Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/567098
14 illum | Il-Ħadd 06 ta' Settembru 2015 I l-politika tinsab hemm biex jinħoloq il-ġid komuni. Huwa d-dmir tal-politiċi biex jaċċertaw li l-ekonomija Maltija tmur tajjeb u ma tbatix. L-istatistika qiegħda turi li l-ekonomija Maltija sejra tajjeb, u dan huwa sinjal pożittiv. Però, fl-opinjoni tiegħi, il-flus li qegħdin jiġu ġġenerati fl-ekonomija mhumiex il-vera kuntentizza tan-nies - il-bwiet tan-nies. In-nies fit-triq qiegħda tistaqsi ħaġa waħda, Jien qiegħed inlaħħaq mal- ħajja ta' kuljum? Tistaqsi lill-mara/raġel tad-dar u ssaqsihom, inti qiegħed tlaħħaq mal-ħajja ta' kuljum bil-paga li għandek? Iż- żieda li tak il-Gvern, hija biżżejjed? L-ekonomija sejra tajba, u n-nies? In- nies li jimpurtahom huwa l-but. Il-ħajja qiegħda togħla, u n-nies qegħdin ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja? Xi wħud jgħidulek iva, u oħrajn jgħidulek le. Li xi wħud mhumiex qed ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja hija realtà. Anzi, skont l-aħħar statistika li ħarget, aktar minn 13,000 familja jaqgħu taħt il-linja tal-povertà u għalhekk, kull min għandu t-tfal minn dawn it-13,000 se jieħdu l-benefiċċji, imma huwa importanti li din l-istatistika tirranġa ruħha u tiġi eradikata. Huwa d-dmir ta' kull gvern li jkun jaf x'inhi din ir-realtà li n-nies qed jgħixu fiha. Inċentivi hawn, però l-inċentivi li jgħinu lill-batut mhumiex biżżejjed, għax nistaqsi jiena għaliex bniedem marid m'għandux dejjem isib wheelchair disponibbli għalih meta huwa każ li persuna għandha bżonn wheelchair? Għaliex marid għandek tgħidlu li din il- mediċina mhijiex fil-lista tal-mediċini b'xejn? Għaliex bniedem marid li jeħtieġ appuntament fl-isptar, għandu jistenna xhur twal? Għalfejn marid, li għandu bżonn operazzjoni għandu jistenna sew? Għaliex marid għandek tneżżgħu mid- dinjità tiegħu u minflok tagħtih kamra, minħabba n-nuqqas ta' spazju, tħallih fil-kuritur? Din hija l-verità li ħafna nies qegħdin ifittxu u jixtiequ tweġiba għaliha. Huwa dmir tal-politiċi Maltin li jiġu eletti grazzi għad-demokrazija biex verament jaraw x'inhuma l-ħtiġijiet li n-nies qed idejquhom, u jisimgħu biex jaraw kif jistgħu itejbu ħajjet dak li jkun. L-anzjani qegħdin ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja bil-pensjoni li għandhom? It-tibdiliet tat- trends huma hemm, u dawn dejjem qegħdin jinbidlu. Jekk wieħed iħares lejn in- negozji ż-żgħar, u b'negozji żgħar nifhem negozju li jħaddem taħt l-għaxar persuni, u naraw kif sejrin fin-negozju tagħhom. Dawn in-negozji qegħdin ikopru l-ispejjeż ta' liċenzji, kirjiet, pagi u tant spejjeż oħra? Nistaqsi, t-turnover tagħhom, qiegħed jiżdied? Sfortunatament, qegħdin naraw ħafna ħwienet li qed jagħlqu jew ibiddlu l-idejn. Nistaqsi, dawn il-fenomeni, għaliex? X'risposta hemm għal tant ħwienet magħluqin? Għall-bniedem, illum hija neċessità li jsib ħin għal ftit ġranet ta' mistrieħ, almenu darba fis-sena. Dan jista' jkun mistrieħ mix-xogħol ta' kuljum, u meta possibbli, anke jieħu vaganza kemm f 'pajjiżu stess jew barra mill-pajjiż. Meta dan ma jistax jintlaħaq sena wara sena, allura dan il-bniedem jaqa' taħt l-awtonomija ta' poverta. Kif nistgħu ngħinu lin-nies li qed jaqaw f 'din il-linja? Alex Mangion huwa kunsillier Nazzjonalista fuq Ħ'Attard Il-Punt Il-verità tinsab fil-but "Għalfejn marid li għandu bżonn operazzjoni, għandu jistenna sew? Għaliex marid għandek tneżżgħu mid- dinjità tiegħu u minflok tagħtih kamra minħabba n-nuqqas ta' spazju, tħallih fil- kuritur?" "Sfortunatament qegħdin naraw ħafna ħwienet li jagħlqu jew ibiddlu l-idejn. Nistaqsi, dawn il- fenomeni għaliex? X'risposta hemm għal tant ħwienet magħluqin?" alex mangion