Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/573370
kellna tlieta f 'ġurnata waħda u dis-sena s'issa tnejn. Bejn l-2009 u l-2011 ma kien hemm l-ebda fatalità. L-aktar fatalitajiet ikunu minn għaddasa indipendenti iżda ta' din is-sena kienu qed jgħoddsu ma' dive shops. Meta tqis li f 'Għawdex ikun hawn 100,000 dive fis-sena, juri li hu sport sigur ħafna, basta tobdi r-regoli tan- natura." Mela xi jwassal għal inċidenti fatali? "Il-mard kardijaku hu l-akbar għadu għal min jogħdos. Ġieli jiġri li persuna qas ikun jaf f 'liema kundizzjoni jinsab jekk ma jagħmilx testijiet speċjali tal-qalb. Fil-fatt l-instructors isirulhom testijiet speċjalizzati għax dawn ikunu qed jieħdu ħsieb lil min jogħdos. Hemm ukoll l-iżball uman, meta wieħed jiżbalja u jitla' jgħaġġel jew jinżel wisq fil-fond. Dawk li jbatu bi pressjoni għolja, obeżità, epilepsija, problemi respiratorji, klawstrofobija u dipressjoni serja għandhom ikollhom ċertifikat spejalizzat mit- tabib tagħhom." Tkellimna mat-tabib Saliba kemm ikun hemm każi fejn għaddasa jiġu bżonn il- Hyperbaric Unit, fejn qalilna li s-sena l-oħra kien hemm bżonnu 18-il darba u dis- sena diġà ntużat 10 darbiet. "L-aktar li jinqalgħu dawn il- każi, jkunu bejn Settembru u Ottubru fejn jinżlu jgħoddsu dawk b'aktar esperjenza u jabbużaw li jgħoddsu aktar minn 40 metru għax ikunu technical divers. F'Għawdex hawn min jgħodos anke 90 metru bl-elju (helium)." Interessanti li l-uniku Malti li uża l-hyperbaric unit kien fl-2008. Mistoqsi jekk hux qed isir biżżejjed, Dr Saliba qal li biex ikunu evitati l-imwiet (anke jekk huma ftit), hemm bżonn li dawk l-għaddasa indipendenti jinżlu ma' nies kwalifikati u li jafu s-siti sew tal-għadds, "nerġa' ntenni li kull għaddas ta' 'l fuq minn 45 sena jew 50 sena, ikollu ċertifikat 'endorsed' mit-tabib personali tiegħu u fis-siti popolari tal- għaddasa għandu jkun hemm stazzjon ta' nies paramediċi bit-tagħmir apposta speċjalmetnt għal għaddasha indipendenti għax id-dive shops ikollhom tagħhom. Ambulanza ddum kwarta minn tal-inqas sa ma tasal, u ħafna drabi kwarta hi tard wisq." Temm Dr Mario Saliba. Il-Ħadd 20 ta' Settembru 2015 | illum 13 huma l-akbar għadu għall-għaddasa "Hemm bżonn paramediċi stazzjonali fis-siti popolari tad- 'diving' " Il-Karwela wreck Ritratti: Pete Bullen