Illum previous editions

ILLUM 20 September 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/573370

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 39

Daniel Mizzi dmizzi@mediatoday.com.mt Ċifri li għandu f 'idejh l-iLLUM jikkonfermaw kif il-kanċer huwa fost l-aktar mard li jaħsad ħajjiet ta' Maltin u Għawdxin. Tant hu hekk, li statistika miġbura mir-reġistru Nazzjonali tal-Kanċer f 'Malta turi li kull sena f 'Malta, medja ta' 700 persuna tmut kawża tal- kanċer. il-figuri effetivament ifissru li kull sena, l-kanċer joqtol popolazzjoni daqs ir-raħal ta' San Lawrenz, Għawdex. L-istess ċifri juru kif għaldaqstant, wieħed minn kull erba' persuni li jitilfu ħajjithom f 'Malta jmutu kawża tal-marda qerrieda tal-kanċer, u li madwar 2,000 persuna fis-sena tiżviluppa xi tip ta' kanċer. Aktar minn hekk, statistika tal-Eurostat turi kif fl-2011 biss, fl-Ewropa kollha, 26.3% tal-imwiet jew wieħed minn kull erba' mwiet, kienu kawża tal-kanċer, b'iktar minn 1.28 miljun Ewropej imut kawża tal-kanċer. L-istatistika turi wkoll kif fl- Ewropa, il-kanċer tal-pulmun kien l-iktar wieħed qerriedi, li hu wieħed mill-aktar komuni fost l-irġiel. Madankollu, il-kanċer fil-prostata huwa l-iktar wieħed komuni fost l-irġiel hekk kif jammonta għal 21% mill-każijiet tal- kanċer kollha fl-irġiel, filwaqt li l-kanċer tal-kolon huwa t-tielet l-iktar komuni. Min-naħa l-oħra, il-kanċer fis-sider jibqa' l-iktar wieħed komuni fost in-nisa, hekk kif jammonta għal 34% tal- każijiet tal-kanċer kollha. Fit-tieni post, hemm il-kanċer fil-kolon u l-kanċer fl-uteru, li jammontaw għal 10.6% u 7.3% tal-każijiet kollha rispettivament. F'kummenti mal-ILLUM, Dr Joe Psaila, kirurgu u speċjalista mal-Breast Screening Programme, spjega li l-istil ta' ħajja tal-Maltin huwa fost l-iktar kaġuni serji li jwasslu għall-iżvilupp tal- kanċer. "Hemm tendenza ikbar li dawk il-persuni li għandhom stil ta' ħajja nieqsa minn eżerċizzju jbatu mill-kanċer. Bl-istess mod, dawk li jpejpu, li jbatu minn obeżità, u li jieklu ħafna xaħam fid-dieta tagħhom, iżidu r-riskju tal- kanċer," huwa qal. Dan sostnih ukoll it-Tabib Deo Debattista, li mal-ILLUM qal li apparti l-ġenetika u d-dieta tal-individwu, l-età hija l-ikbar kaġun tal-kanċer. "Peress li llum il-ġurnata l-bniedem qed jgħix ħajja itwal, qed ikun hawn iktar każijiet ta' kanċer. Malli persuna taqbeż is-60 sena, iktar hemm riskju li timrad bil-kanċer." Fil-fatt huwa qal li r-rata ta' kanċer tal-prostata fost l-irġiel qegħda kull ma tmur tiżdied speċifikament minħabba l-età. "Ir-rata tal-inċidenza tal- kanċer fil-prostata qed tiżdied hekk kif illum il-ġurnata saret normali li persuna tgħix aktar minn 60 sena. Infatti, l-età hija tant fattur, li 90% ta' dawk il-persuni li għandhom 'il fuq minn 90 sena jiżviluppaw kanċer fil-prostata," Debattista qal. Minkejja dan, it-Tabib Debattista sostna li ż-żieda fir-rati tal-kanċer, u naturalment in-numri ta' persuni li jmutu kawża tal- marda, hija kaġun ta' żieda fil- kuxjenza u r-rata tad-dijanjosi fost il-Maltin. "Studji juru li fiż-żmien li ġej, il-kanċer mistenni jiżdied u fi żmien 10 snin, wieħed minn kull tnejn se jsofri minn kanċer. Madankollu, dan għax illum il-ġurnata, il-Maltin qed ifittxu aktar għajnuna. Qabel persuna kienet tmut ta' età iżgħar u għalhekk ma kinitx tilħaq tiżviluppa xi tip ta' kanċer, filwaqt li oħrajn kienu jilħqu jmutu minn mard ieħor qabel id-dijanjosi tal-kanċer." Intant, mistoqsi jekk hemmx xi soluzzjoni waħda li tista' tipprevjeni l-kanċer, Dr Joe Psaila sostna li l-iktar mod effettiv huwa li persuna jkollha stil ta' ħajja aħjar. "Minkejja li m'hemmx prevenzjoni waħda għall- kanċer inġenerali, speċjalment dak tas-sider, ikun ta' ġid ħafna jekk minn ta' età żgħira, it-tfajliet jiġu inkoraġġuti sabiex jagħmlu iktar eżerċizzju, jieklu iktar bnin, u sabiex irażżnu l-konsum ta' xaħmijiet," huwa qal. Dr Psaila spjega wkoll li r-rata ta' fejqan fost dawk li jitrattaw il-kanċer tas-sider kmieni tlaħħaq bejn 80% u 90%. Qal ukoll li matul iż–żmien, il-mara Maltija m'għadhiex tara l-kanċer bħala mewta ċerta, iżda minflok, qed tfittex l-għajnuna iktar kmieni. Aktar minn hekk, il-kirurgu qal li l-Breast Screening Programme żied il-kuxjenza dwar il-kanċer u li t-tabib m'għadux jiġi meqjus bħala l-aħħar soluzzjoni, iżda bħala prevenzjoni. 6 illum | Il-Ħadd 20 ta' Settembru 2015 MCAST reserves the right to accept or refuse in part or in whole, any or all tenders submitted. Malta College of Arts, Science and Technology Administration Building, MCAST Main Campus, Corradino Hill, Paola PLA 9032. T: 2398 7100 F: 2398 7316 E: tenders@mcast.edu.mt www.mcast.edu.mt Invitation to tender Operational Programme I – Cohesion Policy 2007-2013 Investing in Competitiveness for a Better Quality of Life Advert part-financed by the European Union European Regional Development Fund (ERDF) Co-financing rate: 85% EU Funds; 15% National Funds Investing in your future MCAST T. 23/2015 TENDER FOR THE SUPPLY, DELIVERY, INSTALLATION AND COMMISSIONING OF AIR HANDLING UNITS AT THE MCAST STUDENTS' HOUSE Tender documents may be requested by email (on the email address below) or collected from the Purchasing Department at the MCAST Administration Building (at the address below), from Monday to Friday, from 08:30hrs to 16:30hrs. Tenders should be placed in the pre-addressed envelope and deposited in the appropriate tender box at the MCAST Administration Building, at the address below, by no later than Monday 28th September 2015 at 11:00hrs. The Principal of the Malta College of Arts, Science and Technology notifies that offers from interested parties will be received for: Il-kanċer jaħtaf il-ħajja ta' 700 Malti fis-sena Il-kanċer f 'numri: • f'Malta, 2,000 persuna tiżviluppa xi forma ta' kanċer kull sena • 700 persuna, jew 25% tal-ammont totali tal-imwiet f 'Malta, jitilfu ħajjithom kawża tal-kanċer • fl-2011, 1.28 miljun, jew 26.3% tal-imwiet kollha fl- Ewropa, kienu kawża tal-kanċer • 34% tan-nisa li jiżviluppaw kanċer, jiġu dijanjostikati b'kanċer fis-sider, filwaqt li 21% tal-kanċer fl-irġiel ikun dak tal-prostata • Dawk li għandhom iktar minn 40 sena, huma l-iktar f 'riskju li jiżviluppaw xi forma ta' kanċer F'Malta, madwar 2,000 persuna fis-sena tiżviluppa xi tip ta' kanċer

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2015