Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/573370
Kważi 663 miljun persuna madwar id-dinja m'għandhomx aċċess għal ilma li hu nadif u tajjeb għax- xorb. F'uħud mir-reġjuni, in-nuqqas ta' ilma nadif qed joħloq problemi bejn il-komunitajiet. L-ilma hu sors importanti għall-ħajja u mingħajru, l-komunitajiet ma jistgħux jeżistu. Dawn il-messaġġi ngħataw lill-parteċipanti li attendew is- Summer Club ta' San Ġużepp f 'Raħal il-Ġdid din is-sena.. Din kienet l-ewwel darba li l-Klabb iffoka l-iskeda tas-sajf fuq it-tema tal-konservazzjoni tal-ilma. Il-programm, organizzat għal tfal ta' bejn it-3 u 12- il sena u li jdum għaddej għal tmien ġimgħat, offra attivitajiet u mistednin speċjali, ilkoll relatati mal- kuxjenza dwar in-nuqqas ta' ilma u l-importanza tal- konservazzjoni tal-ilma. L-attivitajiet laħqu l-quċċata tagħhom meta t-tfal ta' San Ġużepp iltaqgħu f 'Pjazza Teatru Rjal u taw kunċert sabiħ. Il-kanzunetti popolari tal-Programm tal-Ilma ta' HSBC, bl-isem 'Water Life' u 'Catch the Drop' tkantaw mill-istudenti tal-kor ta' Maria Abdilla. Għalkemm il-kunċert kien mingħajr ħlas, il-pubbliku kien mistieden biex jikseb xemgħa b'risq WaterAid, organizzazzjoni mhux governattiva li tibbenefika mill-Programm tal-Ilma ta' HSBC. "Nammira l-bank li joffri l-appoġġ tiegħu lil kawżi ġusti, u laqatni b'mod partikolari l-filmat dwar il-Ghana. Hu tajjeb li naraw kif il-ħajja ta' persuni oħra jistgħu jittrasformaw permezz ta' inizjattivi bħal dawn. Wara kollox, nemmen li dan il- kunċert serva biex isaħħaħ it- twemmin ta' dawn it-tfal ħalli jgħinu lil dawk inqas ixxurtjati minnhom," qal wieħed mid- 900 spettatur preżenti għall- kunċert. Glenn Bugeja, il-koordinatur tal-Programm tal-Ilma ta' HSBC qal: "Sal-2025, ix- xjentisti iħabbru li wieħed minn kull ħames persuni ser ikunu qed jgħixu f 'reġjuni li jsofru minn nuqqas ta' ilma. Peress li din il-gżira diġà ssofri min-nuqqas ta' ilma, għandna nagħmlu minn kollox biex nibżgħu għall-ilma. Ninsabu tassew sodisfatti bl-isħubija tagħna mas-Summer Club ta' San Ġużepp għaliex wasslu b'suċċess kuxjenza dwar l-importanza tal-ilma lil numru sinnifikanti ta' studenti u l-familji tagħhom." Il-Ħadd 20 ta' Settembru 2015 | illum 29 MCAST reserves the right to accept or refuse in part or in whole, any or all tenders submitted. Malta College of Arts, Science and Technology Administration Building, MCAST Main Campus, Corradino Hill, Paola PLA 9032. T: 2398 7100 F: 2398 7316 E: tenders@mcast.edu.mt www.mcast.edu.mt Invitation to tender Operational Programme II – Cohesion Policy 2007-2013 Empowering People for More Jobs and a Better Quality of Life Project part-financed by the European Union European Social Fund (ESF) Co-financing rate: 85% EU Funds; 15% National Funds Investing in your future MCAST T. 26/2015 SUPPLY, DELIVERY AND COMMISSIONING OF SPECIALIZED EQUIPMENT RELATED TO TEACHING AIDS Tender documents may be requested by email (on the email address below) or collected from the Purchasing Department at the MCAST Administration Building (at the address below), from Monday to Friday, from 08:30hrs to 16:30hrs. Tenders should be placed in the pre-addressed envelope and deposited in the appropriate tender box at the MCAST Administration Building, at the address below, by no later than Monday 28th September 2015 at 11:00hrs. The Principal of the Malta College of Arts, Science and Technology notifies that offers from interested parties will be received for: EUROPEAN SOCIAL FUND 3.102 Għarfien dwar l-ilma fis-sajf mill-Programm tal-Ilma tal-HSBC Il-Kap Eżekuttiv Mark Watkinson waqt żjara fis-Summer Club ta' San Ġużepp