Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/573370
LONDRA hi l-akbar belt metropolitana u l-aktar popolata mhux biss fl- Ingilterra kollha iżda mill- Unjoni Ewropeja kollha. Londra jgħixu fiha 10 miljun persuna iżda kuljum ikollha 2 miljun viżitatur iżurha. Il-London Underground hi l-aktar metro antika fid-dinja u l-aktar waħda estensiva taħt l-art fid-dinja kollha. Heathrow Airport hu l-aktar ajruport li fih attività fid-dinja fejn jitla' jew jinżel ajruplan kull minuta. F'Londra barra x-xiri tista tgħix l-istorja wkoll Londra hi mimlija storja. Storja li wieħed jista jgħixha permezz tal-monumenti li jagħmluha unika għax l-istorja ta' Londra tmur lura żewġ millenji fejn kienet imwaqqfa mir- Rumani li kienu semmewha Londinium. Interessanti ħafna li wieħed ikun jaf li l-belt antika ta' Londra hi biss kbira mil kwadru (1sq mile) li hi d-distrett tal-finanzi, maġenb St Paul's Cathedral li hi fil-fatt imsemmija bħala City of London. Iżda llum hi estiża mmens u għalhekk iddeċidejt li ngħinkom idduru dawra sew mal- istorja Londriża. St Paul's Cathedral hu l-ogħla bini fis-City of London u kien l-ogħla bini f 'Londra mill-1710 sal-1962. Dak li hemm illum, kien mibni fis-seklu 17 minn Sir Christopher Wren. Il-koppla tiegħu hi t-tieni l-akbar fid- dinja wara dik ta' San Pietru. Westminster Cathedral hi l-knisja prinċipali tal- kattoliċi fl-Ingilterra u hu l-katidral tal-Arċisqof ta' Westminster. Hi l-akbar Knisja Kattolika fl-Ingilterra u m'għandha qatt tiġi mħallta ma' Westminster Abbey li hi taċ-Church of England. Westminster Abbey għandha storja ta' aktar minn elf sena. Kienu l-Benedittini li okkupaw dan is-sit f 'nofs is-seklu 10, u kienu stabbilew tradizzjoni ta' adorazzjoni ta' kuljum li għada ssir sal- ġurnata tal-lum. Mill-1066 kienet il-Knisja fejn isiru l-koronazzjonijiet tar-rejiet u rġejjen Ingliżi u hawn midfunin fiha 17-il re. Big Ben hu l-laqam li ngħata lill-qanpiena ta' dan l-arloġġ li jinsab fuq il-bini tal-Parlament Ingliż. Big Ben hu l-akbar arloġġ b'erba' faċċati fid-dinja li jdoqq. Hu wkoll it-tielet l-ogħla arloġġ fid-dinja. Il-Big Ben beda jagħmel l-ewwel tokki tiegħu fil-31 ta' Mejju 1859. Ix-Xmara Thames hi x-xmara prinċipali li tgħaddi minn Londra u tibqa' għaddejja minn Oxford, Reading u Windsor, u hi twila 346 kilometru. Hi l-itwal waħda fl-Ingilterra imma t-tieni fir-Renju Unit. L-itwal waħda hi s-Severn li tibda minn Wales u tispiċċa fl-Ingilterra u hi twila 354 kilometri. Biex taqsam ix- xmara Thames hemm 214-il pont, 20 mina u sitt public ferries. Buckingham Palace mill-1837 sar ir-residenza uffiċjali tal-monarkija Ingliża bl-ewwel reġina tkun ir-reġina Vittorja. Dawk li jżuru Londra ma jfallux li filgħodu jintefgħu fil-pjazza ta' quddiem il-palazz irjali biex isegwi ċ-Changing of the Guards. Biex tasal hemm, trid timxi matul triq b'tarmak aħmar li jservi bħala tapit aħmar għall- monarkija Ingliża. Tower Bridge: Ħafna jaħsbuh li dan hu l-London Bridge li attwalment hu l-ieħor li hemm ftit warajh. Jekk jirnexxielkom tkunu hemm meta jinfetaħ it- Tower Bridge, dan jieħu ħames minuti ħalli jgħaddi xi vapur minn taħtu. Dam jinbena 8 snin (1886-1894) u ħadmu fuqu 432 ħaddiem. Intużaw 31 miljun brikk, 2 miljuni viti u 22,000 litru ta' żebgħa. Dak iż-żmien kien sewa €1,184,000 li jammonta għal €120 miljun tal-lum. Hu għoli 143 pied fuq l-ilma, u t-torrijiet huma għoljin 213 pied u hu twil 800 pied. Tower of London: Kien mibni minn William the Conquerer biex jipproteġi lil-Londra u biex juri s-saħħa tiegħu. It-Tower of London hi fortizza imponenti li fiha storja kbira fejn anke hemm il-Crown Jewels tar-Reġina. Trafalgar Square: Il- kolonna kienet mibnija bejn l-1840 u l-1843 biex tikkomemora l-mewt tal-ammirall Nelson fil- battalja ta' Trafalgar fl-1805. L-istatwa ta' Nelson hi twila 5.5 metri u l-kolonna hi twila 46 metru u hi tal- granit. L-istatwa tħares lejn in-nofsinhar biex tkun qed tħares lejn in-naħa ta' Portsmouth fejn il-vapur ta Nelson, l-HMS Victory qiegħed ankrat. Dan il- monument imdawwar bl-erba' ljuni, hu l-aktar monument fotografat f 'Londra. Oxford Street: Din it- triq hi twila 2.5 kilometri li jiġu mil u nofs, u fiha madwar 300 ħanut. Fiha hemm 4 stazzjonijiet tal- Underground: Marble Arch, Bond Street, Oxford Circus u Tottenham Court Road. Ftit jafu li din it-triq kienet ukoll użata mir-Rumani u kien jisimha Via Trinobantina. Bejn is-seklu 12 u l-1782 din it-triq kienet tissejjaħ Tybum Road għax fin- nofs tagħha kienet tgħaddi x-xmara Tybum li llum hi għadejja minn taħt l-istess triq. Kien fis-seklu 19 li din it-triq imtliet bil-ħwienet u llum hi meqjusa bħala l-aktar triq kummerċjalment bieżla fl-Ewropa kolha. Mużewijiet, Musicals u Nightlife Barra dawn is-siti li wieħed jista' jżur permezz tat-trasport pubbliku, ħallu ġurnata biex iżżuru l-British Museum, is-Science u n-Natural History Museum u n-National Art Gallery fi Trafalgar Square li għaliha ma tħallasx biex tidħol. U filgħaxija tħallux iċ-ċans li tmorru taraw xi musical jaħrabilkom minn idejkom għax żgur li bħal ta' Londra m'hawn imkien fl-Ewropa. Il-pubs li hemm mifruxin jagħlqu fil-11 ta' bil-lejl iżda wieħed jista' jgawdi l-lejl f 'diversi discos li hemm u anke xi ċinema. L-aħjar u l-irħas ikel issibu fil-pubs. Kif tasal Londra L-Air Malta, ir-Ryan Air u l-Easy Jet kollha għandhom titjiriet li joħduk f 'wieħed mill-ajruporti li hemm Londra. 28 illum | Il-Ħadd 20 ta' Settembru 2015 ILVJAĠĠI TALBUŻU Londra: L-akbar Belt fl-Ewropa • Mimlija storja, mużewijiet u nightlife • Oxford Street hi l-aktar triq kummerċjalment bieżla fl - Ewropa • Għandha l-aktar metro antik fi d-dinja u l-aktar waħda estensiva Dehra maestuża tal-bini tal-Parlament Inzertajt it-Tower Bridge jinfetaħ...idum biss ħames minuti Oxford Street l-aktar triq kummerċjalment bieżla fl-Ewropa