Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/567098
Il-Ħadd 06 ta' Settembru 2015 | illum 35 SportSillum taċ-Champions tal-Waterpolo semmejt int u oħrajn li llum qegħdin fis-senior squad jew dalwaqt ikunu hemm. Huwa kowċ ippreparat ħafna u dejjem jistinka biex ikompli jitgħallem u jitjieb. Tħoss li dawn it-tliet plejers imsemmija fost oħrajn jirrapreżentaw il-futur tat-tim ta' San Ġiljan? Żgur li jirrapreżentaw il-futur ta' San Ġiljan flimkien ma' diversi plejers oħrajn li ffurmaw għal ħafna snin is- sinsla tal-U17 u U20s li rebħu diversi unuri f 'dawn l-aħħar snin. X'qed jagħmel it-tim ta' San Ġiljan biex jindokra t-timijiet tal-Youths fi ħdanu? Qed intejbu l-istruttura tal-klabb f 'dak li għandhom x'jaqsmu il-youths u se ninvestu iktar fil-kowċing tagħhom u f 'opportunitajiet biex anki jsiefru t-tfal tagħna għal traning camps ma' klabbs ewlenin fl-Ewropa. Karl Izzo kien ukoll il-kowċ tat-tim ta' San Ġiljan. Ħassejtek diżappuntat meta huwa kien irriżenja mill- kariga tiegħu ta' kowċ ta' dan it-tim biex imbagħad ħa t-tmun tat-tim nazzjonali tal-waterpolo? Karl, bil-barka tagħna kien diġà kowċ ta' Malta qabel ma rreżenja minn kowċ ta' San Ġiljan. Ħassejtni diżappuntat mhux bih personali imma bis- sitwazzjoni li kienet waslet għar-riżenja tiegħu, għax flimkien kellna proġett għall-futur u f 'temp ta' żewġ logħbiet qisu nqaleb kollox ta' taħt fuq. Illum qed naraw anki l-frott tal-ħidma tiegħu u ħsibt fih mhux ftit meta għollejna t-tazzi din is-sena bħalma ħsibt ukoll f 'dawk il-plejers li kienu magħna tul is-snin jiġġieldu biex jgħollu isem San Ġiljan 'il fuq, imma d-destin hekk ried! Tidher ferm emozzjonat waqt il- logħbiet li fihom issegwi lit-tim ta' San Ġiljan mill-istands. X'ikun għaddej minnek dak il-ħin u speċjalment waqt logħbiet kruċjali fosthom il-finali tan-Knock-Out fejn kien biss fl-aħħar ħames sekondi li San Ġiljan ħarġu rebbieħa kontra Neptunes b'gowl mill- isbaħ ta' Guillermo Molina? Jiena bniedem inħoss it-tensjoni tal- logħob u naqbel li nkun emozzjonat. Dak il-gowl ta' Molina 1.2 sekonda mit-tmiem fil-finali tan-Knockout ma ninsieh qatt f 'ħajti speċjalment wara li n-Neptunes kienu ġabu d-draw 8 sekondi mit-tmiem u kulħadd kien mingħalih li konna sejrin għall-ħin barrani. Iżda Molina kellu ħsibijiet oħrajn. Dak il-gowl kisser il-'jinx' ta' San Ġiljan ta' 20 sena ma' ngħollux tazzi u jien kont konvint li jekk nirbħu n-Knockout, konna se nirbħu wkoll id- Double, għax għelibna l-biżà li nitilfu. Bqajt fit-tmun ta' San Ġiljan bħala president anki meta l-affarijiet ma tantx kienu qed jidhru sbieħ għall- Ġiljaniżi fosthom matul l-istaġun li għadda. Il-kummenti tiegħek. Fl-aħħar ta' kull sena nitlob lill- membri tal-kumitat jieħdu ftit jiem ta' riflessjoni jekk iridu jkomplu jew le għax jekk m'għandekx il-motivazzjoni neċessarja, aħjar wieħed jieqaf milli jkompli nofs qalb. Jien ta' kull sena nagħmel l-istess ukoll. Dan ir-rebħ tal-Kampjonat ġie wara li sentejn ilu tant kontu viċin li tirbħu l-istess Kampjonat, meta kien biss propju fid-decider li San Giljan tilfu r-rebħ tal-Kampjonat kontra l-ġirien, Neptunes. X'ħassejt dakinhar? Dakinhar ħassejt diżappunt kbir għax avolja konna l-underdogs konna tlifna żewġ 'matchpoints'. Fl-ewwel logħba draw kien ikun bizzejjed imbagħad tlifna wkoll id-decider. Konna tlifna lil Karl Galea f 'sospensjoni għad-decider li konna ħassejnieh u l-poplu Ġiljaniż ma tantx kien kuntent bil-prestazzjoni tal- plejer barrani tagħna ta' dak iż-żmien, Peter Biros, li mbagħad ingħaqad man- Neptunes biex iktar jirrabbjaw in-nies tagħna u l-partitarji Ġiljaniżi! Bħala San Ġiljan kellkom Kampjonat tax-Xitwa mill-aqwa fejn tliftu r-rebħ tal-Kampjonat bi sbrixx. X'tikkummenta fuq il-Kampjonat tax- Xitwa mirbuħ minn Neptunes? Kienet it-tieni darba f 'dawn l-aħħar snin li ġejna l-ewwel u ma rbaħniex il-Winter League minħabba differenza ta' gowls. Naħseb tgħallimna minnha din is-sena però għax inżilna bi ftit kunfidenza żejda kontra n-Neptunes għax kellhom plejers neqsin u rebħulna xorta. Kif rajtu jinbidel lit-tim ta' San Ġiljan tul is-snin? Meta dħalt President, it-tim ta' San Ġiljan kien beda diġà jikseb riżultati pożittivi 'l hemm u 'l hawn, iżda sena wara sena bnejna l-konsistenza sakemm wasalna biex nirbħu dan id-Double storiku. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek bħala president ta' San Ġiljan? Bħalissa qiegħed f 'dik il-ġimgħa ta' riflessjoni li semmejtlek iktar qabel, flimkien ma' sħabi tal-kumitat qabel ma naslu għall-AGM li jmiss. U l-futur ta' San Ġiljan bħala tim? Nispera li issa ma nħarsux lura iżda nkomplu bl-istess ġuħ għall-unuri li kellna matul din is-sena. Taħseb li f 'Malta hemm bżonn li tinbena indoor pool? Ikun pass importanti għal Malta kieku jkollna indoor pool bħalma hemm madwar l-Ewropa. Mhux faċli għall-plejers u n-nies jagħmlu t-taħriġ fix-xitwa esposti għall-ksieħ u x-xita fost affarijiet oħra u barra minn hekk, anki l-ASA tkun tista' torganizza iktar avvenimenti ta' għawm u waterpolo internazzjonali b'faċilitajiet indoor. Il-media sportiva f 'pajjiżna tagħti bizzejjed exposure lil-logħba tal- waterpolo jew tagħmel dan biss matul ix-xhur tas-sajf? Naħseb li l-ġurnalisti sportivi f 'pajjiżna huma kompetenti ħafna u jagħtu exposure tajba lill- waterpolo. Mingħajr exposure jew interess ma jigux l-isponsors, għaldaqstant l-irwol tal-media jsir wieħed kruċjali. X'tikkummenta fuq l-amministrazzjoni tal-ASA mmexxija mill-President, Joe Caruana Curran? Għandi relazzjoni tajba ma' kulħadd li hemm fit-tmexxija tal-ASA. Huma wkoll qed jagħmlu xogħol volontarju u jiddedikaw ħafna ħin għall-isport. Joe Caruana Curran għamel ħafna biex jitjiebu l-faċilitajiet ġewwa Tal-Qroqq fl-aħħar snin u naħseb li l-passat tiegħu bħala President ta' Valletta fil-futbol jgħinu biex jifhem il-ħtiġijiet tal- klabbs. Naħseb hija wkoll ħaġa tajba li m'għandux passat ta' involviment fi klabb tal-waterpolo u allura m'għandux rabtiet mal-ebda klabb partikolari. U fuq ir-referis li jirrefjaw il-logħba Maltija tal-waterpolo - kemm dawk Maltin kif ukoll dawk Taljani? Taqbel man-numru sostanzajli ta' referis Taljani jiġu jirrefjaw f 'pajjiżna sena wara l-oħra? Int x'taħseb? Ir-referi fil-logħba tal-waterpolo għandu ħafna saħħa, għalhekk hija importanti ħafna l-konsistenza tar- referis minn azzjoni għall-oħra anki fl-istess logħba. Huwa fatt li r-referis innifishom kif ukoll l-ASA ilhom jitolbu lill-klabbs biex eks plejers per eżempju jagħmlu korsijiet ta' referis għax żgur li hemm bżonn ta' iktar referis Maltin. Ma tantx ħarġu referis Maltin ġodda f 'dawn l-aħħar snin u kien hemm oħrajn li waqfu. Għalhekk l-ASA trid bilfors iġġib referis minn barra u l-ispejjeż tar-referis fl-aħħar mill-aħħar jitħallsu mill-klabbs stess. Taqbel mat-tibdil li kien hemm fir-regoli tal-waterpolo fuq livell internazzjonali? Personalment le, ma tantx naqbel magħhom u nippreferi r-regoli kif qegħdin illum. Bħala President ta' San Ġiljan ASC, għaddi messaġġ lill-partitarji kollha ta' dan it-tim fl-okkażjoni tar-rebħ ta' dan id-double storiku. Nirringrazzja lill-partitarji numerużi ta' San Ġiljan talli baqgħu magħna jsostnu lit-tim b'entużjażmu kbir matul dawn is-snin diffiċli. Flimkien ma' sħabi tal-kumitat niddedika d-double lilhom għal-lealtà tagħhom u għaliex dejjem għamlulna kuraġġ. Nispera minn qalbi li dawn in-nies se jkollhom iktar biex jifirħu fis-snin li ġejjin kif jixirqilhom 'it-tfal ta' werwer' għax naħseb li m'hemmx sapport bħal dak ta' San Ġiljan fil-waterpolo lokali. Twieled fis-17 ta' Jannar, 1976, f 'San Ġiljan. Huwa Avukat u ilu sitt snin President tat- tim tal-Waterpolo ta' San Ġiljan. Mexxa lil dan it-tim bħala President għar- rebħ ta' Double storiku wara 20 sena. Minn dejjem kient iħobb l-isport tal- waterpolo. Kien jilgħab il-futbol mal-Luxol St. Andrews u r-rugby bħala full back ma' Phoenicians Dr Daniel Aquilina Ritratt: Ray Attard