aħniex nieħdu ħsieb dak li qed nieklu, dak li ħaddieħor ibexx bih biex il-prodott tiegħu jibqa' ħaj fost l-oħrajn. Iżda dan l-aħħar tfaċċat aħbar li daret mal-internet kollu fejn qed jintqal li sar studju dwar kumdità assoluta f 'dinja li dejjem qed tisħon, li qed iwassal għall-kanċer, speċjalment il-lewkimja: l-arja kundizzjonata tal- karozza. Mhux l-apparat jew l-arja kundizzjonata nnifisha hi l-problema iżda meta titħaddem ħażin. Nistħajjel tgħidu, mela issa kollox iwassal għall-kanċer? Mhux kollox, imma hemm studji li jekk tieħu ħsiebhom, tista' tbiegħed dan il-periklu minn fuqek. Ħafna min-nies, l-ewwel ħaġa li jagħmlu malli jqumu filgħodu jidħlu fil-karozza u l-aħħar ħaġa qabel jidħlu d-dar, joħorġu mill-karozza, u dan jagħmluh sebat ijiem fil-ġimgħa. Malli jidħlu fil-karozza, eżatt mal-'ignition', ħafna jixgħelu l-air condition. Dan hu żball kbir. Kif tidħol fil-karozza, l-ewwel għandek tiftaħ it- twieqi, u imbagħad tixgħel l-arja kundizzjonata ftit minuti wara. Ir-raġuni hi din, skont riċerka xjentifika, id- dashboard tal-karozza, is-seats u l-air freshner jitfgħu l-benzene: velenu (toxin) li jikkawża l-kanċer. Barra l-kanċer, il-benzene jivvalenalek l-għadam, jikkawża l-anemija u jnaqqas iċ-ċelloli l-bojod. Ħafna benzene għal ħafna tul ta' żmien jikkawża l-lewkimija u jkabbar ir-riskju tal-kanċer. Jista' anke jikkawża korriment għal min ikun b'xi tqala. Il-livell ta' benzene aċċettabli għal bniedem, ġewwa hu ta' 50mg kull pied kwadru. Karozza pparkjata f 'garaxx bit- twieqi magħluqa jkollha bejn 400-800 mg ta' Benzene. Jekk tkun ipparkjata barra fix-xemx, bit-temperatura 'l fuq minn 15-il grad, il-livell tala-benzene jitla' bejn l-2,000 u 4,000 mg li hu 40 darba 'l fuq mil-livell aċċettabbli. Mela dawk kollha fostna li nidħlu fil-karozza u nħallu t-twieqi magħluqa, inevitabbilment se niġbdu fina, b'mod ferm qawwi ammont eċċessiv ta' velenu. Il-benzene hu tossina li taffetwa l-kliewi u l-fwied. Fejn l-akbar diffikultà hi li l-ġisem mhux faċli li jarmi dan il-velenu li nkunu blajna. Mela ħudu ħsieb li qabel tqabbdu l-arja kundizzjonata fil-karozza, iftħu t-twieqi, ħallu l-arja tiċċirkola u l-benzene joħroġ imbagħad ixegħlu l-arja kundizzjonata. Importanti li ma tħallux dan l-artiklu jbeżżagħkom li tużaw l-arja kundizzjonata, għax l-arja kundizzjonata tal- karozza minnha nnifisha ma tipproduċix Benzene. Huma d-dashboards u s-seats, u dawn l-irwejjaħ u l-benzene li jitfgħu huma, li rridu ntajru mill- karozza qabel tinxtegħel l-arja kundizzjonata. Ħafna jistaqsu imma dawn ir-riċerki huma vera? Ta' min jagħti kashom? Is-Soċjetà tal-Kanċer Amerikana (ACS) jissuġerixxu li hemm ċerta "Ħafna drabi huma jien u int li nwasslu dan il- mard fuqna u fuq ta' madwarna"