Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/567098
Il-Ħadd 06 ta' Settembru 2015 | illum 11 mgħottija b'ħamrija ħamra il-Kardinal Luigi Dadaglio poġġa warda tad-deheb f 'riġlejn l-istatwa titulari. Fis-sena 1999, fl-okkażjoni tal-25 Anniversarju mill- Inkurunazzjoni tal-istatwa, l-Isqof Nikol G. Cauchi żejjen l-istatwa bi stellarju ġdid fost il-ferħ tal-poplu Xagħri. Dawn il-festi kellhom isiru f 'Settembru 1998 imma ġew posposti minħabba elezzjoni ġenerali bikrija li saret fil-pajjiż. Il-kwadru titulari li jirrapreżenta t-Twelid ta' Marija Bambina huwa xogħol ta' Carlo Gimach. Oriġinarjament, dan kien impitter għall- knisja parrokkjali tal-Isla imma tqiegħed fil-knisja parrokkjali tax-Xagħra fejn għadu jitgawda sal-lum. Il-festa titulari ta' Marija Bambina Il-festa ta' Marija Bambina tiġi ċċelebrata kull sena fil-jum propju tagħha, jiġifieri fit-8 ta' Settembru. Minbarra li f 'dan il-jum, il- Knisja Universali tiċċelebra l-Festa Liturġika tat- Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija Omm Alla, pajjiżna jiċċelebra JUM IL-VITORJA. F'dan il-jum aħna nfakkru r-rebħiet kbar li Malta għamlet fl-Assedju l-Kbir tal-1565 u t-Tieni Gwerra Dinjija bl-interċessjoni ta' Marija Bambina. Din is-sena - Festa b'sinifikat speċjali Din is-sena, il-festa ta' Marija Bambina għandha sinifikat speċjali minħabba li x-Xagħra qed tifraħ mal-Knisja kollha fl- Ordinazzjoni Episkopali tal-E.T. Mons. Isqof George Bugeja OFM. George Bugeja huwa mix-Xagħra u riċentement ġie maħtur bħala Isqof Koadjutur tal- Vigarjat Apostoliku ta' Tripli fil-Libja. Festi ta' barra Fit-8 ta' dalgħodu jsiru t-tiġrijiet tradizzjonali taż- żwiemel mit-triq prinċipali tar-Rabat għax-Xagħra. Interessanti wkoll li lejlet il-festa, għada filgħodu ikun hemm komemorazzjoni u 're-enactment' taż-żewġ assedji, tal-pesta fl-1814 fix-Xagħra u l-aħħar gwerra. Din bla dubju ħadd m'għandu jfalliha. Għal xid-9 p.m. ikun hemm wirja spettakolari tan-nar sinkronizzat mal-mużika maħdum mill-kamra tan- nar tal-Imqabba li tista' tiġi segwita mit-tarf ta' Vjal it-8 ta' Settembru. F'nofsillejl ikun hemm wirja oħra li tikkomemora l-450 anniversarju tal-Assedju l-Kbir. Il-festa tilħaq il-qofol tagħha bil-purċissjoni bl- istatwa ta' Marija Bambina mat-toroq ewlenin tax- Xagħra. Il-festa tagħlaq b'marċ brijuż wara li tidħol il-vara. "Għada filgħodu ikun hemm kommemorazzjoni u 're-enactment' taż- żewġ assedji, tal-pesta fl-1814 fix-Xagħra u tal-aħħar gwerra" Il-pjazza tax-Xagħra minn fuq Ir-re-enactments ta' Jum il-Vitorja