Illum previous editions

ILLUM 06 September 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/567098

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 06 ta' Settembru 2015 49 inċident u 10 gravi fi Triq il-Kosta ...kemm ilu għaddej ix-xogħol tal-bini tat-triq mill-ġdid DANIEL MIZZI B'MEDJA ta' tliet inċidenti tat-traffiku kull xahar u ammont inkwetanti ta' persuni midruba, Triq il- Kosta għadha waħda mill- aktar toroq perikolużi f 'Malta b'bosta sewwieqa Maltin jesprimu tħassib dwar sewqan perikoluż u traskurat. Fil-fatt, il-biżà ta' dawn is-sewwieqa hija waħda ġġustifikata hekk kif skont statistika miġbura mill-pulizija, mogħtija lil din il-gazzetta, matul ix-xogħol fi Triq il-Kosta, kien hemm b'kollox 34 persuna li weġġgħu f 'inċidenti, b'total ta' għaxar persuni jittieħdu l-isptar bi ġrieħi serji. Indubjament, matul is-snin Triq il-Kosta saret waħda mill-iktar toroq rinomati għal sewqan perikoluż, veloċità eċċessiva, inċidenti, u sfortunament imwiet. Għal diversi drabi, is-sewwieqa, u kif ukoll l-awtoritajiet Maltin, sostnew li ħafna mill-inċidenti kienu kawża ta' sistema ta' traffiku mhux tajba biżżejjed u li saħansitra kienet l-iktar triq perikoluża fil-gżejjer Maltin. Kien għalhekk li f 'Mejju tal-2014 beda x-xogħol fi Triq il-Kosta, bil-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi jinsisti li l-għan aħħari tax-xogħlijiet huwa sabiex it-triq tkun tiflaħ in-numru ta' sewwieqa u sabiex din tkun inqas perikoluża. Minkejja dan, 15-il xahar wara li x-xogħol fi Triq il- Kosta beda, it-triq għadha sfortunament, rinomata għal sewqan perikoluż u inċudenti tat-traffiku. Fil-fatt, skont ċifri li ngħataw lil din il-gazzetta, kien hemm b'kollox 49 inċident li fih weġġgħu xi nies. Madankollu, kelliem għall-pulizija spjega mal-ILLUM li dan in-numru jkopri biss dawk l-inċidenti serji u li fil-verità hemm bosta inċidenti oħrajn li jiġu rrapurtati biss lill-gwardjani lokali. L-istess ċifri juru kif b'kollox kien hemm 34 persuna li weġġgħet bejn Mejju tal-2014 u Awwissu tal-2015. Bl-istess mod, kien hemm 23 persuna li sofrew ġrieħi ħfief, tlieta sofrew ġrieħi ħfief ħafna, filwaqt li kien hemm total ta' għaxar persuni li ttieħdu l-isptar b'ġrieħi serji. Il-figuri juru kif bejn Mejju u Diċembru tal-2014 weġġgħu b'kollox 18-il persuna, ħamsa minnhom gravi, f '26 inċudent tat-traffiku seperat. L-iktar xahar perikoluż is-sena l-oħra kien Ġunju hekk kif tmien persuni kienu weġġgħu f 'erba' inċudenti. Bl-istess mod, sa issa, Awwissu kien l-aktar xahar perikoluż ta' din is-sena wara li kien hemm seba' persuni li sofrew xi ġrieħi. Biss biss, fix-xahar t'Awwissu kien hemm erba' inċidenti serji fi Triq il- Kosta, bl-iktar wieħed riċenti ikun dak tal-20 ta' Awwissu meta weġġgħu żewġ persuni, wieħed minnhom gravi. L-inċidenti riċenti wassal sabiex in-numru ta' inċidenti serji tul Triq il-Kosta f 'din is- sena biss jitla' għal 23. Bosta qarreja tal-ILLUM spjegaw kif minkejja t-twissijiet tal-pulizija u Transport Malta, is-sewqan fi Triq il-Kosta għadu wieħed perikoluż u "tal-biżà." Oħrajn spjegaw kif apparti s-sewqan traskurat u eċċessiv ta' sewwieqa oħra, persuna li tkun qed issuq tul Triq il-Kosta issa trid toqgħod b'seba' għajnejn għal sistema ta' traffiku konfliġġenti. Bla dubju, l-istess qarrejja li tkellmu ma' din il-gazzetta tennew li b'konsegwenza ta' dan, in-numru ta' inċidenti fi Triq il-Kosta mistenni jiżdied. Fl-isfond tan-numru inkwentanti ta' inċidenti f 'dawn l-aħħar xhur, kienu bosta dawk li rrikorrew għal mezzi soċjali biex isejħu għall-kampanja ta' edukazzjoni dwar is-sewqan u anke infurzar ta' regolamenti kontra sewqan traskurat u kontra sewwieqa li jsuqu b'mod b'veloċità eċċessiva, li jsuqu bil-mowbajl, u li oħrajn li m'għandhomx sabar. Intant, skont statistika uffiċjali mill-Uffiċju Nazzjonali tal- Istatistika turi kif sa Ġunju, kien hemm 7,482 inċident tat- traffiku fit-toroq Maltin, b'seba' minnhom ikunu fatali. Aktar inkwetanti huwa l-fatt li meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra, in-numru ta' inċidenti tat-traffiku żdiedu b'479. Jibżgħu li din id-darba l-istrateġija se tfalli Tkompli minn paġna 1 DAWK li tkellmu mal- ILLUM esprimew il-biża' tagħhom li l-istrateġija li mbarka fuqha l-PN, jista' jkun li qed tħalli riżultati għal ftit żmien, iżda wisq jibżgħu li meta jasal l-appuntament elettorali, il-gwadann li jkun għamel il-PN jisfa fix-xejn. Dawk li tkellmu magħna spjegaw kif kull min fil-PN qed jipprova jappella għal aktar bilanċ, qed isib lill-magna u l-forzi tal-Partit kontrieh. "Qisu hemm din l-idea fid-dar ċentrali li jekk tgħaddi sħaba mis-sema, irridu noħorġu stqarrija biex ngħidu li tort tal-Gvern. Din il-ġimgħa anke s-serq li sar f 'Tas-Sliema ħriġna stqarrija biex ngħidu li dan minħabba l-Gvern. Redikola l-ħaġa, u qed tinżel tajjeb biss ma' nies li jiġri x'jiġri jibqgħu Nazzjonalisti". Huma tennew mal-ILLUM li din l-istrateġija ta' Cachia Caruana setgħet ħadmet "fi żmien Mintoff u Karmenu meta l-Laburisti kienu jaħsbu li jistgħu jagħmlu li jridu, imma mhux se taħdem illum." Richard Cachia Caruana huwa magħruf li, għalkemm għal żmien twil fil-passat u anke llum għadu qrib tal-Kap preżenti Busuttil, qed jappoġġja lill-Membru Parlamentari Ewropew Roberta Metsola bħala kap prospettiv tal-PN, jekk Busuttil ma jwassalx lill-PN għal rebħa fl-2018. Għalkemm kompletament nieqes mill-midja, kif dejjem kien, dawk li tkellmu magħna qalu li minkejja l-bidliet fi ħdan il-PN, Cachia Caruana għad għandu poter u kontroll assolut fuq il-midja tal- partit, l-aktar fejn tidħol id-direzzjoni li din għandha tieħu fil-konfront tal-Gvern. Cachia Caruana għandu storja politika twila fil-PN u maż-żmien kiseb ċerta poter, tant li huwa fatt magħruf li jitqies bħala, dak li bl-Ingliż ngħidulu 'the power behind the throne' tal-PN. Fil-fatt matul is-snin, meta l-PN kien immexxi minn Eddie Fenech Adami, dan kien jafda lil Cachia Caruana b'mod assolut. Jidher ukoll, li kif inhi 't-tradizzjoni', Cachia Caruana għadu jiltaqa' man-nies fil-lobby tal- lukanda Westin fejn iżomm laqgħat ma' nies li qegħdin fil-politika jew li huma viċin tagħha. Richard Cachia Caruana u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 06 September 2015