Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/573370
€1.00 Nr 466 • 20 ta' Settembru 2015 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST Fil-qalba tal-isfidi tal-futbol Taljan Ara intervista mal-President tal-FIGC, Carlo Tavecchio f 'paġni 38 u 39 Erba' pulizija biss waqt il-ħin tal-attakk DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt UFFIĊJALI għolja fi ħdan il-Korp tal-Pulizija qalu li dak il-ħin li ġara l-inċident f 'Paceville fejn diversi nies sfaw feruti minn Libjan armat b'mus, kien hemm biss erba' uffiċjali tal- pulizija għassa mad-distrett kollu, liema distrett ikopri San Ġiljan u Paceville. Fil-fatt, il-gazzetta ILLUM hija infurmata li fil-ħin tal-attakk li seħħ fis-sigħat bikrin ta' nhar il-Ħadd 13 ta' Settembru, kellha saħansitra tissejjaħ l-għajnuna ta' uffiċjali tal-pulizija li kienu stazzjonati fit-Tramuntana ta' Malta, fosthom dawk li kienu fuq xogħol l-Għadira. Madankollu, f 'imejl mibgħuta mit-Taqsima tal- Komunikazzjoni tal-Pulizija, ntqal li matul dak il-lejl, u mhux speċifikament waqt il-ħin tal-attakk, kien hemm b'kollox tmien pulizija. Huma spjegaw ukoll li r-raġuni għalfejn in-numru ta' pulizija stazzjonati Paceville kien żgħir minħabba impenji oħrajn f 'partijiet oħra tal- pajjiż. Ma' dan il-ġurnal, bosta uffiċjali tal-pulizija sostnew li l-inċident tal-ġimgħa l-oħra jixhed stampa ċara tan- nuqqas ta' pulizija li hemm Paceville, xi ħaġa li sostnieha wkoll is-sindku ta' San Ġiljan Karl Gouder li mal-ILLUM spjega kif ir-riżorsi tal- pulizija fil-lokal ilhom għal bosta snin jiġu mġebbda, u li ma jistgħux ikopru man- numru ta' inċidenti li jseħħu ta' kuljum. Tkompli f 'paġna 3 Nħallsek bil-ħwejjeġ "MA nistax inħallaslek il-paga kollha bi flus, aqbad erba' flokkijiet u ħu lilhom minflok." Jidher li dan it-tip ta' "ħlas" huwa wieħed mill-prattiċi riċenti li xi impjegati qed ikollhom jiffaċċjaw fejn numru, anke jekk żgħir, ta' employers qed iħallsu parti mill-paga tal-ħaddiema bi prodotti li jinbiegħu fil-ħanut stess. Dan jiżvelah is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Tony Zarb f 'intervista li qed tidher f 'paġni 16 u 17 ta' din il-gazzetta, fejn jagħti wkoll numru ta' eżempji oħrajn ta' kundizzjonijiet tax- xogħol prekarji. Fost dawn huwa jsemmi każi ta' skrivani li qed jintalbu jħallsu għall-uniformi tagħhom u postijiet tax-xogħol fejn qed tittieħed €20 minn kull paga biex tkopri ħsarat u spejjeż relatati mal-kompjuters tal- impjegat. Zarb isemmi kif fil-qasam tas- sigurtà, hemm ukoll diskrepanzi fil-paga hekk kif persuna li tmur għassa ma' post tal-Gvern titħallas tant u persuna li tmur għassa ma' kumpanija privata titħallas inqas. Ara paġna 11 Lejn rebħa li se tintesa' malajr