Illum previous editions

ILLUM 06 September 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/567098

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 06 ta' Settembru 2015 | illum 3 FI stqarrija maħruġa lbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li hu mhux se jkun qed jieħu passi kontra l-Membru Parlamentari u eks-Ministru Nazzjonalista Francis Zammit Dimech. Hu kien qed jirreferi għall-storja li kienet żvelata fuq il- gazzetta MaltaToday dwar kif Zammit Dimech kien wieħed minn tmienja minn nies li kienu se jiffaċċjaw akkużi fuq il-mewt ta' ħaddiem fil-lukanda Seabank. L-istorja kienet tgħid kif l-eks-Ministru Nazzjonalista, dak iż-żmien direttur mhux eżekuttiv fl-istess kumpanija, kien se jiffaċċja akkużi ta' qtil involontarju. Punt interessanti kien kif l-isem miktub kien Francis Zammit, fil-lista ta' persuni li kienu se jiġu akkużati. Il-Kap Nazzjonalista iżda għamilha ċara li mhux se jkun qed jieħu xi forma ta' azzjoni kontra Zammit Dimech minħabba tliet raġunijiet. "Dr Zammit Dimech ma kien bl-ebda mod involut f 'dak li seħħ. Hu kien Direttur mhux eżekuttiv li ma kellu l-ebda sehem, la dirett u lanqas indirett, fit-tmexxija tal-kumpanija tal-lukanda fejn sar ix-xogħol ta' bini" qal Busuttil. Huwa kompla jfakkar kif Zammit Dimech ma jokkupa l-ebda pożizzjoni eżekuttiva fil- Gvern. "Kien ikun differenti kieku kien Ministru li għandu rwol eżekuttiv. Iżda mhuwiex. U allura mhemm l-ebda rwol ta' responsabbilta' li wieħed jista' jneħħih minnu. L-aħħar raġuni tal-Kap tal-PN dwar għalfejn ma jħossx li għandu jieħu azjoni kontra MP minn tiegħu huwa li l-inċident li seħħ ma kellu ebda rabta mad-dmirijiet politiċi jew parlamentari ta' Zammit Dimech u lanqas mad-dmirijiet tiegħu meta kien Ministru, "u allura m'hemm l-ebda raġuni għaliex għandu jitkeċċa mill- Partit". Busuttil temm jgħid illi Zammit Dimech qed juri spirtu ta' determinazzjoni "f 'dan il-mument diffiċli u jien ninsab warajh". Jien Matthew Barbara u wettaqt l-iskema tat-taħrig mal-proġett LEAP f' San Pawl il-Bahar. Kienet esperjenza pożittiva u kont vera kuntent naħdem fuq manutenzjoni tat-toroq, biex ngħin aħjar il-komunità. Din tatni l-opportunità biex nibda rutina ġdida fil-ħajja, niltaqa' ma' nies differenti u nitgħallem affarijiet ġodda. Infatti din l-esperjenza għenitni biex intejjeb il-komunikazzjoni u nintegra aktar fis-soċjetà. Din l-esperjenza għenitni fil-kunfidenza u biex nipparteċipa fl-elezzjoni tal-kunsill lokali u li rnexxieli niġi elett bħala kunsillier. FSE 3.234 PROĠETT LEAP Jien Paul Micallef ta' 23 sena. Nixtieq nirringrazzja lill-Proġett LEAP tal- opportunità li tani biex intejjeb il-ħiliet tiegħi waqt it-taħriġ li rċevejt fuq medda ta' tmien xhur sabiex nidħol fid- dinja tax-xogħol. Dan għinni immens sabiex illum jien kuntent għax impjegat full-time ma' kumpanija privata. Josephine Agius - Senior Social Mentor Il-benefiċċjarji kollha ħassew u wrew li dan il-proġett kien ta' fejda u li bih għarfu aħjar x'jixtiequ għall-futur. Tahom iċ-ċans li jevalwaw fejn qegħdin u fejn jixtiequ jaslu. Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insaħħu Ħilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalità ta' Ħajja Aħjar Proġett parzjalment kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Soċjali Ewropew (FSE) Rata ta' Kofinanzjament: 85% Fondi mill-UE; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek mfss.gov.mt/leap Il-Vatikan jordna t-tneħħija ta' Dumink Camilleri minn qassis ILKURJA t'Għawdex ikkonfermat li wara deċiżjoni mis-Santa Sede, Dumink Camilleri, ġie ordnat li jitneħħa mill- istat klerikali wara każi ta' abbuż fuq subien taħt l-età, li saru fuq diversi snin. Dan deher f 'dikjarazzjoni konġunta mill-Arċisqof Charles J Scicluna u l-Isqof t'Għawdex Mario Grech fejn saħqu li l-ħarsien tal- minuri hu għan prinċipali tad-djoċesi tagħhom. Fl- istess stqarrija, semmew il-politika li kienet ġiet addottata fil-ħarifa li għaddiet, fejn wara allegazzjoni ta' abbuż fuq minuri minn saċerdot, din "illimitat jew issospendiet il-ministeru pastorali tas- saċerdot," biex kemm jista' jkun jinqata' l-kuntatt mal- minuri. Issa, komplew jgħidu l-isqfijiet, minbarra li jiġi mgħarraf il-kappillan tal-knisja li jkun jgħix fiha l-istess saċerdot ħati ta' abbuż, il-pubbliku jiġi infurmat ukoll permezz tas-siti taż-żewġ djoċesi. Bl-istess mod, tkompli l-istqarrija, kull restrizzjoni permanenti tal-ministeru saċerdotali, tirriżulta fi qtugħ mil-lista uffiċjali. Din l,-istqarrija ġiet fid- dawl ta' stejjer maħruġin minn din il-gazzetta, nhar il-Ħadd li għadda, dwar il-patri Carmel Pulis li applika għall-parole wara biss tliet snin mis-sentenza. Fl-istess waqt, il-gazzetta MaltaToday tal-Ħadd li għadda, kienet ippubblikat l-istorja tal-istess Dumink Camilleri li għalkemm is- Santa Sede kienet waqqfitu milli jipprattika sentejn u nofs ilu, l-Isqof t'Għawdex ma kienx ordnalu jinża' minn qassis u għalkemm ma kienx iqaddes fil- pubbliku, kien iqaddes fi knisja privata. ILLUM – l-istorja tal-ILLUM dwar Carmel Pulis, ħati ta' abbuż fuq tfal u li applika għall-parole Maltatoday – L-istorja tal-Maltatoday dwar Dumink Cammileri li issa kien mneħħi minn qassis b'ordni tal-Vatikan Busuttil mhux se jieħu azzjoni dixxiplinarja kontra Francis Zammit Dimech Francis Zammit Dimech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 September 2015