Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/573370
Il-Ħadd 20 ta' Settembru 2015 | illum 5 Daniel Mizzi dmizzi@mediatoday.com.mt Ċifri uffiċjali li għandha f 'idejha l-gazzetta iLLUM juru kif din is-sena biss, f 'Malta kien hemm 664 persuna Libjana li fittxet l-ażil f 'Malta wara li waslu fil-pajjiż permezz ta' mezzi legali. Fil-fatt, l-istess ċifri juru kif ftit aktar minn 70% tal- persuni li applikaw għall-ażil f 'Malta wara li waslu b'mod legali kienu Libjani, filwaqt li 155 minnhom kienu Sirjani, u 57 Ukreni. Biss biss, bejn Lulju u Settembru 18, kien hemm 113 Libjan li applikat għall-ażil f 'Malta, u 46 Sirjan. Sorsi li tkellmu ma' dan il-ġurnal spjegaw kif il- maġġoranza tal-Libjani li applikaw għall-ażil f 'Malta waslu f 'pajjiżna permezz ta' viżas maħruġa mill- Ambaxxata Maltija, u li sa issa, f 'din is-sena ma waslux Libjani permezz ta' dgħajjes. L-istess sorsi spjegaw li l-ħruġ tal-viżas ilu għal bosta snin jintuża minn persuni Libjani sabiex dawn tal-aħħar jiġu Malta. Fil-fatt, mill-2011 'l hawn, jiġifieri f 'nofs l-instabbilità Libjana u l-waqa' tal-eks dittatur Muammar Gaddafi, inħarġu b'kollox 74,958 viża. Fl-2013 biss, meta fil-Libja kien hemm attentat ta' kolp ta' stat, inħarġu b'kollox 37,486 viża. Sa issa, fl-2015, l-Ambaxxata Maltija fil-Libja ħarġet 1,592 applikazzjoni għall-viżas. Filwaqt li mill-ewwel daqqa t'għajn jidher li kien hemm nuqqas drastiku, ir-rata ta' kemm kienu aċċettati l-applikazzjonijiet għall-viżas, jiġifieri dik ta' 99% tqajjem mistoqsijiet oħrajn. Dawn il-viżas mhux neċessarjament jingħataw lil persuni Libjani iżda jinkludu wkoll persuni ta' nazzjonalitatjiet oħrajn, fosthom Sirjani. Fil-fatt, skont iċ-ċifri aġġornati sat-18 ta' Settembru kienu waslu Malta 155 Sirjan permezz ta' ajruplan jew mezzi legali oħrajn. Fost dawn, hemm ukoll persuni li waslu Malta wara li jkunu telqu mill- Greċja u għaddew minn bosta pajjiżi Ewropej oħrajn qabel ma qabdu katamaran lejn Malta. Madankollu, sorsi qrib l-ILLUM spjegaw li dan tal- aħħar ma jseħħx regolarment u li ġeneralment is-Sirjani li jaqsmu l-Ewropa qabel ma jiġu Malta jagħmlu dan għax ikollhom xi familjari f 'Malta. Miċ-Ċina, għall-Ukranja, u l-Veneżwela … L-istess ċifri juru kif sa issa, kien hemm applikazzjonijiet għall-ażil minn 27 pajjiż differenti. Dawn jinkludu persuni mill-Afrika, l-Ewropa, l-Ażja, u anke mill-Amerika t'Isfel. Fil-fatt, f 'Malta kien hemm persuni miċ-Ċina, Veneżwela, Indonesja, Serbja, u n-Nepal li applikaw għall- ażil f 'Malta. Minkejja li f 'dawn il-pajjiżi m'hemmx gwerra jew instabbilità, dan ma jfissirx li persuna ma tingħatax ażil. Kuntrarjament, kull każ jiġi analizzat individwalment u jekk jiġi stabbilit li l-persuna msemmija qed tkun suġġetta għall-persekuzzjoni f 'pajjiżu, xorta waħda tista tingħata ażil. Aktar minn hekk, il-figuri juru kif fl-2015, wara l-Libja u s-Sirja, l-maġġoranza tal-persuni li fittxew l-ażil f 'Malta waslu mill-Ukranja. Fil-fatt kien hemm 57 persuna Ukrena li mal-wasla tagħhom f 'Malta huma applikaw għall- ażil, u oħrajn li kienu residenti f 'Malta qabel ma applikaw għall-ażil. Dan il-fatt juri kif il- fenomenu tal-immigrazzjoni mhux biss iċċentralizzat fuq il-pajjiżi Afrikani u tal-Lvant Nofsani, hekk kif fil-verità, kwalunkwe persuna li qed tesperjenza xi forma ta' instabbilità f 'pajjiżna tista' tapplika għall-ażil. L-influss tal-immigranti li qed jolqot l-Ewropa u Malta mistenni jkompli għaddej b'kelliem għan- Nazzjonijiet Uniti jgħid li jekk is-sitwazzjoni fis-Sirja ma tissolviex fil-futur qarib, aktar minn miljun Sirjan mistenni jfittex l-ażil fl-Ewropa. 600 persuna tingħata l-ażil fl-2015 Intant, l-istess ċifri juru kif fl-ewwel seba' xhur ta' din is-sena, kien hemm 826 persuna li applikat għall-ażil, b' 73% minnhom, iġifieri 599, jiġu aċċettati. L-iktar xhur popolari għall-immigranti kienu Jannar u Marzu meta kien hemm 151 applikazzjoni. Dawn il-figuri jinkludu wkoll dawk l-immigranti li waslu Malta permezz ta' dgħajsa. Dawn jammontaw għal 103 persuni biss, hekk kif f 'Jannar waslu 87 immigrant, u matul din is-sena nġiebu Malta 13-il persuna oħra permezz ta' ħelikopter għax kellhom bżonn għajnuna medika urġenti u tliet trabi li twieldu Malta. Aktar minn hekk, dawk il-persuni li ngħataw ażil jinkludu dawk li ġew rikonoxxuti bħala refuġjati u oħrajn li ngħataw protezzjoni sussidarja u protezzjoni temporanja. Dawk li jiġu rikonoxxuti bħala refuġjati, jkollhom id- dritt li jġibu l-familja tagħhom minn pajjiżhom u jkollhom l-istess drittijiet daqs dawk ta' ċittadin Malti, għajr għad- dritt tal-vot, iċ–ċittadinanza Maltija, u passaport Malti. Intant, dawn il-persuni li għandhom ħajjithom fil- periklu, jingħataw protezzjoni sussidjarja. L-istatistiċi li għandha f 'idejha l-ILLUM juru wkoll li minn dawk il-826 applikazzjoni, kien hemm 111 applikazzjoni li ġiet miċħuda. F'dawn il-każijiet, il-persuna tintbagħat lura lejn pajjiżha b'sorsi jispjegaw li dawn ikunu ġeneralment l-immigranti ekonomiċi li jiġu f 'pajjiżna bit-tama li jsibu xogħol aħjar u mhux li jiġu protetti minn xi forma ta' persekuzzjoni. Iktar minn 650 Libjan ifittex l-ażil f 'Malta din is-sena Fl-2013, l-Ambaxxata Maltija fil-Libja ħarġet 37,486 viża MCAST reserves the right to accept or refuse in part or in whole, any or all tenders submitted. Malta College of Arts, Science and Technology Administration Building, MCAST Main Campus, Corradino Hill, Paola PLA 9032. T: 2398 7100 F: 2398 7316 E: tenders@mcast.edu.mt www.mcast.edu.mt Invitation to tender Operational Programme II – Cohesion Policy 2007-2013 Empowering People for More Jobs and a Better Quality of Life Project part-financed by the European Union European Social Fund (ESF) Co-financing rate: 85% EU Funds; 15% National Funds Investing in your future MCAST T. 27/2015 TENDER FOR THE SUPPLY AND DELIVERY OF SOFTWARE TO THE MALTA COLLEGE OF ARTS, SCIENCE AND TECHNOLOGY Tender documents may be requested by email (on the email address below) or collected from the Purchasing Department at the MCAST Administration Building (at the address below), from Monday to Friday, from 08:30hrs to 16.30hrs. Tenders should be placed in the pre-addressed envelope and deposited in the appropriate tender box at the MCAST Administration Building, at the address below, by no later than Monday 5th October 2015 at 11:00hrs. The Principal of the Malta College of Arts, Science and Technology notifies that offers from interested parties will be received for: EUROPEAN SOCIAL FUND 3.102