Illum previous editions

ILLUM 06 September 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/567098

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 06 ta' Settembru 2015 | illum 23 Aquarius - Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Fazi li għaddej minnha bħalissa hi fażi ta' biża' fl-emozzjonijiet tiegħek u qed tfixklek mir- rutina ta' kuljum, u mhux il-karattru tiegħek li tinqabad f'din ix-xibka ta' emozzjonijiet però sad-9 tax-xahar, toħroġ minnha. Però dan huwa mument fejn int trid turi l-kapaċità kollha. Għaraf fittex parir! Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 10, 23 u 29. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Opportunità li ħa tidħol għaliha f'dawn ix- xhur li ġejjin, ara li tagħraf li għandek ħin u spazju għaliha għax se ssarraf b'ħafna aktar responsabbiltà milli qiegħed taħseb. Agħraf sew ħalli bħal dejjem turi l-abbiltà tiegħek. Persuna mimlija entużjażmu u diversità bħalek għandha żmien pożittiv ġej lejha, ara imma lil min tafda. Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 12, 24 u 37. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Kollegi u ħbieb japprezzaw ħafna ħiltek li int dejjem hemm lesta għal kull għajnuna li tista' tagħti ħalli dejjem tkun ta' aspirazzjoni għal ta' madwarek. Imma gwida li tajt dan l-aħħar u tħoss li ma ġejtx apprezzat kif ħsibt, qed tagħmlek diżappuntat. Tagħtix kas għaliex int tajt dak li stajt. Waħda minn għaxra mhux se ttellef l-aspirazzjoni tiegħek. Ibqa' miexi 'l quddiem. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 12, 28 u 33. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Xi ħadd ħa jaqbdek fuq sieq waħda u kontra kull mistenni ħa taċċetta dak li ġejt offrut. Lanqas qatt taħseb x'jista' jiġri! Minn din is- sitwazzjoni ħa jkollok tagħlima li tkun kif tkun, għandek tagħraf u taħseb sew. Għandek 3 ġimgħat imfixklin, però grazzi għal parir ta' gwida, int jirnexxielek toħroġ minnha, però, ħa tiswiek. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 17, 26 u 30. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Persuna se tersaq lejk b'offerta li int qatt ma tkun stennejt. Offerta li ħa tiftaħlek beraħ dak li ilek tistenna, int ħa tagħraf li din il-persuna resqet lejk bla ebda ħażen. Anzi, pjuttost hi ta' aspirazzjoni u għarfien għal dak li int tkun għaddej minnu. Ovvjament din l- offerta barra li fiha vantaġġi għalik, se tinvolvi lilek f'aktar ħin ta' xogħol u responsabbiltà li int magħruf għaliha. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 13, 25 u 33. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. Cancer - Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Persuna li tqisha bħala ħabib, tagħraf li għandha bżonnok. Għalkemm hi magħrufa li ma tħobbx titlob li jkollha bżonn l-għajnuna, int se tagħraf li wasal iż-żmien li issa tgħinna u twassalha fejn qed issib diffiċli. Int agħraf li issa, ir-responsab- biltà ta' madwarek kibret però għandek tagħraf timxi. Il-fixkla ta' persuna eliminaha mill-ewwel ħalli tkompli għaddej bil- pjanijiet tiegħek. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 5, 14, 29 u 38. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu FBidu tax-xahar li se jtik ċerta enerġija li kont tlift u n-negattiv li bdejt tħoss dan l-aħħar ħa jibda bil-mod jitlaq minn madwarek. Persuna li int għadek kif sirt taf ħa tkun l-ispirazzjoni tiegħek f'dawn ix-xhur li ġejjin. Proġett li kellek u kont qed tibża' minnu, idħol għalih għax ħa tara l-frott minnu. Żmien ta' fiduċja. Leo huma magħrufin kemm huma umli. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 12, 28 u 40. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Set- tembru Fil-ġimgħat li ġejjin ħa tħossok attirat lejn per- suna li int tixtieq issir taf aktar! Din il-persuna għandha l-kariżma u affarijiet komuni oħra li int jjaqblu miegħek u dan jurik li wasal żmien li int bil-mod tidħol għar-relazzjoni ġdida, però l-parir xorta jibqa; li m'għandekx tgħaġġel u imxi pass pass. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 15, 26 u 34. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ottubru Wara ħafna mumenti ta' tensjoni u ħsibijiet, wasal iż-żmien li int tmur x'imkien għall-kwiet u għall-ġabra, biex issa tibda taħseb għal dak li ġej. Għandek żmien ftit imqalleb sakemm torganizza mill-ġdid l- istil ta' ħajtek. Mhux kulħadd min hu madwarek hu ta' min jafda. Analizza sew il-pożizzjonijiet ta' dawk madwarek. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 17, 29 u 35. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu , aħdar u abjad. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Avveniment li qed tippjana għalih, għandek tkun iktar ikkonċentrata fuqu ħalli mhux fl-aħħar ħinijiet tippanikja. Persuna li int ħsibt kienet spiċċat mill-ħsibijiet tiegħek, terġa' tiiffaċja mingħajr mistenni. Issa trid tkun int li tagħraf tikkonntrolla dak li ġej. Mill- passat għandek gwida ta' kif għandek tersaq lejha. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 18, 20 u 38. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Tista' tħossok li wasal iż-żmien li tibda tirri- lassa, imma l-kbir għad baqgħalu. L-imħabba tibqa' l-akbar kobba mħabbla madwarek għalkemm tħossok kompatta fir-relazzjoni tiegħek, imma l-maltemp għadu ġej. Għalhekk, ħejji lilek innifsek ħalli dan il- maltemp ma jħarbattx dak li int tara li huwa tajjeb għalik. Agħraf sew kollegi tiegħek x'għandhom vera f'moħħhom. Sagittarius huma maghrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 18, 22 u 39. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Proċess li int għaddejja minnu u li int mingħalik li għadda fil-fatt għad baqalu mad- warek. Għalhekk, kompli miexja sakemm vera- ment tħossok vera int, u dan għandu jkun lejn l-aħħar tax-xahar. Tagħtix kas ċertu biżgħat jew taqtigħ il-qalb li jistgħu jinqalgħu. Din il-fażi ħa tgħelibha. Sib ħin fejn int tkun rilassat u vaganza żgħira tkun utli. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 17, 29 u 34. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-Oroskopju Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal- ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... X'qalulna l-qarrejja... Nadia Galdes, Raħal Ġdid Paġna informattiva li żgur miġbura b'dedikazzjoni. Proset PaulJon, Keep it up! Rachel Busuttil, Pietà Kuntenta ħafna bl- oroskopju tiegħek PaulJon. Jien naqra l-oroskopiji kolla li joħorġu hawn Malta, tiegħek l-aħjar PaulJon AnnMary Psaila, Żurrieq Qatt ma kont xtrajt din il-gazzetta u ħabiba qaltli biex nixtriha għax hemm oroskopju ta' vera. Int il- favorit tiegħi. Proset. Sharon Mizzi, Marsascala Probabbili l-aqwa oroskopju miktub fuq ġurnal lokali. Tal-ġenn. Gina Cauchi, Mosta Kem int ta' vera. Oroskopju imwassal b'informazzjioni sal-aħħar dettal. Kompli wasslilna nkunu nistennewk kull nhar ta' Ħadd. Sonya Carters, Tas-Sliema Qatt ma ħsibt li paġna bħal din tista' tiġibidni, imma ma nafx. Sirt naqra u nistenniha, Prosit! Maruska Smith, SanĠiljan Paġna interessanti għall-aħħar. Inkun qed nistennieha! Lorraine Galea, Naxxar PaulJon, kemm int preċiż! Proset tassew. " " Tistgħu tibagħtu l-kummenti jew mistoqsijiet tagħkom lil Paul jon fuq l-email pauljon.aquilina13@gmail.com jew sms fuq 99013600 Uħud mill-kantanti li jagħlqu żmienhom dan ix-xahar Gloria Estefan 57, Buddy Holly (1936-1959), Barry Gibb 68, Freddie Mercury (1946- 1991) Uħud mill-politikanti li jagħqlu żmienhom dan ix- xahar Il-Prinċep Harry 30, Marco Polo (1254-1324), Bashar Al Assad 49, Horatio Nelson (1758-1805), Silvio Berlusconi 78 Uħud mill-isportivi li jagħlqu żmienhom dan ix-xahar Ruud Gullit 52, Julio Cesar 35, Ronaldo 38, Franz Beckenbauer 69, Rock Marciano (1923- 1969) Uħud mill-artisti li jagħlqu żmienhom dan ix-xahar Will Smith 46, Raquel Welch 74, Bill Murray 64, Sophia Loren 80, Keanu Reeves 50, Adam Sandler 48, Peter Sellers (1925-1980) , David Copperfield 58, Peter Falk (1927-2011) Keanu Reeves Gloria Estefan Għeluq snin nies famużi din il-ġimgħa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 September 2015